This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0547
Commission Decision (EU) 2015/547 of 1 April 2015 on the safety requirements to be met by European standards for alcohol-powered flueless fireplaces pursuant to Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council on general product safety Text with EEA relevance
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/547 tal- 1 ta' April 2015 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għall-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/547 tal- 1 ta' April 2015 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għall-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 90, 2.4.2015, p. 14–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/547
tal-1 ta' April 2015
dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għall-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej imfassla skont id-Direttiva 2001/95/KE u riferiti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn preżunzjoni ta' sikurezza. |
(2) |
L-istandards Ewropej għandhom jitfasslu abbażi tar-rekwiżiti tas-sikurezza maħsuba biex jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE. |
(3) |
Ma jeżisti l-ebda standard Ewropew għall-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol, minkejja li skont l-istudji eżistenti hemm assoċjati magħhom diversi perikli (2) (3). Bosta mudelli huma ddisnjati b'kontenituri tal-fjuwil li jinqalgħu li jitqegħdu fi spazju magħluq fil-fajerplejs stess, u għalhekk il-fjuwil jista' jinxtered f'dan l-ispazju. Imbagħad jista' jevapora, togħlielu t-temperatura u jieħu n-nar u jikkawża kombustjoni f'daqqa. It-tixrid rapidu tal-fjammi jqiegħed l-utent f'riskju li jinħaraq u jista' jqabbad il-materjal tal-madwar. Ir-riforniment ta' fajerplejs tal-etanol waqt li jkun għadu sħun huwa perikoluż ħafna, peress li l-etanol jista' jivvaporizza malajr, jieħu n-nar u jikkawża splużjoni. Il-mudelli wieqfin fl-art jistgħu jitqiegħdu qrib wisq ta' materjali kombustibbli u għaldaqstant jistgħu jikkawżaw nirien. L-installazzjoni difettuża ta' fajerplejsis mal-ħajt tista' tikkawża tisħin żejjed, li mbagħad jista' jwassal biex il-fajerplejs jinqala' minn mal-ħajt waqt li jkun għadu mixgħul (4). Hemm ukoll riskju li l-mudelli weqfin fl-art jistgħu jinqalbu. F'każ li jiġri dan, il-fjuwil li jkun ħa n-nar jinxtered barra mill-fajerplejs, bin-nar jaqbad fiż-żona tal-kamra madwaru. |
(4) |
Il-kombustjoni ta' fjuwils f'fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol tista' tipperikola s-saħħa tal-bniedem. Jekk ma sseħħx kombustjoni sħiħa, jifforma l-monossidu tal-karbonju, kompost tossiku. Jekk isseħħ kombustjoni sħiħa, jifforma d-diossidu tal-karbonju, li huwa perikoluż għas-saħħa u jista' jwassal għal iperventilazzjoni. |
(5) |
Barra minn hekk, l-installazzjoni ta' fajerplejsis mingħajr ċumnija ma teħtieġx spezzjoni mill-awtoritajiet rilevanti. |
(6) |
Għaldaqstant hu l-każ li jiġu determinati r-rekwiżiti meħtieġa biex jiżguraw li l-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol ikunu jissodisfaw ir-rekwiżit ta' sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
|
“Fajerplejs mingħajr ċumnija li jaqbad bl-alkoħol” tfisser tagħmir li:
|
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-fajerplejsis kollha tad-dar mingħajr ċumnija u l-aċċessorji tagħhom fejn dawn huma intenzjonati għall-użu fuq ġewwa. Fajerplejsis b'volum tal-kompartiment tal-fjuwil ta' anqas minn 0,2 litri ddisinjati speċifikament għat-tisjir jew it-tisħin tal-ikel ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Rekwiżiti ta' sikurezza
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza għall-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol imsemmija fl-Artikolu 1 li għandhom ikunu ssodisfatti bl-istandards Ewropej skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE huma stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Storesund A. K, Mai T. T. & Sesseng C, 2010, “Ethanol-fuelled, flue-less fireplaces. An evaluation”, SINTEF. http://nbl.sintef.no/publication/lists/docs/NBL_A09127.pdf
(3) http://www.sik.dk/content/download/5561/77087/version/1/file/Report+-+Bio+fireplaces+-+v5-3+(2).pdf
(4) http://www.cpsc.gov/CPSCPUB/PREREL/prhtml11/11164.html.
ANNESS
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA' SIKUREZZA DWAR FAJERPLEJSIS MINGĦAJR ĊUMNIJA LI JAĦDMU BL-ALKOĦOL
1.1. Rekwiżiti ta' kostruzzjoni u disinn
Rekwiżiti ġenerali
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għall-użu domestiku għandu jkollhom konsum ta' fjuwil massimu li jikkorrispondi għal produzzjoni termali ta' 4,5 kW.
