Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2119

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2119 tal-20 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam (notifikata bid-dokument C(2015) 8062) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 306, 24.11.2015, p. 31–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2119/oj

    24.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 306/31


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2119

    tal-20 ta' Novembru 2015

    li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam

    (notifikata bid-dokument C(2015) 8062)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-promozzjoni tal-protezzjoni ambjentali permezz tad-Deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (2).

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni ta' dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam fl-24 ta' Settembru 2014 u għamlitu pubblikament disponibbli.

    (3)

    Il-konklużjonijiet tal-BAT kif stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-applikabbiltà tagħhom, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta' konsum assoċjati u, fejn applikabbli, il-miżuri għar-rimedjar tas-sit rilevanti.

    (4)

    Il-konklużjonijiet tal-BAT huma r-referenza għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-permess għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad- Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kundizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-konklużjonijiet BAT għall-produzzjoni tal-pannelli bbażati fuq l-injam, kif stabbilit fl-Anness, huma adottati.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

    (2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


    ANNESS

    KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TA' PANNELLI BBAŻATI FUQ L-INJAM

    IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI 32
    KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 33
    DEFINIZZJONIJIET U AKRONIMI 34

    1.1.

    KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT 36

    1.1.1.

    Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali 36

    1.1.2.

    Manutenzjoni tajba 37

    1.1.3.

    Storbju 38

    1.1.4.

    Emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art 38

    1.1.5.

    Il-ġestjoni tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika 39

    1.1.6.

    Irwejjaħ 40

    1.1.7.

    Il-ġestjoni tal-iskart u r-residwi 40

    1.1.8.

    Monitoraġġ 41

    1.2.

    L-EMISSJONIJIET FL-ARJA 43

    1.2.1.

    L-emissjonijiet kanalati 43

    1.2.2.

    L-emissjonijiet diffużi 47

    1.3.

    L-EMISSJONIJIET FL-ILMA 48

    1.4.

    DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI 49

    1.4.1.

    L-emissjonijiet fl-arja 49

    1.4.2.

    L-emissjonijiet fl-ilma 51

    IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet speċifikati fis-Sezzjoni 6.1(c) tal-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:

    il-produzzjoni fl-istallazzjonijiet industrijali ta' pannella bbażata fuq l-injam waħda jew iktar minn fost dawn li ġejjin: bord b'ħajta orjentata, bord tal-partikuli jew fajberbord b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż is-600 m3 fil-jum.

    B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru dawn li ġejjin:

    il-manifattura ta' pannelli bbażati fuq l-injam;

    impjanti tal-kombustjoni fuq il-post (inklużi magni) li jiġġeneraw gassijiet jaħarqu għal nixxiefa msaħħnin direttament;

    il-manifattura ta' karta mxappa bir-reżini.

    Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet u l-proċessi li ġejjin:

    impjanti tal-kombustjoni fuq il-post (inklużi magni) li ma jiġġenerawx gassijiet jaħarqu għal nixxiefa msaħħnin direttament;

    il-laminazzjoni, l-għoti tal-verniċ jew iż-żbigħ ta' bord mhux maħduma.

    Dawn li ġejjin huma dokumenti ta' referenza oħrajn li huma relevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT:

    Dokument ta' referenza

    Suġġett

    Il-monitoraġġ ta' Emissjonijiet fl-arja u l-ilma minn installazzjonijiet IED (ROM)

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u l-ilma

    Impjanti tal-Kombustjoni Kbar (LCP)

    It-tekniki ta' kombustjoni

    L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

    L-inċinerazzjoni tal-iskart

    L-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

    L-effiċjenza enerġetika

    It-Trattament tal-Iskart (WT)

    It-trattament tal-iskart

    L-Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS)

    Il-ħżin u t-tqandil tal-materjali

    L-Ekonomija u l-Effetti bejn il-Midjums (ECM)

    L-ekonomija u l-effetti bejn il-midjums tat-tekniki

    L-industrija tas-Sustanzi Kimiċi Organiċi b'Volum Kbir (LVOC)

    Il-produzzjoni ta' melamina, reżini tal-urea-formaldeid u metilen difenil diisoċjanat

    KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

    L-AĦJAR TEKNIKI DISPONIBBLI

    It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw livell tal-inqas indaqs ta' ħarsien tal-ambjent.

    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw b'mod ġenerali.

    IL-LIVELLI TA' EMISSJONIJIET MABRUTIN MAL-BAT (BAT-AELs) GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

    Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet mogħtijin bħala massa ta' sustanza emessa għal kull volum ta' gass ta' skart f'kundizzjonijiet standard (273,15 K, 101,3 kPa) u fuq bażi xotta, mogħtija fl-unità mg/Nm3.

    Il-livelli ta' referenza tal-ossiġenu huma dawn li ġejjin:

    Sors tal-emissjoni

    Livelli ta' referenza tal-ossiġenu

    Nixxiefa tal-PB jew OSB direttament imsaħħnin waħedhom jew flimkien mal-pressa

    18 % ossiġenu skont il-volum

    Is-sorsi kollha l-oħrajn

    Ebda korrezzjoni għall-ossiġenu

    Il-formula biex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu hija:

    Formula

    fejn:

    ER (mg/Nm3)

    :

    konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu;

    OR (vol-%)

    :

    il-livell ta' referenza tal-ossiġenu;

    EM (mg/Nm3)

    :

    il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet imkejla;

    OM (vol-%)

    :

    il-livell tal-ossiġenu mkejjel.

    Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jirreferu għall-medja matul il-perjodu tal-kampjunar, jiġifieri kif ġej:

    Il-valur medju ta' tliet kejliet konsekuttivi ta' tal-inqas 30 minuta l-wieħed (1)

    IL-LIVELLI TA' EMISSJONIJIET MARBUTIN MAL-BAT (BAT-AELs) GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA

    Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-valuri ta' konċentrazzjonijiet (massa ta' sustanzi emessi għal kull volum ta' ilma), mogħtija fl-unità mg/l.

    Dawn il-BAT-AELs jirreferu għall-medja ta' kampjuni miksubin f'sena, jiġifieri l-medja ponderata skont il-fluss tal-kampjuni komposti kollha proporzjonati għall-fluss tul 24 siegħa, meħudin f'sena bil-frekwenza minima stabbilita għall-parametru relevanti u f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

    Il-formula sabiex tiġi kkalkolata l-medja ponderata għall-fluss tal-kampjuni komposti kollha proporzjonati għall-fluss tul 24 siegħa hija:

    Formula

    fejn:

    cw

    =

    il-konċentrazzjoni medja ponderata għall-fluss tal-parametru;

    n

    =

    in-numru ta' kejliet;

    ci

    =

    il-konċentrazzjoni medja tal-parametru matul il-perjodu ta' żmien numru i;

    qi

    =

    ir-rata ta' fluss medja matul il-perjodu ta' żmien numru i.

    Il-kampjunar proporzjonat għaż-żmien jista' jintuża diment li jkun jista' jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.

    Il-BAT-AELs kollha għall-emissjonijiet fl-ilma japplikaw fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

    Definizzjonijiet u akronimi

    Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    Terminu

    Definizzjoni

    COD

    Domanda kimika ta' ossiġenu; l-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni sħiħa tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju (normalment b'referenza għal analiżi b'ossidazzjoni tad-dikromat).

    Kejl kontinwu

    Determinazzjoni kontinwa ta' mikjel bl-użu ta' “sistema ta' kejl awtomatizzata” (AMS) installata jew “sistema ta' monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet” (CEM).

