Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1050

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1050 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 173, 30.6.2016, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1050/oj

    30.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1050

    tal-24 ta' Ġunju 2016

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Biex ikun żgurat il-forniment suffiċjenti u mhux interrott ta' ċerti oġġetti li mhumiex suffiċjentement prodotti fl-Unjoni u biex ikunu evitati d-disturbi fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati mnaqqsa ta' dazju jew ta' dazju żero. Minħabba r-raġunijiet indikati, jinħtieġ li, b'effett mill-1 ta' Lulju 2016, jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum adegwat fir-rigward ta' disa' prodotti ġodda.

    (2)

    Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, il-kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni għandhom jiġu adattati. Fil-każ ta' prodott wieħed, jeħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodott għall-finijiet ta' kjarifika. Fil-każ ta' tliet prodotti oħra, il-volumi tal-kwota jeħtieġu li jiżdiedu billi tali żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi u tal-Unjoni.

    (3)

    Fl-aħħarnett, fir-rigward ta' prodott wieħed, għandhom jingħalqu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Lulju 2016, billi mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-kwoti tariffarji awtonomi wara dik id-data.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    Minħabba li l-bidliet fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2016, dan ir-Regolament jeħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2691, 09.2692, 09.2693, 09.2696, 09.2697, 09.2698, 09.2699, 09.2694 u 09.2695 stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan-NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013;

    (2)

    Ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2637, 09.2703, 09.2683 u 09.2659 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

    (3)

    Ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2689 titħassar.

    (4)

    In-nota ta' tmiem Numru 1 hija sostitwita minn din li ġejja:

    “(1)

    Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).


    ANNESS I

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2691

    ex 2914 70 00

    45

    1-(1-Kloroċiklopropil)etanon (CAS RN 63141-09-3)

    1.7-31.12

    400 tunnellata

    0 %

    09.2692

    ex 2914 70 00

    55

    2-Kloro-1-(1-kloroċiklopropil)etanon (CAS RN 120983-72-4)

    1.7-31.12

    1 200 tunnellata

    0 %

    09.2693

    ex 2930 90 99

    28

    Flubendijammid (ISO) (CAS RN 272451-65-7)

    1.7-31.12

    100 tunnellata

    0 %

    09.2696

    ex 2932 20 90

    25

    Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

    1.7-31.12

    2 430 kg

    0 %

    09.2697

    ex 2932 20 90

    30

    Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

    1.7-31.12

    2 080 kg

    0 %

    09.2698

    ex 3204 17 00

    30

    Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b'kontenut ta' 60 % tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż

    1.7-31.12

    75 tunnellata

    0 %

    09.2699

    ex 8526 91 20

    ex 8527 29 00

    80

    10

    Modulu tal-awdjo integrat (IAM) b'output tal-vidjo diġitali biex jitqabbad ma' skrin tattili LCD, ikkollegat man-netwerk MOST (Media Oriented Systems Transport) u trasportat permezz tal-protokoll ta' livell għoli MOST, bi jew mingħajr

    unità ta' ċirkwit stampat (PCB) li fiha riċevitur tas-Sistema ta' Lokalizzazzjoni bis-Satellita (GPS), ġiroskopju, u tuner għal stazzjonijiet ta' messaġġi dwar it-traffiku (TMC),

    hard disk li tieħu għadd ta' mapep,

    radju HD,

    sistema li tagħraf il-vuċi,

    drive tas-CD u tad-DVD,

    u tinkludi

    konnessjoni Bluetooth, MP3 u USB,

    vultaġġ ta' 10V jew aktar iżda mhux aktar minn 16V,

    għall-użu fil-manifattura tal-vetturi fil-Kapitolu 87 (1)

    1.7-31.12.2016

    500 000 biċċa

    0 %

    09.2694

    ex 8714 10 90

    30

    Klamps tal-fusijiet, ħawsings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi

    1.7-31.12

    500 000 biċċa

    0 %

    09.2695

    ex 8714 10 90

    40

    Pistuni tal-istabbilizzaturi tal-istering magħmulin mill-azzar sinterizzat skont l-istandard ISO P2054 tat-tip li jintuża fil-muturi

    1.7-31.12

    1 000 000 biċċa

    0 %


    ANNESS II

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2637

    ex 0710 40 00

    ex 2005 80 00

    20

    30

    Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, imfesdaq, magħżul, mirqum, maħsul, mismut, jew imberred u ffriżat malajr individwalment jew imħejji jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1) (2)

    1.1-31.12

    550 tunnellata

    0 % (3)

    09.2703

    ex 2825 30 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1-31.12

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2683

    ex 2914 19 90

    50

    Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli (1)

    1.1-31.12

    150 tunnellata

    0 %

    09.2659

    ex 3802 90 00

    19

    Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

    1.1-31.12

    35 000 tunnellata

    0 %


    Top