Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0041

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/41 tal-14 ta' Jannar 2016 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE rigward l-entrata għall-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-Unjoni b'rabta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (notifikata bid-dokument C(2016) 41) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 11, 16.1.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/41/oj

    16.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 11/8


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/41

    tal-14 ta' Jannar 2016

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE rigward l-entrata għall-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-Unjoni b'rabta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

    (notifikata bid-dokument C(2016) 41)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu u l-ħżin fiha ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (“il-prodotti”).

    (2)

    Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti, sakemm il-prodotti jkun sarilhom it-trattament rilevanti kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattament mhux speċifiku “A” u t-trattamenti speċifiċi “B” sa “F”, elenkati b'ordni ta' severità li dejjem tonqos.

    (3)

    Il-Messiku huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti miksuba minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa, ratiti u tjur tal-kaċċa selvaġġi.

    (4)

    Wara li f'Jannar 2013 kien hemm tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (“HPAI”) tas-sottotip H7N3 fit-territorju tal-Messiku, l-entrata għal dak il-pajjiż terz fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/217/UE (3) sabiex tispeċifika li l-prodotti ġejjin minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa, ratiti u tjur tal-kaċċa selvaġġi jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-Messiku wara li jsirilhom it-trattament speċifiku “B”, kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (5)

    Fit-8 ta' Mejju 2015, Il-Messiku ppreżenta informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-HPAI. Il-Messiku applikat politika ta' qerda u wettqet sorveljanza għall-influwenza tat-tjur. Hija ma sabet l-ebda ċirkolazzjoni ulterjuri tal-vajrus.

    (6)

    Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-garanziji pprovduti mill-Messiku, huwa xieraq li tiġi emendata l-entrata għall-Messiku fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, fir-rigward tat-trattament speċifiku preskritt għall-prodotti derivati minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa, ratiti u tjur tal-kaċċa selvaġġi. Sabiex titqies is-sitwazzjoni favorevoli tal-marda fil-Messiku, il-prodotti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni wara li jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D”.

    (7)

    Għaldaqstant, il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/217/UE tat-8 ta' Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 38).


    ANNESS

    Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-entrata għall-Messiku tinbidel b'dan li ġej:

    “MX

    Il-Messiku

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    XXX

    A

    D

    XXX”


    Top