Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1610

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1610 tal-24 ta' Settembru 2015 li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 249, 25.9.2015, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1610/oj

    25.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 249/20


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1610

    tal-24 ta' Settembru 2015

    li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Lulju 2005, ir-Repubblika Ċeka rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Pythium oligandrum tar-razza M1 fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 10, priservattivi tal-ġebla tax-xogħol tal-bini, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip10 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    (2)

    Fl-14 ta' Mejju 2000, is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 ma kinitx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali.

    (3)

    Fit-8 ta' Novembru 2011, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE, ir-Repubblika Ċeka bagħtet rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

    (4)

    L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-2 ta' Diċembru 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

    (5)

    Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 10 u li fihom is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

    (6)

    Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi approvat l-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 għandu jiġi approvat, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


    ANNESS

    Isem Komuni

    Isem tal-IUPAC

    Numri tal-Identifikazzjoni

    Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

    Tip ta' prodott

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Pythium oligandrum tar-razza M1

    Mhux applikabbli

    L-ebda impurità rilevanti

    L-1 ta' Jannar 2016

    Il-31 ta' Diċembru 2025

    10

    Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

    Għall-prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni:

    Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.


    (1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva valutata.


    Top