    Pressa kontinwa

    Pressa tal-pannelli li tippressa tapit kontinwament.

    Emissjonijiet diffużi

    Emissjonijiet mhux kanalizzati li ma jinħelsux permezz ta' punti ta' emissjoni speċifiċi bħal munzelli.

    Nixxief imsaħħan direttament

    Nixxief li bih il-gassijiet jaħarqu minn impjant ta' kombustjoni, jew xi sors ieħor, jidħlu f'kuntatt diretta mal-partikuli, strands jew il-fibri li jridu jitnixxfu. It-tnixxif isir permezz ta' konvezzjoni.

    Trab

    Materja partikolata totali.

    Impjant eżistenti

    Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

    Fibra

    Komponenti linjoċellulożiċi tal-injam jew materjali oħrajn tal-impjanti miġjuba permezz tal-ippolpar termomekkaniku jew mekkaniku bl-użu ta' rfinatur. Il-fibri jintużaw bħala l-materjal tal-bidu biex jiġi prodott il-fajberbord.

    Fajberbord

    Kif definit fl-EN 316 jiġifieri “materjal tal-pannelli bi ħxuna nominali ta' 1,5 mm jew iktar, manifatturat minn fibri linjoċellulożiċi bl-applikazzjoni tas-sħana u/jew il-pressjoni”. Il-fajberbords jinkludu bords tal-proċess niedi (ħardbord, bord medja, bord ratba) u fajberbord tal-proċess xott (MDF).

    Injam iebes

    Grupp ta' speċijiet ta' injam inklużi l-luq, il-fagu, il-betula u l-ewkaliptu. It-terminu njam iebes jintuża bħala l-oppost tat-terminu njam artab.

    Nixxief imsaħħan indirettament

    Nixxief li bih it-tnixxif jinkiseb biss permezz ta' sħana mir-radjazzjoni u l-konduzzjoni.

    Tiswir tat-tapit

    Il-proċess tat-tfassil tal-partikuli, il-ħjut jew il-fibri sabiex jinħoloq it-tapit, li jmur fil-pressa.

    Pressa b'bosta fetħiet

    Pressa tal-pannelli li tippressa pannella waħda fformata individwalment jew iktar.

    Impjant ġdid

    L-ewwel impjant awtorizzat fuq il-post tal-installazzjoni wara li jiġu ppubblikati dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni ta' impjant sħiħ wara li jiġu ppubblikati dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

    NOX

    Is-somma ta' ossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), mogħtija bħala NO2.

    OSB

    Bord b'ħajta orjentata, kif definita fl-EN 300 jiġifieri “bord b'bosta saffi magħmul primarjament minn ħjut tal-injam flimkien ma' legant. Il-ħjut fis-saff ta' barra huma allinjati u jitqiegħdu paralleli mat-tul jew il-wisgħa tal-bord. Il-ħjut fis-saff jew saffi interni jistgħu jiġu orjentati jew allinjati kif jiġi, ġeneralment f'90 grad mal-ħjut fis-saffi esterni”.

    PB

    Bord tal-partikuli, kif definita fl-EN 309 jiġifieri “materjal tal-pannelli manifatturat taħt il-pressjoni u s-sħana minn partikuli tal-injam (laqx, biċċiet żgħar, biċċiet taċ-ċana, ċana u l-bqija tal-injam) u/jew materjal linjoċellulożiku ieħor f'forma ta' partikuli (soddiedi tal-kittien, soddiedi tal-qanneb, biċċiet tal-bagasse u l-bqija), biż-żieda tal-kolla”.

    PCDD/F

    Dibenżo-diossini u furani poliklorinati

    Kejl perjodiku

    Kejl f'intervalli ta' żmien speċifikati bl-użu ta' metodi ta' referenza manwali jew awtomatizzati.

    Ilma tal-proċess

    Ilma mormi miġjub minn proċessi u attivitajiet fi ħdan l-impjant tal-produzzjoni, eskluż ilma tal-iskol tas-superfiċje.

    Injam irkuprat

    Materjal li fil-parti l-kbira fih injam. L-injam irkuprat jista' jkun jikkonsisti “f'injam ikkonvertit” u “residwi tal-injam”. “Injam ikkonvertit” huwa materjal li fil-parti l-kbira huwa magħmul minn injam miġjub direttament minn injam irriċiklat wara l-użu mill-konsumaturi.

    Irfinar

    It-trasformar tal-fibri tal-biċċiet żgħar tal-injam bl-użu ta' rfinatur.

    Injam tond

    Virgun ta' zokk.

    Injam artab

    Injam minn koniferi inklużi arżnu u abit. It-terminu njam artab jintuża bħala l-oppost tat-terminu njam iebes.

    Ilma tal-iskol tas-superfiċje

    Ilma minn skol u żbokki tax-xita, miġbur minn żoni għall-apert fejn jinħażnu l-virguni, inklużi żoni tal-ipproċessar fuq barra.

    TSS

    Solidi totalment sospiżi (f'ilma mormi); konċentrazzjoni massa tas-solidi sospiżi kollha kif imkejlin b'iffiltrar permezz tal-filtri tal-fibra tal-ħġieġ u l-gravimetrija.

    TVOC

    Komposti Organiċi Volatili Totali, mogħtija bħala C (fl-arja).

    Ipproċessar tal-injam upstream u downstream

    Kull tqandil u manipolar attiv, ħżin jew trasport ta' partikuli, biċċiet tal-laqx, ħjut jew fibri tal-injam u ta' pannelli pressati. L-ipproċessar upstream jinkludi l-ipproċessar kollu tal-injam minn meta l-materjal mhux maħdum tal-injam jitlaq miż-żona tal-ħżin. L-ipproċessar downstream jinkludi l-proċessi kollha wara li l-pannella toħroġ mill-pressa u sakemm il-pannella mhux maħduma jew il-prodott tal-pannella b'valur miżjud jittieħdu għall-ħżin. L-ipproċessar tal-injam upstream u downstream ma jinkludix il-proċess tat-tnixxif jew il-pressa tal-pannelli.

    1.1.   IL-KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT

    1.1.1.   Sistema tal-immaniġġjar ambjentali

    BAT 1.

    Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT għandha timplimenta u taderixxi ma' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    I.

    impenn meħud mill-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

    II.

    id-definizzjoni ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib bla heda tal-installazzjoni mill-maniġment;

    III.

    l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri meħtieġa, flimien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

    IV.

    l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jixħtu attenzjoni partikolari fuq:

    (a)

    l-istruttura u r-responsabbiltà

    (b)

    ir-reklutaġġ, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kompetenza

    (c)

    il-komunikazzjoni

    (d)

    l-involviment tal-impjegati

    (e)

    id-dokumentazzjoni

    (f)

    il-kontroll effettiv tal-proċessi

    (g)

    il-programmi ta' manutenzjoni

    (h)

    it-tħejjija u r-rispons għal emerġenzi

    (i)

    is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

    V.

    il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, filwaqt li tinxteħet attenzjoni partikolari fuq:

    (a)

    il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza dwar il-Monitoraġġ)

    (b)

    it-teħid ta' azzjoni korrettiva u preventiva

    (c)

    iż-żamma ta' rekords

    (d)

    l-awditjar intern u estern indipendenti (fejn dan ikun jista' jsir) sabiex jiġi stabbilit jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati u ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;

    VI.

    ir-reviżjoni tal-EMS l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività ssoktati tagħha mill-maniġment superjuri;

    VII.

    l-għoti ta' segwitu lill-iżvilupp ta' teknoloġiji iktar nodfa;

    VIII.

    l-għoti ta' kunsiderazzjoni lill-impatti ambjentali mill-iżmantellar tal-installazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

    IX.

    l-applikazzjoni ta' parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari.

