Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016O0006

Linja Gwida (UE) 2016/579 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2016/6)

ĠU L 99, 15.4.2016, p. 21–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2016/579/oj

15.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/21


LINJA GWIDA (UE) 2016/579 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' Marzu 2016

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2016/6)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' April 2015, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2015/15) (1), li emendat il-Linja gwida BĊE/2012/27 (2) biex tirrifletti l-fatt li banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊNi) jipprovdu servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni u saldu fi flus tal-bank ċentrali f'TARGET2-Securities (T2S).

(2)

L-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Linja gwida BĊE/2012/27 ħarġet fid-dieher numru ta' kwistjonijiet fejn il-kjarifikazzjoni hija mixtieqa, partikolarment fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni u saldu mill-BĊNi fi flus tal-bank ċentrali.

(3)

Il-Kunsill Governattiv huwa l-proprjetarju ta' TARGET2, permezz tal-poteri ta' Livell 1 tiegħu, u jista' jistabbilixxi korpi konsultativi għall-appoġġ tal-Kunsill Governattiv fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni u t-tħaddim ta' TARGET2.

(4)

Barra minn dan, kompiti ta' ġestjoni tekniċi u operattivi relatati ma' TARGET2 għandhom jiġu fdati lil korp stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

(5)

Għalhekk, il-Linja gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 1a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 1a

Tranżazzjonijiet ta' TARGET2

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom dejjem jużaw kontijiet ta' TARGET2 għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' suq miftuħ fit-tifsira tal-Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (*),

(b)

saldu ta' tranżazzjonijiet b'sistemi anċillari;

(c)

ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta' kreditu;

(*)  Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3) (Linja gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali).”;"

2.

fl-Artikolu 2, il-punt (25) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(25)

‘likwidità disponibbli’ tfisser bilanċ ta' kreditu f'kont ta' partiċipant u, jekk ikun japplika, kull linja ta' kreditu intraġurnata mogħtija fuq il-kont PM mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti fir-rigward ta' tali kont iżda li ma jkunx għadu sar ġbid minnu, jew jekk japplika, imnaqqas bl-ammont ta' kull riżerva pproċessata ta' likwidità fuq kont PM jew l-imblokkar ta' fondi fuq id-DCA;”;

3.

L-Artikolu 7 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Livelli ta' governanza

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-ġestjoni ta' TARGET2 għandha tkun ibbażata fuq skema ta' governanza fuq tliet livelli. Il-kompiti assenjati lill-Kunsill Governattiv (Livell 1), korp tekniku u operattivi ta' ġestjoni tal-Livell 2 u l-BĊNi li jipprovdu SSP (Livell 3) huma stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-Kunsill Governattiv għandu jkun responsabbli għad-direzzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll ta' TARGET2. Il-kompiti assenjati lil-Livell 1 jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kunsill Governattiv. Il-Kumitat tas-Sistemi ta' Ħlas u Saldu tas-SEBĊ (PSSC) għandu jassisti fil-Livell 1 fi kwistjonijiet li jirrigwardaw it-TARGET2.

3.   Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊi tal-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti assenjati lil-Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv. Għandu jitwaqqaf korp tal-Livell 2 mill-Kunsill Governattiv li l-BĊi tal-Eurosistema għandhom jafdaw b'ċerti kompiti ta' ġestjoni tekniċi u operattivi fir-rigward ta' TARGET2.

4.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jorganizzaw lilhom infushom billi jikkonkludu ftehimiet xierqa.

5.   Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi li jipprovdu SSP huma responsabbli għall-kompiti assenjati lil-Livell 3, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv.

6.   Il-BĊNi li jipprovdu SSP għandhom jikkonkludu ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema li jirregola s-servizzi li għandhom jingħataw minn dawk tal-ewwel lil dawk tal-aħħar. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

7.   L-Eurosistema, bħala fornitur ta' servizzi T2S, u l-BĊi tal-Eurosistema bħala operaturi tas-sistemi tal-komponent ta' TARGET2 nazzjonali għandhom jikkonkludu ftehim li jirregola s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn tal-ewwel lil tal-aħħar fir-rigward tal-operazzjoni tal-Kontijiet ta' Kontanti Dedikati. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.”