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għandhom ikunu magħmulin minn materjali li mhumiex malleabbli fit-temperaturi massimi permissibbli elenkati fit-taqsima “Temperaturi tal-wiċċ”. Il-materjali għandhom juru biżżejjed reżistenza għall-kondizzjonijiet termali, mekkaniċi u kimiċi.
Fejn jintużaw skrins tal-fjamma, il-kostruzzjoni tagħhom u t-twaħħil mal-fajerplejs għandhom ikunu tali li jistgħu jifilħu temperaturi li jkunu esposti għalihom.
L-użu ta' elementi dekorattivi, eż. injam taċ-ċeramika jew ċagħaq, mhux permess fiż-żona fejn tasal il-fjamma.
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jipprevjenu tqabbid mill-ġdid u bekkfajer aċċidentali.
Il-kombustjoni ta' fjuwils f'fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol ma għandhiex tipperikola s-saħħa tal-bniedem.
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jipprevjenu li l-fjuwil li jinxtered ma jakkumulax f'kompartimenti magħluqa ġewwa l-apparat, minn fejn jista' jevapora u jikkawża splużjoni.
L-apparat għandu jkun kostruwit b'tali mod li ma jkun hemm ebda tnixxija ta' fjuwil.
Stabbiltà
Ċaqliq mhux intenzjonat jew timjil ta' fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol matul l-operazzjoni ma għandux jikkomprometti s-sikurezza.
Jekk l-apparat ikun fuq ir-roti għandu jkun mgħammar bi brejkijiet li jillokkjaw faċilment.
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol weqfin fl-art għandhom ikunu mirfuda b'mod li ma jinqalbux u jkunu soġġetti għall-ittestjar tal-istabbiltà tagħhom mal-impatt. Jekk il-fajerplejs ma jgħaddix minn dan it-test, għandu jkun mibni b'tali mod li jibqa' sikur f'kull ħin.
Apparati fissi għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-ittestjar tal-istabbiltà tagħhom mal-impatt. Il-ganċijiet tal-ħajt għandhom ikunu magħmula b'tali mod li l-apparat ma jinqalax mill-ganċijiet jekk jintrefa 'l fuq meta jintlaqat.
Fittings (eż. roti jew mankijiet) li jiffaċilitaw il-moviment ta' fajerplejs
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol mgħammra bir-roti u/jew mankijiet iddisinjati biex jiċċaqalqu għandhom ikunu b'tali mod li n-nar irid jintefa qabel ma l-fajerplejs jiġi mċaqlaq.
Tqabbid
Meta jinxtegħel fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol l-utent għandu jkun jista' jżomm ruħu mbiegħed distanza orizzontali sikura mill-apparat. Alternattivament, fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkun mgħammar b'apparat tat-tqabbid ingastat mingħajr periklu.
Funzjonament, meta jkun mixgħul
Fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkollu fjamma stabbli li ma tipproduċix nugrufun. Meta mixgħul, il-konsum tal-fjuwil għandu jibqa' stabbli u ma għandu jkun hemm l-ebda riskju li l-berner jitlef il-kontroll.
Tifi
L-utent għandu jkun jista' jitfi l-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol b'mod sikur f'kull ħin.
Tqabbid mill-ġdid
Id-disinn tal-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkun b'mod li wieħed jista' jerġa jixgħel l-apparat anki jekk il-kontenitur ma jkunx mimli.
Prevenzjoni ta' tqabbid mill-ġdid f'nuqqas ta' sikurezza
Ma għandux ikun possibbli li fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol jinxtegħel kemm-il darba l-partijiet kollha tal-apparat, inkluż il-berner, ma jkunux birdu sa temperatura ta' 60 °C jew inqas. L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu informazzjoni dwar iż-żmien meħtieġ biex fajerplejs jibred biżżejjed biex ikun sikur li jerġa' jinxtegħel, sabiex l-utent ma jippruvax jixegħlu mill-ġdid billi jbagħbas l-apparat tas-sigurtà li ma jippermettix li jinxtegħel mill-ġdid b'temperaturi mhux sikuri.
Mili u mili mill-ġdid
Id-disinn ta' fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkun b'mod li l-mili u l-mili mill-ġdid ma jkunx perikoluż, u ma għandux ikun possibbli li t-tank tal-fajerplejs jimtela mill-ġdid meta l-fajerplejs ikun mixgħul.