    F'ċerti każijiet, il-karatteristiċi li ġejjin jagħmlu parti mill-EMS:

    X.

    il-pjan ta' mmaniġġjar tal-iskart (ara l-BAT 11);

    XI.

    il-pjan ta' kontroll tal-kwalità għall-injam irkuprat użata bħala materja prima għall-pannelli u użat bħala fjuwil (ara l-BAT 2b);

    XII.

    il-pjan ta' mmaniġġjar tal-istorbju (ara l-BAT 4);

    XIII.

    il-pjan ta' mmaniġġjar tal-irwejjaħ (ara l-BAT 9);

    XIV.

    il-pjan ta' mmaniġġjar tat-trab (ara l-BAT 23).

    Applikabilità

    L-ambitu (eż. il-livell ta' dettall) u l-għamla tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ser ikunu marbutin mal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.

    1.1.2.   Manutenzjoni tajba

    BAT 2.

    Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-proċess ta' produzzjoni, il-BAT trid tapplika prinċipji tal-manutenzjoni tajba billi tuża t-tekniki kollha pprovduti hawn taħt.

     

    Deskrizzjoni

    a

    Għażla u kontroll bir-reqqa tas-sustanzi kimiċi u l-addittivi.

    b

    L-applikazzjoni ta' programm għall-kontroll tal-kwalità tal-injam irkuprat użat bħala materja prima u/jew bħala fjuwil (2), b'mod partikolari sabiex jiġu kkontrollati sustanzi niġġiesa bħal As, Pb, Cd, Cr, Cu, Hg, Zn, kloru, fluworu u PAH.

    c

    Tqandil u ħżin bil-galbu ta' materja prima u skart.

    d

    Manutenzjoni u tindif regolari tat-tagħmir, ir-rotot ta' trasport u ż-żoni ta' ħżin tal-materja prima.

    e

    Reviżjoni tal-possibilitajiet ta' użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess u l-użu ta' sorsi tal-ilma sekondarji.

    BAT 3.

    Sabiex jonqsu l-emissjonijiet fl-arja kemm jista' jkun, BAT trid topera s-sistemi ta' trattament tal-gass ta' skart b'disponibilità għolja u f'kapaċità ottimali f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

    Deskrizzjoni

    Jistgħu jiġu definiti proċeduri speċjali għal kundizzjonijiet operazzjonali mhux tas-soltu, b'mod partikolari:

    (i)

    matul l-operazzjonijiet ta' xegħil u tifi;

    (ii)

    matul ċirkustanzi speċjali oħrajn li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tas-sistemi kif suppost (eż. xogħol ta' mantuenzjoni regolari u straordinarju u operazzjonijiet ta' tindif tal-impjant ta' kombustjoni u/jew tas-sistema ta' trattament tal-gass ta' skart).

    1.1.3.   L-istorbju

    BAT 4.

    Sabiex jiġu evitati minn qabel jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-istorbju u l-vibrazzjonijiet, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Deskrizzjoni

    Applikabilità

    Tekniki għall-prevenzjoni tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet

    a

    Ippjanar strateġiku tat-tifsila tal-impjant sabiex ikun lest għall-iktar operazzjonijiet storbjużi, eż. sabiex il-binjiet fuq il-post jaġixxu bħala iżolament.

    Ġeneralment applikabbli f'impjanti ġodda. It-tifsila ta' sit tista' tillimita l-applikabilità fuq impjanti eżistenti

    b

    L-applikazzjoni ta' programm li jtaffi l-istorbju li jinkludi mmappjar tas-sorsi tal-istorbju, l-istabbiliment ta' riċetturi mhux fuq il-post, l-immudellar tal-propagazzjoni tal-istorbju u l-evalwazzjoni tal-iktar miżuri kosteffikaċi u l-implimentazzjoni tagħhom.

    Ġeneralment applikabbli

    ċ

    It-twettiq ta' stħarriġijiet regolari tal-istorbju bil-monitoraġġ tal-livelli ta' storbju barra l-konfini tas-sit.

    Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet mis-sorsi punt

    d

    L-għeluq ta' tagħmir storbjuż f'kompartimenti jew billi jiġu inkapsulati u u billi l-binjiet jinbnew b'materjali li jiżolaw il-ħoss.

    Ġeneralment applikabbli

    e

    Diżakkoppjar ta' tagħmir individwali sabiex tiġi evitata minn qabel u limitata l-propagazzjoni tal-vibrazzjonijiet u l-istorbju minn reżonanza.

    f

    Iżolament minn sorsi punt bl-użu ta' silencer, stabbilizzaturi, attenwaturi fuq sorsi ta' storbju, eż. fannijiet, bokki akustiċi, maflers, u għeluq akustiku tal-filtri.

    g

    Iż-żamma tal-kanċelli u l-bibien magħluqin il-ħin kollu meta ma jkunux qed jintużaw. Tnaqqis kemm jista' jkun tal-għoli tal-waqgħa meta jitħatt l-injam tond.

    Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet fil-livell tas-sit

    h

    Tnaqqis tal-istorbju minn traffiku u bil-limitazzjoni tal-veloċità tat-traffiku intern u għat-trakkijiet li jidħlu fis-sit.

    Ġeneralment applikabbli

    i

    Limitazzjoni tal-attivitajiet fuq barra matul il-lejl.

    j

    Manutenzjoni regolari tat-tagħmir kollu.

    k

    L-użu ta' ħitan li jilqgħu mill-istorbju, barrieri naturali u imbankmenti sabiex jiġu ssorveljati s-sorsi ta' storbju.

    1.1.4.   L-emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art

    BAT 5.

    Sabiex jiġu evitati emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art, il-BAT trid tuża t-tekniki mogħtijin hawn taħt.

    I.

    tagħbija u ħatt ta' reżini u materjali awżiljari oħrajn f'żoni speċifiċi biss li huma protetti kontra l-iskol minn tnixxijiet;

    II.

    meta jkun għadu jrid jintrema, iġbor il-materjal kollu u aħżnu fiż-żoni speċifikati protetti kontra l-iskol minn tnixxijiet;

    III.

    għammar il-fosos kollha jew il-faċilitajiet intermedjarji oħrajn ta' ħżin fejn jistgħu jseħħu tnixxijiet b'alarms li jattivaw b'livelli għoljin ta' likwidu;

    IV.

    stabbilixxi u implimenta programm għall-ittestjar u l-ispezzjonar ta' tankijiet u pipelines li jġorru reżini, addittivi u taħlitiet ta' reżini;

    V.

    għamel spezzjonijiet għal tnixxijiet fuq il-flanġi u l-valvs kollha fuq pajpijiet użati sabiex jiġu ttrasportati materjali għajr l-ilma u l-injam; żomm rekord ta' dawn l-ispezzjonijiet;

    VI.

    ipprovdi sistema ta' konteniment li tiġbor kwalunkwe tnixxija minn flanġi u valvs fuq pajpijiet użati sabiex jiġu ttrasportati materjali għajr l-ilma u l-injam, ħlief meta l-binja tal-flanġi u l-valvs tkun teknikament issiġillata;

    VII.

    ipprovdi provvista adegwata ta' booms ta' konteniment u materjal assorbenti xieraq;

    VIII.

    evita pajpijiet taħt l-art għat-trasport ta' sustanzi għajr l-ilma u l-injam;

    IX.

    iġbor u armi b'mod sikur l-ilma kollu użat għat-tifi tan-nar;

    X.

    ibni qigħan impermeabbli fil-baċiri ta' ritenzjoni għall-ilma tal-iskol tas-superfiċje minn żoni ta' ħżin tal-injam li jinsabu fuq barra.

