EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1394

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1394 tas-16 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

C/2016/5198

ĠU L 225, 19.8.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R1173

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1394/oj

19.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1394

tas-16 ta' Awwissu 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 58(1)(a) sa (c), l-Artikolu 59(1), (2) u (5) u l-Artikolu 62(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19a(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (2) jistipula r-regoli dwar il-penali amministrattivi mnaqqsa għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-erja fil-qafas ta' ċertu skema ta' għajnuna jew ta' miżura ta' appoġġ li jkunu relatati mal-erja, meta benefiċjarju ma jkunx għadu rċieva penali bħal din preċedentement għal dik l-iskema ta' għajnuna jew għal dik il-miżura partikolari ta' appoġġ relatata mal-erja. Skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex jiġi evitat l-abbuż tas-sistema u sabiex jiġu stimulati dikjarazzjonijiet korretti fil-futur, l-ammont pendenti għandu jitħallas lura f'każ li fis-sena tat-talba ta' wara, il-benefiċjarju jerġa' jkollu jħallas penali amministrattiva msemmija fl-Artikoli 19a u 21 ta' dak ir-Regolament għal dik l-iskema ta' għajnuna jew għal dik il-miżura ta' appoġġ partikolari relatata mal-erja. Għalhekk huwa ġġustifikat li tiġi stabbilita rata speċifika ta' kontroll għas-segwitu ta' din id-dispożizzjoni.

(2)

Għall-fini tal-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (3), jeħtieġ jiġi ċċarat li l-ammonti tal-pagamenti bil-quddiem u provviżorji għandhom jingħaddu mal-5 % tar-rata minima ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post. Għalhekk huwa xieraq li jiġi emendat it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 50(1) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-Kumitat Konġunt għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, ma tawx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 33a li ġej:

“Artikolu 33a

Rata addizzjonali ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post biex jiġu segwiti l-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 19a(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014

1.   Il-benefiċjarji li kienu soġġetti għal penali amministrattiva mnaqqsa skont l-Artikolu 19a(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 fil-qafas ta' skema ta' għajnuna jew ta' miżura ta' appoġġ li jkunu relatati mal-erja wara li tkun saret dikjarazzjoni eċċessiva li tiġi identifikata waqt verifika fuq il-post, għandhom ikunu soġġetti għal verifika fuq il-post ta' segwitu għal dik l-iskema ta' għajnuna jew għal dik il-miżura ta' appoġġ fis-sena tat-talba ta' wara.

2.   Il-verifika fuq il-post ta' segwitu msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa meta d-dikjarazzjoni eċċessiva li tiġi identifikata tkun wasslet għal aġġornament tal-ħbula art agrikoli ta' referenza kkonċernati fis-sistema ta' identifikazzjoni tal-ħbula art agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 640/2014 fis-sena tas-sejba.”

(2)

It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 50(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta operazzjoni soġġetta għal verifika fuq il-post tkun irċeviet pagamenti bil-quddiem jew provviżorji, dawk il-pagamenti għandhom jingħaddu man-nefqa koperta bil-verifiki fuq il-post kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Mill-1 ta' Jannar 2016, dan jibda japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna, għall-applikazzjonijiet għall-appoġġ jew għat-talbiet għall-pagamenti relatati mas-snin tat-talba jew mal-perjodi tal-primjum.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).


Top