L-istruzzjonijiet għall-użu li jiġu mal-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għandhom jinformaw lill-utenti li t-tank ma għandux jimtela meta jkunu mixgħula. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod ċar u tiġi enfasizzata għall-attenzjoni tal-utenti. Barra minn hekk, l-istess informazzjoni għandha titwassal permezz ta' tikketti ta' twissija adegwati esposti b'mod viżibbli fuq l-apparat innifsu.
Uċuħ aċċessibbli
Kemm-il darba fajerplejs jiġi installat skont l-istruzzjonijiet ta' installazzjoni mogħtija mill-manifattur, ma għandux ikun possibbli għall-utent li aċċidentalment jiġi f'kuntatt mal-fjamma, il-berner jew xi wiċċ attiv jew sħun tal-fajerplejs.
Temperaturi tal-wiċċ
L-uċuħ aċċessibbli, bl-eċċezzjoni ta' uċuħ attivi, ma għandhomx jilħqu temperaturi mhux sikuri meta l-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol ikun mixgħul.
Iż-żieda fit-temperatura (kif imkejla mit-temperatura tal-bidu malli jinxtegħel) tal-uċuħ li mhumiex maħsuba biex jitmissu mill-utent meta l-fajerplejs ikun mixgħul ma għandhiex taqbeż:
— |
60 K għall-metall jew uċuħ metalliċi, |
— |
65 K għall-uċuħ metalliċi bl-enamel, |
— |
80 K għall-uċuħ tal-ħġieġ u ċ-ċeramika, |
— |
100 K għal uċuħ tal-plastik, kif ukoll |
— |
70 K għal uċuħ magħmula minn kull materjal ieħor. |
Iż-żieda fit-temperatura (kif imkejla mit-temperatura tal-bidu malli jinxtegħel) tal-uċuħ li huma maħsuba biex jitmissu mill-utent meta l-fajerplejs ikun mixgħul, jiġifieri dawk li l-utent jista' jiġi bżonn li jmiss biex iħaddem il-fajerplejs, ma għandhiex taqbeż:
— |
35 K għall-metall jew uċuħ metalliċi, |
— |
45 K għall-uċuħ metalliċi bl-enamel u ċ-ċeramika, kif ukoll |
— |
60 K għal uċuħ magħmula mill-plastik jew minn materjal simili. |
Dawn il-limiti għandhom japplikaw ukoll għall-uċuħ u għall-ispazju kollu f'distanza ta' 50 mm mill-fjamma.
Uċuħ tal-ħġieġ (eż. skrins) u fittings tagħhom li wieħed jista' raġonevolment jassumi li jkunu jaħarqu minħabba l-viċinanza tagħhom mal-fjammi mikxufa huma eżentati mir-rekwiżiti ta' hawn fuq.
Fil-punt ta' kuntatt mal-art jew mat-tavla, it-temperatura fuq il-wiċċ ta' fejn iserraħ il-fajerplejs ma għandhiex taqbeż it-temperatura tal-kamra b'aktar minn 65 K.
Barra mir-rekwiżit li ma għandhiex tinqabeż it-temperatura tal-kamra b'aktar minn 65 K, it-temperatura massima, li ma tistax tinqabeż ikunu x'ikunu ċ-ċirkustanzi, hija stabbilita kif ġej: fil-punt ta' kuntatt mal-art jew mat-tavla, it-temperatura tal-wiċċ ta' fejn iserraħ il-fajerplejs ma għandhiex taqbeż 85 °C, tkun xi tkun it-temperatura tal-kamra.
It-temperatura tal-wiċċ fuq il-ħitan tal-ġnub ma għandhiex taqbeż it-temperatura b'aktar minn 65 K u ma għandha qatt tkun ogħla minn 85 °C.
Il-limiti tat-temperatura għal mankijiet u pumi maħsuba biex jintużaw mill-utent fil-kors normali tal-użu tal-fajerplejs jeħtieġ li jiġu stabbiliti skont dokumenti ta' gwida xierqa, bħal Gwida 29 tas-CENELEC, skont il-materjali li minnhom huma magħmula. Il-limiti tat-temperatura għal dawn il-partijiet tal-fajerplejs huma iktar baxxi mit-temperaturi msemmija hawn fuq.
Il-kontenitur tal-fjuwil u s-sistema tal-fjuwil
Il-kapaċità massima tal-fjuwil tal-apparat għandha tkun limitata skont ir-riskju ta' ħruq u splużjoni.
L-istandard għandu jeħtieġ li t-testijiet kollha jitwettqu bit-tank tal-fjuwil mimli sal-kapaċità tiegħu potenzjalment l-aktar perikoluża f'dik is-sitwazzjoni partikolari.