4.

L-Artikolu 8 huwa emendat kif gej:

(a)

l-intestatura hija ssostitwita b' li ġej:

“Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM jew DCA fit-TARGET2”;

(b)

l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija sostituta b'dan li ġej:

“Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kont PM fit-TARGET2 kif stabbilit fl-Anness II.”;

5.

fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c) jitħassru:

6.

L-Annessi I, II, IIa, III, IIIa, IV u V huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja gwida u japplikawhom mill-15 ta' April 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2016.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15) (ĠU L 155, 19.6.2015, p. 38).

(2)  Linja gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I, II, IIa, III, IIIa, IV u V tal-Linja gwida BĊE/2012/27 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

TARGET 2 ARRANĠAMENTI TA' GOVERNANZA

Livell 1 — Kunsill Governattiv

Livell 2 — Korp ta' ġestjoni tekniku u operattiv

Livell 3 — BĊNi li jipprovdu SSP

0.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-Livell 1 għandu l-kompetenza finali fir-rigward ta' kwistjonijiet domestiċi u transkonfinali ta' TARGET2, u huwa responsabbli biex jissalvagwarda l-funzjoni pubblika ta' TARGET2

Il-Livell 2 jagħmel kompiti tekniċi u operattivi fir-rigward ta' TARGET2.

Il-Livell 3 jieħu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum tal-Pjattaforma Mqassma Waħda (SSP — Single Shared Platform) fuq il-bażi tal-livelli ta' servizz iddefiniti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta' din il-Linja gwida.

1.   Il-politika tal-kost u tal-ipprezzar

Jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni tal-kost

Jiddeċiedi dwar struttura waħda għall-ipprezzar

Jiddeċiedu dwar prezzijiet ta' servizzi u/jew moduli addizzjonali

(Mhux applikabbli)

2.   Livell ta' servizz

Jiddeċiedi dwar servizzi ewlenin

Jiddeċiedi dwar servizzi u/jew moduli addizzjonali

Jagħti input skont il-bżonnijiet tal-Livell 1/Livell 2

3.   Il-ġestjoni tar-riskji

Jiddeċiedi dwar il-qafas ġenerali għall-ġestjoni tar-riskju u l-aċċettazzzjoni tar-riskji li jifdal

Iwettaq l-ġestjoni attwali tar-riskju

Iwettaq analiżi tar-riskju u aġġornamenti

Jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skont it-talbiet tal-Livell 1/Livell 2

4.   Governanza u finanzjament

Jiddefinixxi regoli għat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-finanzjament tal-SSP

Jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-TARGET2

It-tħejjija tar-regoli dwar il-governanza u l-finanzjament deċiżi fil-Livell 1

It-tħejjija tal-baġit, l-approvazzjoni tiegħu u l-implimentazzjoni

Ikun hemm kontroll tal-applikazzjoni

Il-ġbir ta' fondi u r-remunerazzjoni ta' servizzi

Jagħti figuri tal-kost lil-Livell 2 għall-għoti tas-servizz

5.   Żvilupp

Jiġi kkonsultat mil-Livell 2 dwar fejn jinsab l-SSP

Japprova l-pjan ġenerali tal-proġett

Jiddeċiedi dwar id-disinn inizjali u l-iżvilupp tal-SSP

Jiddeċiedi dwar jew l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti

Jiddeċiedi dwar l-għażla tal-operatur tal-SSP

Jistabbilixxi, bi qbil mal-Livell 3, il-livelli ta' servizz tal-SSP

Jiddeċiedi dwar fejn jinsab l-SSP wara konsultazzjoni mal-Livell 1

Japprova l-metodoloġija tal-proċess tal-ispeċifikazzjoni u dak li jrid jiġi kkonsenjat tal-Livell 3 meqjusin xierqa sabiex jiġi speċifikat u, aktar tard, ittestjat u aċċettat il-prodott (b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali u dettaljati tal-utent)

Jistabbilixxi pjan ta' proġett bil-fażijiet determinanti

Jivvaluta u jaċċetta dak li jrid jiġi kkonsenjat

Jistabbilixxi xenarji bi prova

Koordinazzjoni bi prova tal-banek ċentrali u ta l-utenti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

