EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1179

Deċiżjoni (UE) 2015/1179 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/000 TA 2015 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

ĠU L 192, 18.7.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1179/oj

18.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/11


DEĊIŻJONI (UE) 2015/1179 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2015

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/000 TA 2015 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b' mod partikolari tal-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jsostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom u li jkunu waqqfu l-attività tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jipprevedi li fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni kull sena jista' jintuża 0,5 % tal-ammont massimu annwali għall-għajnuna teknika.

(4)

Il-FEG għandu, għaldaqstant, jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 630 000 għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 630 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.).


Top