    1.1.5.   Il-ġestjoni tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika

    BAT 6.

    Sabiex jonqos il-konsum tal-enerġija, il-BAT trid tadotta pjan ta' mmaniġġjar tal-enerġija, li jinkludi t-tekniki kollha mogħtijin hawn taħt.

    I.

    uża sistema li tissorvelja l-użu u l-ispejjeż tal-enerġija;

    II.

    agħmel awditjar tal-effiċjenza enerġetika ta' operazzjonijiet kbar;

    III.

    uża approċċ sistematiku sabiex ittejjeb b'mod kontinwu t-tagħmir ħalli żżid l-effiċjenza enerġetika;

    IV.

    tejjeb il-kontrolli tal-użu tal-enerġija;

    V.

    applika taħriġ intern fil-ġestjoni tal-enerġija għall-operaturi.

    BAT 7.

    Sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika, il-BAT trid tottimizza l-operazzjoni tal-impjant ta' kombustjoni billi tissorvelja u tikkontrolla l-parametri ewlenin tal-kombustjoni (eż. O2, CO, NOx) u tapplika waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Neħħi l-ilma mill-ħama tal-injam qabel ma tintuża bħala fjuwil

    Ġeneralment applikabbli

    b

    Irkupra s-sħana minn gassijiet ta' skart jaħarqu f'sistemi ta' tnaqqis tan-nida bl-użu ta' skambjatur tas-sħana

    Applikabbli għal impjanti b'sistema ta' tnaqqis tan-nida u meta tkun tista' tintuża l-enerġija rkuprata

    c

    Erġa' ċċirkola l-gassijiet ta' skart jaħarqu minn proċessi differenti fl-impjant ta' kombustjoni jew saħħan bil-lest il-gassijiet jaħarqu għan-nixxief

    L-applikabilità tista' tkun ristretta għal nixxiefa msaħħnin indirettament, nixxiefa tal-fibri jew meta l-konfigurazzjoni tal-impjant ta' kombustjoni ma tippermettix li tiżdied arja kkontrollata

    BAT 8.

    Sabiex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti meta jitħejjew fibri mxarrbin għall-produzzjoni tal-fabjerbord, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Deskrizzjoni

    Applikabilità

    a

    Tindif u trattib tal-biċċiet żgħar tal-injam

    Tindif u ħasil mekkaniċi tal-biċċiet żgħar tal-injam mhux maħdumin

    Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

    b

    Evaporazzjoni tal-vakwu

    Irkupru tal-ilma jaħraq għall-ġenerazzjoni tal-fwar

    Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

    c

    Irkupru tas-sħana mill-fwar matul l-irfinar

    Skambjaturi tas-sħana sabiex tipproduċi ilma jaħraq għall-ġenerazzjoni tal-fwar u l-ħasil tal-biċċiet żgħar tal-injam

    Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

    1.1.6.   L-irwejjaħ

    BAT 9.

    Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-irwejjaħ mill-istallazzjoni, il-BAT trid tistabbilixxi, timplimenta u tirrevedi b'mod regolari pjan ta' mmaniġġjar tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

    I.

    protokoll li fih l-azzjonijiet u meta għandhom jittieħdu;

    II.

    protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-irwejjaħ;

    III.

    protokoll għar-rispons għal avvenimenti ta' rwejjaħ identifikati;

    IV.

    programm ta' prevenzjoni u tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal sabiex jidentifika s-sors(i); titkejjel/tiġi stmata l-espożizzjoni għall-irwejjaħ; jiġu kkaratterizzati l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi; u jiġu implimentati miżuri ta' prevenzjoni u/jew tnaqqis.

    Applikabilità

    L-applikabilità hija ristretta għal każijiet li fihom jistgħu jkunu mistennija u/jew ġew irrapportati rwejjaħ li jdejqu lin-nies f'żoni residenzjali jew sensittivi oħrajn (eż. żoni ta' divertiment).

    BAT 10.

    Sabiex jiġu evitati u jintaqqsu l-irwejjaħ, il-BAT trid tittratta l-gass ta' skart min-nixxief u l-pressa, skont il-BAT 17 u 19.

    1.1.7.   Il-ġestjoni tal-iskart u r-residwi

    BAT 11.

    Sabiex tiġi evitata jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, titnaqqas il-kwantità ta' skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT trid tadotta u timplimenta pjan ta' mmaniġġjar tal-iskart bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1) li, fl-ordni ta' prijorità, jiżgura li l-iskart jiġi evitat, jitħejja sabiex jerġa' jintuża, jiġi rriċiklat jew irkuprat b'xi mod ieħor.

    BAT 12.

    Sabiex tonqos il-kwantità ta' skart solidu li jintbagħat għar-rimi, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Użu mill-ġdid ta' residwi tal-injam miġburin internament, bħal trimmings u pannelli rrifjutati, bħala materja prima.

    L-applikabilità għall-prodotti tal-pannelli tal-fajberbord irrifjutati tista' tkun limitata.

    b

    Użu ta' residwi tal-injam miġburin internament, bħal wood fines u trab miġburin f'sistema ta' tnaqqis tat-trab u ħama tal-injam mill-filtrazzjoni tal-ilma mormi, bħala fjuwil (f'impjanti tal-kombustjoni fuq il-post mgħammra kif xieraq) jew bħala materja prima.

    L-użu ta' ħama tal-injam bħala fjuwil jista' jkun ristrett jekk il-konsum tal-enerġija meħtieġ għat-tnixxif jisboq il-benefiċċji ambjentali.

    c

    L-użu ta' sistemi ta' ġbir taċ-ċrieki b'unità ta' filtrazzjoni ċentrali waħda sabiex jiġi ottimizzat il-ġbir ta' residwi, eż. filtru b'borża, ċiklofiltru, jew ċikluni b'effiċjenza għolja.

    Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. It-tifsila ta' impjant eżistenti tista' tillimita l-applikabilità.

    BAT 13.

    Sabiex jiġu żgurati l-immaniġġjar sikur u l-użu mill-ġdid tal-gagazza u l-irmied tal-qiegħ miksub mit-tqabbid tal-bijomassa, il-BAT trid tuża t-tekniki kollha mogħtijin hawn taħt.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Analiżi kontinwa tal-għażliet għal użu mill-ġdid fuq il-post jew mhux fuq il-post tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ.

    Ġeneralment applikabbli.

    b

    Proċess ta' kombustjoni effiċjenti li jbaxxi l-kontenut ta' karbonju residwu.

    Ġeneralment applikabbli.

    c

    Tqandil u trasport sikuri tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ f'konvejers u kontenituri magħluqin, jew permezz ta' umidifikazzjoni.

    L-umidifikazzjoni hija meħtieġa biss meta l-irmied u l-gagazza tal-qiegħ jixxarrbu għal raġunijiet ta' sikurezza.

    d

    Ħżin sikur tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ f'żona impermeabbli ddisinjata b'akkumulazzjoni ta' lissija.

    Ġeneralment applikabbli.

    1.1.8.   Il-monitoraġġ

    BAT 14.

    Il-BAT trid tissorvelja l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma u tissorvelja l-proċess tal-ġassijiet miċ-ċmieni skont l-istandards EN, tal-inqas bil-frekwenza indikata hawn taħt. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT trid tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata l-istess kwalità xjentifika.