Jipproponi d-disinn inizjali tal-SSP

Jipproponi jekk ikunx hemm l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti

Jipproponi l-post fejn jinsab l-SSP

Jabbozza l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati (speċifikazzjonijiet funzjonali interni dettaljati u speċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati tal-utent)

Jabbozza l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati

Jagħti input (inizjali u dejjiemi) għall-ippjanar tal-fażijiet ta' proġetti u għall-kontroll

Jagħti appoġġ tekniku u operattiv għal provi (iwettqu provi fuq il-SSP, jagħtu input għal xenarji bi prova relatati mal-SSP, jagħtu appoġġ lill-BĊi tal-Eurosistema fl-attivitajiet bi prova tagħhom tal-SSP)

6.   Implimentazzjoni u migrazzjoni

Jiddeċiedi dwar l-istrateġija ta' migrazzjoni

Iħejji u jikkoordina l-migrazzjoni għall-SSP, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

Jagħti input dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni skont talbiet tal-Livell 2

Iwettaq xogħol ta' migrazzjoni relatat mal-SSP; appoġġ addizzjonali lill-BĊNi li qed jingħaqdu

7.   Tħaddim

Il-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi severa

L-awtorizzazzjoni tat-twaqqif u t-tħaddim tas-Simulatur TARGET2

Il-ħatra ta' awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

L-ispeċifikazzjoni tal-politika tas-sigurtà, ir-rekwiżiti u l-kontrolli għall-SSP

L-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati maħruġin għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

Iż-żamma ta' kuntatti ma' utenti tas-sistema f'livell Ewropew (mingħajr ħsara għar-responsabbiltà unika ta' BĊi tal-Eurosistema għar-relazzjoni mal-klijenti tagħhom fin-negozju) u l-monitoraġġ ta' kuljum tal-attività tal-utent minn perspettiva ta' negozju (funzjoni ta' BĊ tal-Eurosistema)

Il-monitoraġġ ta' żviluppi fin-negozju

L-ibbaġitjar, il-finanzjament, il-fatturar (funzjoni ta' BĊ tal-Eurosistema) u dmirijiet amministrattivi oħrajn

Il-ġestjoni tas-sistema abbazi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta' din il-Linja gwida”

2.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' “awtorizzazzjoni ta' debitu dirett” hija ssostitwita b'dan li ġej:

“—

‘awtorizzazzjoni ta' debitu dirett’ tfisser struzzjoni ġenerali minn pagatur lill-BĊ tiegħu u li jobbliga dak il-BĊ li jiddebita l-kont tal-pagatur fuq struzzjoni ta' debitu dirett minn min jirċievi l-ħlas,”;

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif gej:

(i)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Detentur ta' kont PM li jaċċetta l-kont PM tiegħu jiġi indikat bħala l-kont PM Ewlieni ddefinit fl-Anness IIa għandu jkun marbut bi kwalunkwe fatturi relatati mal-ftuħ u l-operazzjoni ta' kull Kont ta' Kontanti Dedikat marbut ma' dak il-kont PM, kif stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, irrispettivament mill-kontenut ta', jew kull nuqqas ta' konformità ma', il-ftehim kuntrattwali jew xorta oħra bejn id-detentur tal-kont PM u d-detentur DCA.”;

(ii)

jiddaħħal il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Detentur tal-Kont PM li jkollu wkoll DCA użat għall-awtokollateralizzazzjoni għandu jkun responsabbli għal kull penali miġbura skont il-paragrafu 9(d) tal-Anness IIIa.”;

(c)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif gej:

(i)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1:

“Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu it-teħid ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni fit-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) kontra detentur ta' kont PM m'għandux jikkwalifika awtomatikament bħala l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza.

