This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2131
Council Decision (EU) 2016/2131 of 17 October 2016 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Lebanon, of the other part, as regards the adoption of EU-Lebanon Partnership Priorities, including the Compact
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2131 tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2131 tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt
ĠU L 331, 6.12.2016, pp. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2131
tas-17 ta' Ottubru 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006. |
|
(2) |
Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta' Novembru 2015 dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat intlaqgħet tajjeb mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2015, fejn, fost l-oħrajn, il-Kunsill ikkonferma l-intenzjoni li jibda fażi ġdida ta' involviment mas-sħab fl-2016 li tista' twassal biex jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda ta' sħubija, fejn xieraq, iffokati fuq prijoritajiet u interessi miftiehma. |
|
(3) |
Il-mira kondiviża tal-Unjoni u tal-Libanu għal żona komuni ta' paċi, prosperità u stabbiltà teħtieġ ħidma flimkien, partikolarment permezz ta' sjieda konġunta u differenzjazzjoni, u li jitqies ir-rwol ċentrali tal-Libanu fir-reġjun. |
|
(4) |
Filwaqt li jindirizzaw l-aktar sfidi urġenti, l-Unjoni u l-Libanu qed ikomplu jsegwu l-objettivi ewlenin tas-sħubija antika tagħhom u jsaħħu l-istabbiltà tal-pajjiż u tar-reġjun kif ukoll it-tkabbir ekonomiku permezz ta' istituzzjonijiet tal-istat b'saħħithom u r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomija Libaniża. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ikun ibbażat fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Libanu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU
ta' …
dwar qbil fuq il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006. |
|
(2) |
L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim fil-każijiet previsti fih u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. |
|
(3) |
L-Artikolu 86 tal-Ftehim jipprovdi li l-Partijiet jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jassiguraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim. |
|
(4) |
It-tieni Pjan ta' Azzjoni UE-Libanu, li ġie maqbul fl-2013 bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-oqsma identifikati fil-Ftehim, intemm fl-2015 u ma ġiex imġedded. |
|
(5) |
Ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-2016 ipproponiet fażi ġdida ta' involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat. |
|
(6) |
L-UE u l-Libanu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi qablu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perijodu 2016-2020, bil-għan li jappoġġaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabilità tal-Libanu filwaqt li jfittxu li jindirizzaw l-impatt tal-kunflitt fit-tul fis-Sirja. |
|
(7) |
Il-Partijiet tal-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt, li ser jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b'enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward ta' sett ta' interessi kondiviżi identifikati b'mod komuni, li ser jingħataw prijorità, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Libanu, inkluż il-Patt, li huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Libanu
Il-President