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja min-nixxief u għal emissjonijiet ittrattati kombinati min-nixxief u l-pressa

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    Trab

    EN 13284-1

    Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur

    BAT 17

    TVOC (3)

    EN 12619

    BAT 17

    Formaldeid

    Ebda standard EN disponibbli (8)

    BAT 17

    NOX

    EN 14792

    BAT 18

    HCl (6)

    EN 1911

    HF (6)

    ISO 15713

    SO2  (4)

    EN 14791

    Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena

    Metalli (5)  (6)

    EN 13211 (għal Hg), EN 14385 (għal metalli oħrajn)

    PCDD/F (6)

    EN 1948 partijiet 1, 2 u 3

    NH3  (7)

    Ebda standard EN disponibbli

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja mill-pressa

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    Trab

    EN 13284-1

    Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur

    BAT 19

    TVOC

    EN 12619

    BAT 19

    Formaldeid

    Ebda standard EN disponibbli (10)

    BAT 19

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja minn fran tat-tnixxif bit-tixpip tal-karti

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    TVOC (9)

    EN 12619

    Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena

    BAT 21

    Formaldeid

    Ebda standard EN disponibbli (10)

    BAT 21

    Monitoraġġ tal-emissjonijiet merħija fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    Trab

    EN 13284-1 (11)

    Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena (11)

    BAT 20

    Il-monitoraġġ tal-gass taċ-ċmieni mill-proċess ta' kombustjoni li wara jintuża għan-nixxiefa msaħħnin direttament  (12)

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    NOX

    Perjodiku: EN 14792

    Kontinwu: EN 15267-1 sa 3 u EN 14181

    Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena jew kejl kontinwu

    BAT 7

    CO

    Perjodiku: EN 15058

    Kontinwu: EN 15267-1 sa 3 u EN 14181

    BAT 7

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet f'ilma mill-produzzjoni tal-fibri tal-injam

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    TSS

    EN 872

    Kejl perjodiku tal-inqas darba fil-ġimgħa.

    BAT 27

    COD (13)

    Ebda standard EN disponibbli

    BAT 27

    TOC (Karbonju organiku totali, mogħti bħala C)

    EN 1484

    Metalli (14), jekk relevanti (eż. meta jintuża njam irkuprat)

    Bosta standards EN disponibbli

    Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur.

    Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma minn ilma tal-iskol tas-superfiċje

    Parametru

    Standard(s)

    Frekwenza minima tal-monitoraġġ

    Monitoraġġ assoċjat ma'

    TSS

    EN 872

    Kejl perjodiku tal-inqas darba kull tliet xhur (15)

    BAT 25

    BAT 15.

    Sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-effiċjenza tat-tekniki użati għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-BAT trid tissorvelja l-parametri surrogati xierqa.

    Deskrizzjoni

    Il-parametri surrogati ssorveljati jistgħu jinkludu: il-fluss tal-arja tal-gass ta' skart; it-temperatura tal-gass ta' skart; id-dehra tal-emissjonijiet; il-fluss tal-ilma u t-temperatura tal-ilma għall-purifikaturi; it-tnaqqis fil-vultaġġ għall-preċipitaturi elettrostatiċi; il-veloċità tal-fannijiet u t-tnaqqis tal-pressjoni fil-filtri b'borża. L-għażla tal-parametri surrogati tiddependi mit-tekniki implimentati għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet.

    BAT 16.

    Il-BAT trid tissorvelja l-parametri tal-proċess ewlenin relevanti għall-emissjonijiet fl-ilma mill-proċess ta' produzzjoni, inkluż il-fluss tal-ilma mormi, il-pH u t-temperatura.

    1.2.   L-EMISSJONIJIET FL-ARJA

    1.2.1.   L-emissjonijiet kanalati

    BAT 17.

    Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja min-nixxief, il-BAT trid tikseb u żżomm taħt kontroll tħaddim ibbilanċjat tal-proċess tat-tnixxif u tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Sustanzi niġġiesa ewlenin imnaqqsin

    Applikabilità

    a

    Tnaqqis tat-trab tal-gass jaħraq tad-dħul f'nixxief imsaħħan direttament flimkien ma' waħda mit-tekniki elenkati hawn taħt jew taħlita tagħhom

    Trab

    L-applikabilità tista' tkun ristretta, eż. f'każijiet ta' berners tat-trab tal-injam iżgħar diġà preżenti.

    b

    Filtru b'borża (16)

    Trab

    Applikabbli għal nixxiefa msaħħnin indirettament biss. Minħabba tħassib dwar is-sikurezza, trid toqgħod attent b'mod partikolari meta tuża njam irkuprat biss.

    ċ

    Ċiklun (16)

    Trab

    Ġeneralment applikabbli.

    d

    Nixxief UTWS u kombustjoni bi skambjatur tas-sħana u trattament termali ta' gass ta' skart meħlus tan-nixxief (16)

    Trab, komposti organiċi volatili

    Mhux applikabbli għal nixxiefa tal-fibri.

    L-applikabilità tista' tkun limitata għal impjanti tal-kombustjoni eżistenti mhux xierqa għal wara l-kombustjoni tal-fluss parzjali tal-gass ta' skart tan-nixxief.

    e

    Preċipitatur elettrostatiku niedi (16)

    Trab, komposti organiċi volatili

    Ġeneralment applikabbli.

    f

    Purifikaturi niedja (16)

    Trab, komposti organiċi volatili

    Ġeneralment applikabbli.

    g

    Bijopurifikatur (16)

    Trab, komposti organiċi volatili

    L-applikabilità tista' tkun limitata minħabba l-konċentrazzjonijiet għoljin ta' trab u t-temperaturi għoljin fil-gass ta' skart min-nixxief.

    h

    Degradazzjoni kimika jew qbid ta' formaldeid b'sustanzi kimiċi flimkien ma' sistema ta' purifikazzjoni niedja

    Formaldeid

    Ġeneralment applikabbli f'sistemi ta' tnaqqis niedja.

    Tabella 1

    Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal emissjonijiet fl-arja min-nixxief u għal emissjonijiet ittrattati kombinati min-nixxief u l-pressa

    Parametru

    Prodott

    Tip ta' nixxief

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

    Trab

    PB jew OSB

    Nixxief imsaħħan direttament

    mg/Nm3

    3–30

    Nixxief imsaħħan indirettament

    3–10

    Fibra

    It-tipi kollha

    3–20

    TVOC

    PB

    It-tipi kollha

    < 20–200 (17)  (18)

    OSB

    10–400 (18)

    Fibra

    < 20–120

    Formaldeid

    PB

    It-tipi kollha

    < 5–10 (19)

    OSB

    < 5–20

    Fibra

    < 5–15

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 18.

    Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja min-nixxiefa msaħħnin direttament, il-BAT trid tuża t-teknika (a) jew it-teknika (a) flimkien mat-teknika (b).

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    It-tħaddim effiċjenti tal-proċess ta' kombustjoni bl-użu ta' kombustjoni fi stadji tal-arja u tal-fjuwil, filwaqt li jiġu applikati kombustjoni pulverizzata, bojlers b'sodda fluwida jew tqabbid tal-gradilja li tiċċaqlaq

    Ġeneralment applikabbli

    b

    Tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR) b'injezzjoni u reazzjoni bl-urea jew ammonijaka likwida

    L-applikabilità tista' tkun limitata minn kundizzjonijiet ta' kombustjoni ferm varjabbli

    Tabella 2

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal emissjonijiet ta' NOX fl-arja minn nixxief imsaħħan direttament

    Parametru

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

    NOX

    mg/Nm3

    30–250

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 19.

    Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-pressa, il-BAT trid tuża interferenza fil-kanal tal-gass ta' skart miġbur mill-pressa u taħlita xierqa tat-tekniki pprovduti hawn taħt.

     

    Teknika

    Sustanzi niġġiesa ewlenin imnaqqsin

    Applikabilità

    a

    Agħżel reżini b'kontenut baxx ta' formaldeid

    Komposti organiċi volatili

    L-applikabilità tista' tkun ristretta, eż. minħabba d-domandi għal kwalità speċifika tal-prodott

    b

    It-tħaddim ikkontrollat tal-pressa b'temperatura tal-pressa, pressjoni applikata u veloċità tal-pressa bbilanċjati

    Komposti organiċi volatili

    L-applikabilità tista' tkun ristretta, e.g. minħabba t-tħaddim tal-pressa għal kwalitajiet speċifiċi tal-prodott

    ċ

    Purifikazzjoni niedja tal-gassijiet ta' skart tal-pressa miġburin bl-użu ta' purifikaturi Venturi jew idroċikluni, eċċ. (20)

    Trab, komposti organiċi volatili

    Ġeneralment applikabbli

    d

    Preċipitatur elettrostatiku niedi (20)

    Trab, komposti organiċi volatili

    e

    Bijopurifikatur (20)

    Trab, komposti organiċi volatili

    f

    Postkombustjoni bħala l-aħħar stadju tat-trattament wara li jiġu applikati purifikatur niedi

    Trab, komposti organiċi volatili

    L-applikabilità tista' tkun ristretta għal installazzjonijiet eżistenti meta ma jkunx hemm impjant ta' kombustjoni xieraq disponibbli

    Tabella 3

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mill-pressa

    Parametru

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

    Trab

    mg/Nm3

    3–15

    TVOC

    mg/Nm3

    10–100

    Formaldeid

    mg/Nm3

    2–15

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 20.

    Sabiex jonqsu l-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream tal-injam, l-għoddi tal-materjali tal-injam u t-tiswir tat-twapet, il-BAT irid juża filtru b'borża jew inkella ċiklofiltru.

    Applikabilità

    Minħabba tħassib marbut mas-sikurezza, filtru b'borża jew ċiklofiltru jaf ma jkunx applikabbli meta jintuża njam irkuprat bħala materja prima. F'dak il-każ, tista' tintuża teknika ta' tnaqqis niedja (eż. purifikatur).

    Tabella 4

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalati ta' trab fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream tal-injam, l-għoddi ta' materjali tal-injam u t-tiswir tat-twapet

    Parametru

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

    Trab

    mg/Nm3

    < 3–5 (21)

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 21.

    Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili fl-arja mill-fran tat-tnixxif għat-tixpip tal-karta, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Agħżel u uża reżini b'kontenut baxx ta' formaldeid

    Ġeneralment applikabbli

    b

    It-tħaddim ikkontrollat tal-fran b'temperatura u veloċità bbilanċjati

    ċ

    Ossidazzjoni termali tal-gass ta' skart f'ossidizzatur termali riġenerattiv jew ossidizzatur termali katalitiku (22)

    d

    Postkombustjoni jew inċinerazzjoni tal-gass ta' skart f'impjant tal-kombustjoni

    L-applikabilità tista' tkun ristretta għal installazzjonijiet li diġà jeżistu fejn ma jkunx hemm impjant ta' kombustjoni xieraq fuq il-post

    e

    Purifikazzjoni niedja tal-gass ta' skart segwita mit-trattament f'bijofiltru (22)

    Ġeneralment applikabbli

    Tabella 5

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal TVOC u emissjonijiet ta' formaldeid fl-arja minn forn tat-tnixxif għat-tixpip tal-karta

    Parametru

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

    TVOC

    mg/Nm3

    5–30

    Formaldeid

    mg/Nm3

    < 5–10

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    1.2.2.   L-emissjonijiet diffużi

    BAT 22.

    Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mill-pressa, il-BAT trid tottimizza l-effiċjenza tal-ġbir tal-effluwent gassuż u ġġorr l-effluwenti gassużi għat-trattament (ara l-BAT 19).

    Deskrizzjoni

    Il-ġbir u t-trattament effettivi tal-gassijiet ta' skart (ara l-BAT 19) f'daqqa fil-ħruġ tal-pressa u tul il-linja tal-pressa għal pressi kontinwi. Għal pressi b'ħafna fetħiet li diġà qegħdin hemm, l-applikabilità tal-għeluq tal-pressa tista' tkun ristretta minħabba raġunijiet ta' sikurezza.

    BAT 23.

    Sabiex jonqsu l-emissjonijiet diffużi ta' trab fl-arja mit-trasport, it-tqandil, u l-ħżin ta' materjali tal-injam, il-BAT trid tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' mmaniġġjar tat-trab, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1) u tapplika waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Naddaf ir-rotot tat-trasport, iż-żoni ta' ħżin u l-vetturi b'mod regolari

    Ġeneralment applikabbli

    b

    Ħott iċ-ċana billi tuża żoni ta' ħatt mgħottijin li tista' ssuq fihom

    c

    Aħżen materjal suxxettibbli għat-trab taċ-ċana f'sajlos, kontenituri, munzelli msaqqfin, eċċ. jew għalaq iż-żoni fejn taħżen kwantitajiet kbar

    d

    Taffi l-emissjonijiet tat-trab billi tbexx bl-ilma

    1.3.   L-EMISSJONIJIET FL-ILMA

    BAT 24.

    Sabiex tonqos it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma mormi miġbur, il-BAT trid tuża ż-żewġ tekniki mogħtijin hawn taħt.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Iġbor, u ttratta b'mod separat, l-ilma tal-iskol tas-superfiċje u l-ilma mormi tal-proċess

    L-applikabilità tista' tkun ristretta fuq impjanti eżistenti minħabba l-konfigurazzjoni tal-infrastruttura tal-iskolar eżistenti

    b

    Aħżen kull injam ħlief injam tond u qatgħat ta' njam (23) fuq żona b'wiċċ iebes

    Ġeneralment applikabbli

    BAT 25.

    Sabiex tnaqqas l-emisjonijiet fl-ilma mill-ilma tal-iskol tas-superfiċje, il-BAT trid tuża taħlita tat-tekniki mogħtijin hawn taħt.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Separazzjoni mekkanika ta' materjali ħorox bi lqugħ u passaturi bħala trattament preliminari

    Ġeneralment applikabbli

    b

    Separazzjoni taż-żejt mill-ilma (24)

    Ġeneralment applikabbli

    ċ

    Tneħħija tas-solidi bis-sedimentar fil-baċiri ta' ritenzjoni jew fil-vaski ta' dikantazzjoni (24)

    Jista' jkun hemm restrizzjonijiet fl-applikabilità tas-sedimentazzjoni minħabba rekwiżiti marbutin mal-ispazju

    Tabella 6

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal TSS għall-iskariku dirett ta' ilma tal-iskol tas-superfiċje f'korp tal-ilma reċipjenti

    Parametru

    Unità

    BAT-AELs

    (medja tal-kampjuni miksuba f'sena)

    TSS

    mg/l

    10–40

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 26.

    Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi tal-proċess mill-produzzjoni tal-fibra tal-injam, il-BAT trid tirriċikla l-ilma tal-proċess kemm jista' jkun.