(*)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190);”"

(ii)

il-punt 4(a) huwa ssostitwit b'li ġej:

“(a)

Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-kont PM tad-detentur fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta' messaġġ imxandar ICM jew messaġġ imxandar T2S, li dak id-detentur tal-kont PM, BĊi oħrajn detenturi tal-kont PM u detenturi tad-DCA fis-sistemi tal-komponenti ta' TARGET2 b'tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tal-kont PN u d-detentur tad-DCA li jirċievi l-messaġġ”;

(iii)

il-paragrafu 4 hu mħassar;

(d)

fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:

“1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għall-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew għall-klijenti tal-parteċipant, sakemm il-parteċipant jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permess jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrelata mal-isem tal-pajjiż]].”;

(e)

fl-Appendiċi II, il-paragrafu 3(a)(ii) huwa ssostitwit b'li ġej:

“(ii)

il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta' referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja tal-indiċi mil-lum għall-għada tal-euro (EONIA) u r-rata ta' self marġinali. Ir-rata ta' referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta' ħlas li ma jkunx sar saldu tiegħu b'riżultat tal-ħsara teknika ta' TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data tal-ordnijiet ta' ħlas attwali jew, fir-rigward tal-istess ordnijiet ta' ħlas imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), is-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta' ħlas sad-data li fiha l-ordni ta' ħlas kienet saret jew setgħet ġiet saldata b'suċċess. Kull imgħax jew spejjeż li jirriżultaw mit-tpoġġija ta' kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas mhux saldati fuq depożitu mal-Eurosistema għandhom jitnaqqsu minn jew jiġu imposti fuq l-ammont ta' kwalunkwe kumpens, skont il-każ; u”;

(f)

fl-Appendiċi IV, il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Fil-każ li l-operazzjoni tal-SSP jew tal-Pjattaforma jiġu rilokati minn reġjun wieħed (Reġjun 1) għal reġjun ieħor (Reġjun 2), il-parteċipanti għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom sal-mument tal-ħsara jew sa meta jkun ġara l-każ estern mhux normali, u jipprovdu lil [daħħal isem il-BĊ] l-informazzjoni kollha rilevanti f'dan ir-rigward.”;

(ii)

jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

“(c)

Meta ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM għal DCA tiġi ddebitata fuq il-kont PM tal-parteċipant fuq l-SSP fir-Reġjun 1, imma, wara r-rikonċiljazzjoni, ma jidhirx li hija ddebitata fuq l-SSP fir-Reġjun 2, il-BĊ responsabbli għall-parteċipan, għandu jiddebita l-kont PM tal-parteċipant fir-Reġjun 2 biex iġib lura l-bilanċ tal-kont PM tal-parteċipant għal-livell li kellu qabel ir-rilokazzjoni.”;

(g)

fl-Appendiċi IV, il-paragrafu 6(d)(iii) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil PM.”;

(h)

fl-Appendiċi IV, il-paragrafu 8(c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob li l-parteċipanti jipparteċipaw f'ittestjar regolari jew ad hoc ta' miżuri ta' kontinwità tas-servizz u ta' pproċessar ta' kontinġenza, f'taħriġ jew f'kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [daħħal isem il-BĊ]. L-ispejjeż kollha li l-parteċipanti jkollhom b'riżultat ta' dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mill-parteċipanti biss.”;

3.

L-Anness IIa huwa emendat kif gej:

(a)

Fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' “awtokollateralizzazzjoni” tinbidel b'dan li ġej:

“—

‘awtokollateralizzazzjoni’ tfisser kreditu intraġurnata mogħti mill-Bank Ċentrali Nazzjonali (BĊN) taż-żona tal-euro fi flus tal-bank ċentrali attivata meta detentur DCA ma jkollux biżżejjed fondi biex jissalda tranżazzjonijiet ta' garanziji, fejn tali kreditu intraġurnata jiġi kkollateralizzat jew billi jinxtraw titoli (kollaterali fuq fluss), jew b'garanziji miżmumin diġà mid-detentur DCA (kollateral fi stokk). Tranżazzjoni ta' awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti minn żewġ tranżazzjonijiet distinti, waħda għall-għoti ta' awtokollateralizzazzjoni u waħda għar-rimbors tagħha. Tista' tinkludi t-tielet tranżazzjoni għal kull rilokazzjoni tal-kollateral eventwali. Għall-finijiet tal-Artikolu 16, it-tliet tranżazzjonijiet huma kkunsidrati li ddaħħlu fis-sistema u tqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni.”;

(b)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' “Kont PM Ewlieni” jinbidel b'dan li ġej:

