This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0372
Commission Regulation (EU) 2016/372 of 15 March 2016 refusing to authorise a health claim made on foods and referring to the reduction of disease risk (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta' Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta' Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1484
ĠU L 70, 16.3.2016, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/372
tal-15 ta' Marzu 2016
li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f'konformità ma' dak ir-Regolament u inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet permessi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprovdi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jiġu sottomessi mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet li jkunu validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”. |
|
(3) |
Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tinforma bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u għandha tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-indikazzjoni dwar is-saħħa konċernata. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. |
|
(5) |
Wara applikazzjoni minn Lycotec Ltd, sottomessa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta' indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-likopena L-tug u t-tnaqqis tal-kolesterol tal-lipoproteina ta' densità baxxa tad-demm (LDL) (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2014-00590 (2)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “L-tug lycopene has been shown to lower/reduce blood cholesterol. High cholesterol is a risk factor in the development of coronary heart disease”. |
|
(6) |
Fis-26 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-likopena L-tug u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL tad-demm. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-indikazzjoni dwar is-saħħa elenkata fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) EFSA Journal 2015;13(2):4025.
ANNESS
Indikazzjoni dwar is-saħħa miċħuda
|
Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 |
Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel |
Indikazzjoni |
Referenza għall-opinjoni tal-EFSA |
|
L-Artikolu 14(1)(a) — indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard. |
Likopena L-tug |
Intwera li l-likopena L-tug tbaxxi/tnaqqas il-kolesterol fid-demm. Il-kolesterol għoli huwa fattur ta' riskju fl-iżvilupp tal-mard koronarju tal-qalb. |
Q-2014-00590 |