This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0869
Council Implementing Regulation (EU) 2015/869 of 5 June 2015 implementing Regulation (EU) No 208/2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ĠU L 142, 6.6.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0208 | Emenda | anness I | 07/06/2015 |
6.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/869
tal-5 ta' Ġunju 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
(2) |
Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 (2) li tipprovdi li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (3) għandhom japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna, u sas-6 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' erba' persuni. |
(3) |
Fil-5 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/876 (4) li tipprovdi li fir-rigward ta' waħda minn dawk l-erba' persuni, il-miżuri restrittivi għandhom japplikaw sas-6 ta' Ottubru 2015 u għal żewġ persuni minn dawk il-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom japplikaw sa [6 ta' Marzu 2016]. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet marbuta ma' dawk il-persuni għandha tiġi aġġornata. |
(4) |
Persuna waħda ma għandhiex tibqa' fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal- 5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ara paġna 30 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
1) |
Il-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 mis-6 ta' Ġunju 2015: Entrata Nru 8 — Viktor Viktorovych Yanukovych (Віктор Вікторович Янукович) (iben l-eks President) |
2) |
L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|