“—

‘Kont PM Ewlieni’ ifisser il-Kont PM li miegħu hemm magħqud DCA u li fih jiġi awtomatikament ripatrijat kull bilanċ li jibqa' fl-aħħar tal-jum,”;

(c)

fl-Artikolu 16(3), il-paragrafu introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Għandu jiġi ffirmat ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi, minn naħa, u s-CSDs kollha li jipparteċipaw fit-T2S, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' informazzjoni fil-każ ta' insolvenza ta' parteċipant, u r-responsabbiltà ta' kull firmatarju fil-ftehim. Ġimagħtejn wara li l-BĊE jkun ikkonferma lill-firmatarji kollha tal-ftehim li l-proċeduri għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija iktar 'il fuq ġew stabbiliti u approvati mill-partijiet kollha tiegħu, ir-regoli previsti fil-paragrafu 2 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:”;

(d)

fl-Artikolu 24(1), is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar:

“Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu t-teħid ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni fit-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE kontra detentur ta' kont DCA m'għandux jikkwalifika awtomatikament bħala l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza.”

(e)

L-Artikolu 24(4) huwa emendat kif ġej:

(i)

punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-kont PM tad-detentur fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta' messaġġ imxandar ICM jew messaġġ imxandar T2S, lil dak id-detentur DCA, lil BĊi u dententuri tad-DCA oħrajn, u lil detenturi tal-kont PM fis-sistemi tal-komponenti ta' TARGET2 kollha b'tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tad-DCA u d-detentur tal-kont PN li jirċievi l-messaġġ.”;

(ii)

il-punt (b) hu mħassar;

(f)

fl-Appendiċi II, il-paragrafu 3(a)(ii) huwa ssostitwit b'li ġej:

“(ii)

il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta' referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja tal-indiċi mil-lum għall-għada tal-euro (EONIA) u r-rata ta' self marġinali. Ir-rata ta' referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta' ħlas li ma jkunx sar saldu tiegħu b'riżultat tal-ħsara teknika ta' TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data tal-ordnijiet ta' ħlas attwali jew, fir-rigward tal-istess ordnijiet ta' ħlas imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), is-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta' ħlas sad-data li fiha l-ordni ta' ħlas kienet ġiet saldata jew setgħet ħiet saldata b'suċċess. Kull imgħax jew kosti li jirriżultaw mit-tpoġġġija ta' kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas mhux saldati fuq depożitu mal-Eurosistema għandhom jitnaqqsu minn jew jiġu imposti mill-ammont ta' kwalunkwe kumpens, skont il-każ; u”;

(g)

fl-Appendiċi IV, il-paragrafu 7(b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob li d-detenturi DCA jipparteċipaw f'ittestjar regolari jew ad hoc ta' miżuri ta' kontinwità tas-servizz u ta' pproċessar ta' kontinġenza, f'taħriġ jew f'kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [daħħal isem il-BĊ]. L-ispejjeż kollha li d-detenturi DCA jkollhom b'riżultat ta' dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mid-detenturi DCA.”;

(h)

l-Appendiċi VI huwa ssostitwit b'li ġej:

“Appendiċi VI

SKEDA TAD-DRITTIJIET

Drittijiet għal servizzi T2S

Id-drittijiet li ġejjin għal servizzi T2S konnessi mad-DCAs għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kont PM Ewlieni:

Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu:

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil DCA

9 euro ċenteżmi

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (i.e. imblukkar, żblukkar, riżerva ta' likwidità, eċċ.)

6 euro ċenteżmi

kull tranżazzjoni

Servizzi tal-informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull partita fi kwalunkwe rapport A2 A ġġenerat

Mistoqsijiet A2 A

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar A2 A ġġenerata

Mistoqsijiet U2 A

10 euro ċenteżmi

Għal kull funzjoni tat-tiftix eżegwita

Mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar U2 A ġġenerata u mniżżla

Messaġġi marbura f'fajl

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2 euro ċenteżmi

Kull trażmissjoni”

4.

L-Anness III huwa emendat kif gej:

(a)

il-punt (7) fit-taqsima “Definizzjonijiet” huwa ssostitwit b'li ġej:

“(7)

‘rabtiet mill-qrib’ ifissru rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Artikolu 138 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.

Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jipprovdi kreditu intraġurnata lil istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li huma kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema, għandu aċċess għall-faċilità ta' self marġinali u għandu kont mal-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti, inkluż meta dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ZEE, iżda dawk il-friegħi għandhom ikunu stabbiliti fl-istess pajjiż bħall-BĊN relevanti taż-żona tal-euro. L-ebda kreditu intraġurnata ma jista' jingħata lil entitajiet li huma suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, hija kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2.”;

(c)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'li ġej:

“2.

Il-kreditu intraġurnata jista' jingħata ukoll lill-entitajiet li ġejjin:

(a)

imħassar;

(b)

istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li mhumiex kontrapartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema u/jew m'għandhomx aċċess għall-faċilità ta' self marġinali, inkluż meta dawn jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;

(c)

dipartimenti tat-teżor ta' gvernijiet ċentrali jew reġjonali ta' Stati Membri attivi fis-swieq tal-flus u korpi tas-settur pubbliku awtorizzati li jżommu kontijiet għal klijenti;

(d)

ditti ta' investiment stabbiliti fiż-ŻEE sakemm ikunu kkonkludew arranġament ma' kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema biex jiżguraw li kull pożizzjoni ta' debitu residwa fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u

(e)

entitajiet li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-punt (b) li jiġġestixxu sistemi anċillari u jaġixxu f'dik il-kapaċità, iżda l-arranġamenti għall-għoti ta' kreditu intraġurnata lil dawn l-entitajiet ikunu ntbagħtu lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv,

iżda fil-każijiet speċifikati fil-punti (b) sa (e) l-entità li tirċievi l-kreditu intraġurnata għandha tkun stabbilita fl-istess ġurisdizzjoni bħall-BĊN li jipprovdi l-kreditu intraġurnata.

Il-kreditu mil-lum għall-għada kollu mogħti lil kontropartijiet ċentrali eliġibbli għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta' dan l-Anness (inkluż id-dispożizzjonijiet relatati mal-kollateral eliġibbli).

Is-sanzjonijiet previsti fil-paragrafi 10 u 11 għandhom japplikaw meta kontropartijiet ċentrali jonqsu milli jirrimborsaw il-kreditu mil-lum għall-għada estiż għalihom mill-BĊN tagħhom.”;

(d)

il-paragrafu 3, jinbidel b'li ġej:

“3.

Għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) sa (e), u skont l-Artikolu 19 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-kreditu intraġurnata għandu jkun limitat għall-jum imsemmi u l-ebda estenzjoni għal kreditu mil-lum għall-għada ma għandha tkun possibbli.

Bħala deroga, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi, permezz ta' deċiżjoni motivata minn qabel, li jipprovdi aċċess għall-faċilità ta' self marġinali lil ċerti kontropartijiet ċentrali eliġibbli (CCPs), fl-ambitu tal-Artikolu 139(2)(c) tat-Trattat flimkien mal-Artikoli 18 u 42 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-Artikolu 1(1) tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:

(a)

huma entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(e) sakemm dawk l-entitajiet eliġibbli jkunu wkoll awtorizzati bħala CCPs skont il-leġizlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

huma stabbiliti fiz-żona tal-euro;

(c)

huma suġġetti għal supervizjoni u/jew sorveljanza minn awtoritajiet kompetenti;

(d)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-pożizzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt tal-BĊE (**)

(e)

ikollhom kontijiet fil-Payments Module [Modulu ta' Ħlas] (PM) ta' TARGET2;

(f)

ikollhom aċċess għal kreditu intraġurnata;

(**)  Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stipulata fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-Politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' “sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro” tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.”;"

(e)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Il-kreditu intraġurnata għandu jkun ibbażat fuq kollateral eliġibbli u mogħti permezz ta' self intraġurnata u kkollateralizzat u/jew tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid intraġurnata li huma konformi mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali (inklużi l-każijiet ta' inadempjenza msemmijin hemm, kif ukoll il-konsegwenzi rispettivi tagħhom) li jispeċifika l-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema. Kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti mill-istess assi u strumenti bħala assi eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja ta' Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Kreditu intraġurnata għandu jingħata biss ladarba l-assi eliġibbli pprovduti bħala kollateral jiġu finalment ittrasferiti jew mirhuna. Għal dan l-iskop, il-kontropartijiet għandhom jiddepożitaw minn qabel jew ikun rahnu l-assi eliġibbli mal-BĊN rilevanti jew ikunu ssaldaw l-assi eliġibbli mal-BĊN rilevanti fuq il-bażi ta' konsenja mal-ħlas.”;

(f)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“5.

