Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1873

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

    ĠU L 288, 22.10.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1873/oj

    Related international agreement

    22.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 288/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1873

    tal-10 ta' Ottubru 2016

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(2) u 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew dwar il-ħolqien tal-Fondazzjoni UE-ALK bħala organizzazzjoni internazzjonali.

    (2)

    In-negozjati għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (“il-Ftehim”) ġew konklużi b'suċċess fid-29 ta' Jannar 2015.

    (3)

    Il-Ftehim ser jistabbilixxi l-Fondazzjoni UE-ALK bħala organizzazzjoni internazzjonali b'personalità ġuridika taħt id-dritt internazzjonali pubbliku.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (5)

    Meta jaġixxu fil-qafas tal-Fondazzjoni UE-ALK, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'konformità mat-Trattati u mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. MATEČNÁ


    Top