Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2339

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2339 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja f'NAFO 3LMNO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

    ĠU L 330, 16.12.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2339/oj

    16.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2339

    tal-11 ta' Diċembru 2015

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja f'NAFO 3LMNO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

    (2)

    Skont informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ilħiq tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata għall-2015 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, għandha titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat jew li jittella' l-art ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    João AGUIAR MACHADO

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    67/TQ104

    Stat Membru

    Spanja

    Stokk

    GHL/N3LMNO

    Speċi

    Ħalibatt tal-Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

    Żona

    Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

    Data tal-għeluq

    3.12.2015


    Top