Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1113

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1113 tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda għall-248 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2016/4497

    ĠU L 186, 9.7.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1113/oj

    9.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 186/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1113

    tat-8 ta' Lulju 2016

    li jemenda għall-248 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fil-5 ta' Lulju 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

    “Daniel Martin Schneider (alias Abdullah). Indirizz: Petrusstrasse 32, 66125 Herrensohr, Dudweiler, Saarbrücken, il-Ġermanja (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 9.9.1985. Post tat-twelid: Neunkirchen (Saar), il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Numru tal-Passaport: 2318047793 (passaport Ġermaniż maħruġ f'Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, skada fis-16.5.2011). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2318229333 (Karta tal-Identità Federali tal-Ġermanja maħruġa f'Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, skaduta fis-16.5.2011 (irrapportat mitluf)). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU — Unjoni tal-Jihad Islamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Jihad Islamiku); (b) Assoċjat ma' Fritz Martin Gelowicz u Adem Yilmaz; (c) Detenut fil-Ġermanja sa minn Ġunju 2010. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 27.10.2008.”


    Top