Strumenti ta' debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza parti oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċettati biss bħala kollateral eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

(g)

fil-paragrafu 12, il-punt (c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Jekk l-Eurosistema tiddeċiedi li tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti ta' politika monetarja għal raġunijiet ta' prudenza jew xorta oħra skont l-Artikolu 158 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimplimentaw dik id-deċiżjoni fir-rigward ta' aċċess għall-kreditu intraġurnata skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi rispettivi.”;

5.

L-Anness IIIa huwa emendat kif gej:

(a)

il-punt (1) fit-taqsima “Definizzjonijiet” huwa ssostitwit b'li ġej:

“(1)

“awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraġurnata mogħti mill-BĊN fiż-żona tal-euro fi flus tal-bank ċenrali attivat meta detentur DCA ma jkollux biżżejjed fondi biex jissalda tranżazzjonijiet ta' garanziji, fejn tali kreditu intraġurnata jiġi kkollateralizzat jew billi jinxtraw titoli (kollaterali fuq fluss), jew b'garanziji miżmumin diġà mid-detentur DCA (kollateral fi stokk). Tranżazzjoni ta' awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti minn żewġ tranżazzjonijiet distinti, waħda għall-għoti ta' awtokollateralizzazzjoni u waħda għar-rimbors tagħha. Tista' tinkludi t-tielet tranżazzjoni għal kull rilokazzjoni eventwali tal-kollateral. Għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Anness IIa, it-tliet tranżazzjonijiet huma kkunsidrati li ddaħħlu fis-sistema u tqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni;”;

(a)

il-punt (6) fit-taqsima “Definizzjonijiet” huwa ssostitwit b'li ġej:

“(6)

‘rabtiet mill-qrib’ ifissru rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Artikolu 138 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);”;

(c)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.

L-awtokollateralizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kollaterali eliġibbli. Kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti mill-istess assi bħala eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 BĊE/2014/60.”;

(d)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Strumenti ta' debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza parti oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċettati biss bħala kollateral eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

(e)

Fil-paragrafu 9, il-punt (d) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu japplika penali ta' EUR 1 000 għal kull jum tan-negozju fejn ikun sar rikors wieħed jew iżjed għar-rilokazzjoni kollaterali taħt il-punt (c). Il-penali għandha tiġi ddebitata mill-kont PM rilevanti tad-detentur DCA msemmi fil-punt (c).”.

(f)

fil-punt 10(c), l-ewwel sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Eurosistema tista' tiddeċiedi li tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti ta' politika monetarja għal raġunijiet ta' prudenza jew inkella skont l-Artikolu 158 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

(g)

fil-paragrafi 1 u 13, il-kliem “6 ta' Frar” huwa ssostitwit bil-kliem “18 ta' Settembru”.

6.

Il-paragrafu 18(1) tal-Anness IV huwa ssostitwit b'li gej:

“18.   Skeda tad-drittijiet u fatturar

(1)

Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' xi kontijiet li jista' jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun suġġetta għal skeda ta' drittijiet li tikkonsisti minn dawn l-elementi:

(a)

Dritt fiss ta' kull xahar ta' EUR 1 000 li għandu jiġi impost fuq kull sistema anċillari (Dritt Fiss I).