    Deskrizzjoni

    Irriċikla l-ilma tal-proċess mill-ħasil, it-tisjir u/jew l-irfinar tal-biċċiet żgħar tal-injam f'ċirkwiti magħluqin jew miftuħin billi tittrattah fil-livell tal-impjant irfinatur bit-tneħħija mekkanika tas-solidi, bl-iktar mod xieraq, jew permezz tal-evaporazzjoni.

    BAT 27.

    Sabiex jonqsu l-emissjonijiet f'ilma mill-produzzjoni tal-fibri tal-injam, BAT trid tuża taħlita tat-tekniki mogħtijin hawn taħt.

     

    Teknika

    Applikabilità

    a

    Separazzjoni mekkanika ta' materjali ħorox permezz ta' lqugħ u passaturi

    Ġeneralment applikabbli

    b

    Separazzjoni fiżikokimika, eż. bl-użu ta' filtri tar-ramel, flotazzjoni tal-arja dissolta, koagulazzjoni u flokkulazzjoni (25)

    c

    Trattament bijoloġiku (25)

    Tabella 7

    Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariku dirett f'korp tal-ilma riċevitur tal-ilma mormi tal-proċess mill-produzzjoni tal-fibra tal-injam

    Parametru

    BAT-AELs

    (medja tal-kampjuni miksuba f'sena)

    mg/l

    TSS

    5–35

    COD

    20–200

    Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

    BAT 28.

    Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi mis-sistemi ta' tnaqqis tal-arja niedja li ser ikollu bżonn jiġi ttrattat qabel ma jiġi skarikat, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

    Teknika (26)

    Applikabilità

    Sedimentazzjoni, dikantazzjoni, pressi tal-viti u ċ-ċinturini sabiex jitneħħew is-solidi li jakkumulaw f'sistemi ta' tnaqqis niedja

    Ġeneralment applikabbli

    Flotazzjoni tal-arja dissolta. Koagulazzjoni u flokkulazzjoni segwiti mit-tneħħija ta' flokkuli bi flotazzjoni megħjuna bl-arja dissolta

    1.4.   DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI

    1.4.1.   L-emissjonijiet fl-arja

    Teknika

    Deskrizzjoni

    Bijofiltru

    Bijofiltru jiddegrata l-komposti organiċi permezz ta' ossidazzjoni bijoloġika. Nixxiegħa ta' gass ta' skart tingħadda minn sodda ta' sostenn ta' materjal inerti (eż. plastik jew ċeramika) li fuqha jiġu ossidati l-komposti organiċi permezz ta' organiżmi li jseħħu b'mod naturali. Il-bijofiltru huwa sensittiv għal trab, temperaturi għoljin jew varjazzjoni kbira fit-temperatura tad-dħul tal-gass ta' skart.

    Bijopurifikatur

    Bijopurifikatur huwa bijofiltru kombinat ma' purifikaturi niedja li jikkundizzjona l-gass ta' skart minn qabel billi jneħħi t-trab u jbaxxi t-temperatura tad-dħul. L-ilma jiġi rriċiklat kontinawment, billi jidħol mill-wiċċ tal-kolonna tas-sodda mpakkettata, mnejn inixxi bil-mod. L-ilma jinġabar f'vaska ta' dikantazzjoni fejn tkompli ssir degradazzjoni addizzjonali. L-aġġustament tal-pH u ż-żieda tan-nutrijenti jistgħu jottimizzaw id-degradazzjoni.

    Ċiklun

    Ċiklun juża l-inerzja biex ineħħi t-trab min-nixxigħat ta' gass ta' skart billi jittrażmetti forzi ċentrifugi, normalment ġo kompartiment f'forma ta' kon. Iċ-ċikluni jintużaw bħala pretrattament qabel tnaqqis tat-trab ulterjuri jew tnaqqis ta' komposti organiċi. Iċ-ċikluni jistgħu jiġu applikati waħedhom jew bħala multiċikluni.

    Ċiklofiltru

    Ċiklofiltru juża taħlita ta' teknoloġija ta' ċiklun (biex jissepara trab iktar aħrax) u filtri b'borża (biex jaqbad trab iktar fin).

    Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

    Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'tali mod li l-partikuli jiġu kkargati u separati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. L-EPS kapaċi jopera f'medda wiesgħa ta' kundizzjonijiet.

    Preċipitatur elettrostatiku niedi (WESP)

    Il-preċipitatur elettrostatiku niedi jikkonsisti fi stadju tal-purifikaturi niedja, li jippurifika u jikkondensal-gass ta' skart, u preċipitatur elettrostatiku li jopera f'modalità niedja li fiha l-materjal miġbur jitneħħa mill-platti tal-kolletturi billi jixxarrab bl-ilma. Normalment jiġi installat mekkaniżmu li jneħħi l-qtar tal-ilma qabel l-iskariku tal-gass ta' skart (eż. demister). It-trab miġbur jiġi separat mill-fażi tal-ilma.

    Filtru b'borża

    Il-filtri b'borża jikkonsistu fi drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli. L-użu ta' filtru b'borża jeħtieġ li jingħażel drapp xieraq għall-karatteristiċi tal-effluwent tal-gass u t-temperatura operazzjonali massima.

    Ossidant termali katalitiku (CTO)

    L-ossidanti termali katalitiċi jeqirdu l-komposti organiċi katalitikament fuq wiċċ tal-metall u termalment f'kompartiment tal-kombustjoni fejn fjamma mill-kombustjoni ta' fjuwil, normalment gass naturali, u l-VOCs preżenti fil-gass ta' skart, isaħħnu n-nixxiegħa ta' gass ta' skart. It-temperatura tal-inċinerazzjoni hija ta' bejn 400 °C u 700 °C. Is-sħana tista' tiġi rkuprata mill-gass ta' skart ittrattat qabel ma jinħeles.

    Ossidant termali riġenerattiv (RTO)

    L-ossidanti termali jeqirdu l-komposti organiċi termalment f'kompartiment tal-kombustjoni fejn fjamma mill-kombustjoni ta' fjuwil, normalment gass naturali, u l-VOCs preżenti fil-gass ta' skart, isaħħnu n-nixxiegħa ta' gass ta' skart. It-temperatura tal-inċinerazzjoni hija ta' bejn 800 °C u 1 100  °C. L-ossidanti termali riġenerattivi għandhom żewġ kompartimenti sodda ppakkjata taċ-ċeramika jew iktar fejn is-sħana tal-kombustjoni minn ċiklu tal-inċinerazzjoni fl-ewwel kompartiment tintuża sabiex issaħħan minn qabel is-sodda ppakkjata fit-tieni kompartiment. Is-sħana tista' tiġi rkuprata mill-gass ta' skart ittrattat qabel ma jinħeles.

    Nixxief UTWS u kombustjoni bi skambjatur tas-sħana u trattament termali ta' gass ta' skart skarikat ta' nixxief

    UTWS huwa akronimu Ġermaniż: “Umluft” (riċirkulazzjoni ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Teilstromverbrennung” (postkombustjoni ta' nixxiegħa parzjali diretta ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Wärmerückgewinnung” (irkupru tas-sħana ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Staubabsheidung” (trattament tat-trab tal-iskariku ta' emissjoni fl-arja mill-impjant ta' kombustjoni).

