This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1373
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1373 of 5 August 2015 approving a non-minor amendment to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Huile d'olive de Nyons (PDO)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1373 tal-5 ta' Awwissu 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Huile d'olive de Nyons (DOP))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1373 tal-5 ta' Awwissu 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Huile d'olive de Nyons (DOP))
ĠU L 212, 11.8.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1373
tal-5 ta' Awwissu 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Huile d'olive de Nyons (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Huile d'olive de Nyons”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1431/2007 (3). |
(2) |
Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (4). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Huile d'olive de Nyons” (DOP) huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Cecilia MALMSTRÖM
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/2007 tal-5 ta' Diċembru 2007 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Huile d'olive de Nyons (DOP) (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 12).