(b)

It-tieni dritt fiss ta' kull xahar ta' bejn EUR 417 u EUR 8 334, fi proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f'euro tas-sistema anċillari (Dritt Fiss II):

Faxxa

Minn (miljun EUR/jum)

Sa (miljun EUR/jum)

Dritt annwali

Dritt ta' kull xahar

1

0

taħt l-1 000

EUR 5 000

EUR 417

2

1 000

taħt l-2 500

EUR 10 000

EUR 833

3

2 500

taħt il-5 000

EUR 20 000

EUR 1 667

4

5 000

taħt l-10 000

EUR 30 000

EUR 2 500

5

10 000

taħt il-50 000

EUR 40 000

EUR 3 333

6

50 000

taħt il-500 000

EUR 50 000

EUR 4 167

7

'Il fuq minn 500 000

EUR 100 000

EUR 8 334

Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet ta' saldu fi flus kontanti tal-euro tas-sistema anċillari jiġi kkalkolat mill-ASCB darba fis-sena fuq il-bażi ta' dan il-valur gross matul is-sena preċedenti u l-valur gross ikkalkolat għandu jkun applikat għall-kalkolu tad-dritt sa mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja. Il-valur gross għandu jeskludi tranżazzjonijiet saldati fuq DCAs.

(c)

Id-dritt ta' tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għall-detenturi ta' kont PM fl-Appendiċi VI tal-Anness II. Is-sistema anċillari tista' tagħżel waħda miż-żewġ opzjonijiet: jew li jħallsu dritt fiss ta' EUR 0,80 għal kull struzzjoni ta' ħlas (Opzjoni A) jew li jħallsu dritt ikkalkolat fuq bażi degressiva (Opzjoni B), mingħajr ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(i)

għal Opzjoni B, il-limiti tal-faxex fir-rigward tal-volum ta' struzzjonijiet ta' ħlas huma diviżi fi tnejn, u

(ii)

dritt fiss ta' kull xahar ta' EUR 150 (taħt Opzjoni A) jew EUR 1 875 (taħt Opzjoni B) jiġu imposti minbarra d-Dritt Fiss I u d-Dritt Fiss II.

(d)

Minbarra d-drittijiet stabbiliti f'(a) sa (c), sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant għandha tkun suġġetta wkoll għad-drititjiet li ġejjin:

(i)

Jekk is-sistema anċillari tagħmel użu mis-servizzi b'valur miżjud ta' TARGET2 għal T2S, id-dritt mensili għall-użu ta' servizzi b'valur miżjud għandu jkun ta' EUR 50 għal dawk is-sistemi li għażlu l-opzjoni A u EUR 625 għal dawk is-sistemi li għażlu l-opzjoni B. Dan id-dritt għandu jintalab għal kull kont miżmum mis-sistema anċillari li tuża s-servizzi;

(ii)

Jekk is-sistema anċillari għandha kont PM Ewlieni marbut ma' DCA waħda jew iżjed, id-dritt mensili għandu jkun ta' EUR 250 għal kull DCA marbut; u

(iii)

Is-sistema anċillari bħala d-detentur tal-kont PM Ewlieni għandha tintalab il-ħlas tad-drittijiet li ġejjin għal servizzi T2S konnessi mad-DCA(s) marbuta. Dawn il-partiti għandhom jiġu ffatturati separatament

Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu:

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil DCA

9 euro ċenteżmi

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (i.e. imblukkar, żblukkar, riżerva ta' likwidità, eċċ.)

6 euro ċenteżmi

kull tranżazzjoni

Servizzi tal-informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull partita fi kwalunkwe rapport A2 A ġġenerat

Mistoqsijiet A2 A

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar A2 A ġġenerata

Mistoqsijiet U2 A

10 euro ċenteżmi

Għal kull funzjoni tat-tiftix eżegwita

Mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar U2 A ġġenerata u mniżżla

Messaġġi marbuta f'fajl

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull messaġġ f'fajl

Tramissjonijiet

1,2 euro ċenteżmi

Kull trażmissjoni”

7.

fl-Anness V, il-paragrafu 3 tal-Appendiċi IIA huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħroġ u jżomm sa ħames ċertifikati attivi bla ħlas għal kull parteċipant għal kull kont PM. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimponi dritt ta' EUR 120 għall-ħruġ ta' sitt ċertifikat attiv u kull wieħed ieħor addizzjonali sussegwenti. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimponi dritt ta' manteniment annwali ta' EUR 30 għas-sitt ċertifikat attiv u kull wieħed ieħor addizzjonali sussegwenti. Ċertifikati attivi għandhom ikunu validi għal ħames snin.”.



Top