    UTWS huwa taħlita ta' nixxief li jdur bi skambjatur tas-sħana u impjant ta' kombustjoni b'riċirkulazzjoni tal-gass ta' skart tan-nixxief. Il-gass ta' skart tan-nixxief li jiġi riċirkulat huwa nixxiegħa ta' fwar jaħraq li tippermetti li jsir proċess ta' tnixxif bil-fwar. Il-gass ta' skart tan-nixxief jerġa' jissaħħan fi skambjatur tas-sħana msaħħan bl-effluwenti tal-gass tal-kombustjoni u jerġa' jiddaħħal fin-nixxief. Parti min-nixxiegħa ta' gass ta' skart tan-nixxief tibqa' tiddaħħal kontinwament fil-kompartiment ta' kombustjoni għall-postkombustjoni. Is-sustanzi niġġiesa meħlusin mit-tnixxif tal-injam jinqerdu fl-iskambjatur tas-sħana u mill-postkombustjoni. L-effluwenti tal-gassijiet skarikati mill-impjant ta' kombustjoni jiġu ttrattati b'filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku.

    Purifikatur niedi

    Il-purifikaturi niedja jaqbdu u jneħħu trab permezz ta' impattazzjoni inerzjali, interċettazzjoni diretta u assorbiment fil-fażi tal-ilma. Il-purifikaturi niedja jista' jkollhom bosta disinni u prinċipji tat-tħaddim, eż. purifikaturi bi sprej, purifikaturi bi platt tat-trażmissjoni jew purifikaturi Venturi, u jistgħu jintużaw bħala pretrattament tat-trab jew teknika waħedha. Ftit mit-tneħħija tal-komposti organiċi jista' jinkiseb u jista' jkompli jissaħħaħ bl-użu ta' sustanzi kimiċi fl-ilma tal-purifikazzjoni (sabiex tinkiseb ossidazzjoni kimika jew konverżjoni oħra). Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat billi t-trab miġbur jiġi separat bis-sedimentazzjoni jew l-iffiltrar.

    1.4.2.   L-emissjonijiet fl-ilma

    Teknika

    Deskrizzjoni

    Trattament bijoloġiku

    L-ossidazzjoni bijoloġika tas-sustanzi organiċi dissolti bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi, jew it-tkissir tal-kontenut organiku fl-ilma mormi bl-azzjoni tal-mikroorganiżmi fin-nuqqas ta' arja. L-azzjoni bijoloġika normalment tiġi segwita mit-tneħħija ta' solidi sospiżi, eż bis-sedimentazzjoni.

    Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

    Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw biex jiġu separati solidi sospiżi mill-ilma mormi u spiss isiru fi stadji wara xulxin. Il-koagulazzjoni ssir billi jiżdiedu koagulanti b'karigi opposti għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir billi jiżdiedu polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet ta' partikuli mikroflok jġegħluhom jingħaqdu sabiex jipproduċu floks ikbar.

    Flotazzjoni

    Is-separazzjoni tal-floks kbar jew partikuli li jżommu fil-wiċċ mill-effluwent billi jittellgħu fil-wiċċ tas-sospensjoni.

    Flotazzjoni tal-arja dissolta

    It-tekniki ta' flotazzjoni li jiddependu mill-użu tal-arja dissolta sabiex jiġi separat il-materjal koagulat u flokkulat.

    Filtazzjoni

    Is-separazzjoni tas-solidi minn trasportatur tal-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo midjum poruż. Tinkludi tipi differenti ta' tekniki, eż. filtrazzjoni tar-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni.

    Separazzjoni taż-żejt mill-ilma

    Is-separazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi insolubbli, li jibbażaw fuq il-prinċipju tad-differenza fil-gravità bejn il-fażijiet (fażi likwida-likwida jew solida-likwida). Il-fażi bid-densità ogħla tiddepożita fil-qiegħ u l-fażi b'inqas densità żżomm fil-wiċċ.

    Baċiri ta' ritenzjoni

    Lagoons b'erja tas-superfiċje kbira sabiex is-solidi għad-depożitar passiv b'mod gravitazzjonali.

    Sedimentazzjoni

    Is-separazzjoni tal-materjal u l-partikuli sospiżi bid-depożitar gravitazzjonali.


    (1)  Jista' jintuża perjodu ta' kejl iktar xieraq għal kwalunkwe parametru li bih, minħabba l-limitazzjonijiet fil-kampjunar jew analitiċi, kejl ta' 30 minuta ma jkunx xieraq.

    (2)  EN 14961-1:2010 jista' jintuża għall-klassifikazzjoni ta' bijofjuwils solidi.

    (3)  Il-metan issorveljat skont EN ISO 25140 jew EN ISO 25139 jitnaqqas mir-riżultat meta jintużaw gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

    (4)  Mhux relevanti meta jintużaw fjuwils miġjuba mill-injam, gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

    (5)  Inklużi As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl u V.

    (6)  Relevanti jekk jintuża njam irkuprat kontaminat bħala fjuwil.

    (7)  Relevanti jekk tiġi applikata RMKS.

    (8)  Fin-nuqqas ta' standard EN, l-approċċ ideali huwa kampjunar isokinetiku f'soluzzjoni pressanti b'sonda msaħħna u kaxxa filtru u mingħajr ħasil tas-sonda, eż. fuq il-bażi tal-metodu US EPA M316.

    (9)  Il-metan issorveljat skont EN ISO 25140 jew EN ISO 25139 jitnaqqas mir-riżultat meta jintużaw gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

    (10)  Fin-nuqqas ta' standard EN, l-approċċ ideali huwa kampjunar isokinetiku f'soluzzjoni pressanti b'sonda msaħħna u kaxxa filtru u mingħajr ħasil tas-sonda, eż. fuq il-bażi tal-metodu US EPA M316.

    (11)  Kampjunar minn filtri b'borża u ċiklofiltri jista' jittiħidlu postu minn monitoraġġ kontinwu tat-tnaqqis tal-pressjoni fil-filtru bħala parametru surrogat indikattiv.

    (12)  Il-punt ta' kejl isir qabel ma l-gass taċ-ċmieni jitħallat ma' nixxigħat tal-arja oħrajn u jsir biss jekk ikun teknikament fattibbli.

    (13)  Hemm tendenza li COD tinbidel ma' TOC għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali. Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iż-żewġ parametri fuq bażi speċifika għas-sit.

    (14)  Inklużi As, Cr, Cu, Ni, Pb u Zn.

    (15)  Il-kampjunar proporzjonat għall-fluss jista' jittiħidlu postu minn proċedura ta' kampjunar standard oħra jekk il-fluss ma jkunx qawwi biżżejjed biex jittieħed kampjun rappreżentattiv.

    (16)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma pprovduti fis-Sezzjoni 1.4.1.

    (17)  Dan il-BAT-AEL ma japplikax meta jintuża l-arżnu bħala l-materja prima predominanti.

    (18)  Emissjonijiet inqas minn 30 mg/Nm3 jistgħu jinkisbu bl-użu ta' nixxief UTWS.

    (19)  Meta prattikament tuża njam irkuprat biss, il-limitu superjuri tal-medda jista' jitla' sa 15 mg/Nm3.

    (20)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.1.

    (21)  Meta filtru b'borża jew ċiklofiltru ma jkunx applikabbli, il-limitu superjuri tal-medda jista' jitla' sa 10 mg/Nm3.

    (22)  Id-deskrizzjoni tat-teknika tingħata fis-Sezzjoni 1.4.1.

    (23)  Biċċa njam esterna, bis-saff ta' barra nett imneħħi jew le, mill-ewwel qatgħat fi proċess ta' tqattigħ sabiex iz-zokk tagħmlu njam li jista' jintuża biex jinħadem (“timber”).

    (24)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.

    (25)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.

    (26)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.


    Top