EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0607
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/607 of 15 April 2015 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta) and repealing Decision (CFSP) 2015/102 (ATALANTA/3/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/607 tal- 15 ta' April 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (ATALANTA/3/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/607 tal- 15 ta' April 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (ATALANTA/3/2015)
ĠU L 100, 17.4.2015, p. 79–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/10/2015; Imħassar b' 32015D1750
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32015D0102 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32015D1750 | 06/10/2015 | |||
Repealed by | 32015D1823 | 06/10/2015 |
17.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/607
tal-15 ta' April 2015
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (ATALANTA/3/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja ('Kmandant tal-Forza tal-UE'). |
(2) |
Fl-20 ta' Jannar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (2) li permezz tagħha l-Viċi Ammirall Jonas HAGGREN inħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Alfonso GOMEZ FERNANDEZ DE CORDOBA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex ikun is-suċċessur tal-Viċi Ammirall Jonas HAGGREN. |
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 għandha għalhekk titħassar. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kaptan Alfonso GOMEZ FERNANDEZ DE CORDOBA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta' Mejju 2015.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2015.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/102 tal-20 ta' Jannar 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni Atalanta/4/2014 (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 31).