Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0712

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/712 tat-28 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 103/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    C/2015/3018

    ĠU L 114, 5.5.2015, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/712/oj

    5.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 114/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/712

    tat-28 ta' April 2015

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 103/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 953/2013 (2) emenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u ssostitwixxa l-kodiċijiet NM 8528 59 10, 8528 59 40 u 8528 59 80 permezz tal-kodiċijiet NM 8528 59 20, 8528 59 31, 8528 59 39 u 8528 59 70.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 (3) dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti, adottat sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jagħmel referenza għall-kodiċi NM li ma għadhiex teżisti. Għalhekk din għandha tiġi emendata, sabiex tqis il-kodiċi NM xierqa fis-seħħ.

    (3)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 103/2012 hu sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Heinz ZOUREK

    Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 953/2013 tas-26 ta' Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 263, 5.10.2013, p. 4).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 tas-7 ta' Frar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 17).


    ANNESS

    “ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Pannell ta' skrin modulari mhux armat (hekk imsejjaħ ‘ħajt LED’), li jikkonsisti minn ħafna moduli fil-forma ta' madum, b'kull maduma jkollha daqs bejn wieħed u ieħor ta' 38 × 38 × 9 cm.

    Kull maduma fiha dijodji li jarmu d-dawl (LEDs) aħmar, aħdar u ikħal u riżoluzzjoni ta' 16 × 16-il pixel, bid-daqs ta' kull tikka jkun 24 mm, luminożità ta' 2 000 cd/m2 u frekwenza ta' ripetizzjoni ta' aktar minn 300 Hz. Ikunu jinkludu wkoll iċ-ċirkwiti elettroniċi tat-tħaddim.

    Il-pannell jiġi ppreżentat flimkien ma' sistema ta' pproċessar li tinkludi:

    proċessur tal-vidjo li jaċċetta sinjali ta' diversi tipi (bħal CVBS, Y/C, YUV/RGB, (HD-)SDI jew DVI) u li jippermetti li l-immaġini/il-vidjo j/tiġi aġġustat/a għad-daqs tal-pannell tal-iskrin,

    proċessur tas-sinjal li jippermetti l-immappajr fuq il-pannell tal-iskrin tal-pixels mis-sinjal riċevut.

    Is-sinjal ipproċessat jintbagħat mill-proċessur tas-sinjal lil distributur tad-dejta bl-użu ta' kejbils tal-fibra ottika. Id-distributur tad-dejta min-naħa tiegħu jibgħat id-dejta lid-diversi madumiet tal-pannell tal-iskrin.

    L-iskrin huwa ppreżentat bħala adattat għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ., iżda mhux adattat għal wiri mill-qrib.

    8528 59 39

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 39 .

    Billi l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri l-vidjo ma jistax jitqies bħala apparat elettriku għal skopijiet ta' senjalar bl-użu ta' indikazzjoni viżwali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8531 bħala pannell tal-iskrin ta' indikazzjoni hija għalhekk eskluża.

    Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, l-istandards tat-televiżjoni appoġġjat (CVBS) u l-modalità ta' vidjo, id-daqs ta' kull tikka li mhux adattat għall-wiri mill-qrib u l-luminożità qawwija, l-użu maħsub tal-pannell tal-iskrin hu għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ. Għaldaqstant, ma jitqiesx li hu ta' tip użat biss jew prinċipalment f'sistema awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta tal-intestatura 8471 Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża wkoll.

    Minħabba li l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri sinjali minn magna awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta (ADP — automatic data-processing) f'livell suffiċjenti għall-użu prattiku mal-magna ADP, dan jitqies li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità.

    Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 39 bħala displays oħrajn tal-kulur forma ta' pannelli tal-iskrin ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità.”


    Top