Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0928

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/928 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal-Litwanja

    ĠU L 150, 17.6.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/928/oj

    17.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/928

    tal-15 ta' Ġunju 2015

    li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal-Litwanja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' impjegati u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem,

    Billi:

    (1)

    Fid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2013 (2), tat-8 ta' Lulju 2014 (3) u tat-18 ta' Novembru 2014 (4), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2016, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri.

    (2)

    L-organizzazzjoni ta' min iħaddem BUSINESSEUROPE ippreżentat nomini għal żewġ postijiet li jridu jimtlew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2016:

    III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

    Pajjiż

    Membru

    Supplenti

    Litwanja

    Is-Sur Danukas ARLAUSKAS

    Is-Sur Vaidotas LEVICKIS

    Artikolu 2

    Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Kaspars GERHARDS


    (1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU C 358, 7.12.2013, p. 5).

    (3)  Deciżjoni tal-Kunsill 2014/462/UE tat-8 ta' Lulju 2014 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal- Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Ungerija (ĠU L 209, 16.7.2014, p. 54).

    (4)  Deciżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2014 li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta (ĠU C 420, 22.11.2014, p. 4).


    Top