Il-kontenitur tal-fjuwil għandu jkun mibni b'tali mod li ma jkun hemm ebda tnixxija. It-tixrid jew il-mili żejjed ma għandhomx jikkompromettu s-sigurtà tal-apparat.
Is-sistema tal-fjuwil, inkluż kull siġilli, għandu jkollha saħħa mekkanika biżżejjed biex tiflaħ l-istrapazz mistenni bl-użu normali. Hija għandu jkollha biżżejjed reżistenza għall-korrużjoni biex tiflaħ l-effetti fit-tul tal-espożizzjoni għall-fjuwil użat. Id-disinn tal-berner għandu jipprevjeni li sseħħ il-korrużjoni.
Is-sikurezza tat-tfal
Fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkun iddisinjat biex it-tfal ma jiġux f'kuntatt mal-fjuwil u/jew mal-fjamma.
1.2. Tagħmir u fittings għall-installazzjoni tal-fajerplejs
Sistemi ta' muntaġġ
Sistemi ta' muntaġġ fornuti mal-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkollhom saħħa mekkanika biżżejjed u reżistenza għal temperaturi għolja biex jerfgħu l-fajerplejs b'sikurezza matul it-tul mistenni tal-ħajja tiegħu.
Jekk l-apparat ġie ddisinjat biex jitwaħħal mal-art, mal-ħajt jew mas-safaq, is-sistema tat-twaħħil/tal-immuntar għandha tkun iddisinjata biex l-apparat ma jinħallx aċċidentalment.
Kavilji tal-ħajt u fittings
Jekk jiġu fornuti mal-fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, il-kavilji tal-ħajt u l-fittings għandhom ikunu ta' saħħa mekkanika xierqa fit-tul u jkollhom proprjetajiet termali.
Il-manwal tal-utent għandu jwissi lill-utent biex juża biss il-kavilji tal-ħajt u l-fittings ipprovduti jew kavilji tal-ħajt u fittings b'saħħa mekkanika xierqa u proprjetajiet termali.
1.3. Tagħmir awżiljari
Tagħmir għat-tqabbid u t-tifi mingħajr periklu tal-fajerplejs għandu jiġi installat jew pprovdut mal-apparat.
1.4. Emissjonijiet
Fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol għandhom jinbnew b'tali mod li jiġi evitat kull riskju għas-saħħa tal-bniedem li jista' jirriżulta minn kombustjoni jew emissjonijiet oħra permezz ta' disinn u kostruzzjoni li minnhom nnifshom ikun mingħajr periklu, jew fejn dan ma jkunx possibbli, permezz ta' miżuri ta' protezzjoni li jinkludu allarmi li jagħtu sinjali ta' periklu jew informazzjoni lill-utenti.
L-istandard għandu jindirizza b'mod partikolari:
— |
il-monossidu tal-karbonju u d-diossidu tal-karbonju (CO, CO2), |
— |
ossidi tan-nitroġenu bħal NO, NO2 u NOX, |
— |
aldeidi bħall-formaldeid, |
— |
komposti organiċi volatili (VOCs), |
— |
idrokarburi aromatiċi bħall-benżen u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), |
— |
nugrufun u emissjonijiet ta' partiċelli oħra, |
— |
emissjonijiet minn fjuwil mhux maħruq, kif ukoll |
— |
kull emissjoni oħra li tista' tkun rilevanti. |
Id-dispożizzjonijiet standard dwar il-monossidu tal-karbonju u l-ossidi tan-nitroġenu għandhom jirriflettu l-aħħar verżjoni tal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) “WHO guidelines for indoor air quality: selected pollutants” (1) u l-Kriterji dwar is-Saħħa tal-Amjent (EHC) (2).
Id-dispożizzjonijiet standard dwar id-diossidu tal-karbonju għandhom jirriflettu d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE (3).
1.5. Informazzjoni dwar is-sikurezza, manwal tal-utent u identifikazzjoni tal-manifattur u l-importatur
Ġenerali
L-informazzjoni dwar is-sikurezza, flimkien mal-ismijiet tal-manifattur u tal-importatur, għandhom jidhru fuq il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol jew fuq l-imballaġġ tiegħu, jew jiġu inklużi fl-istruzzjonijiet għall-użu.
L-istandard għandu jiddikjara b'mod preċiż liema istruzzjonijiet ta' sikurezza għandhom jidhru fuq il-prodott innifsu u liema twissijiet u istruzzjonijiet jistgħu jiġu inklużi fl-istruzzjonijiet għall-użu jew jiġu murija fuq l-imballaġġ.
L-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa(i) tal-pajjiż li fih jitqiegħed għall-bejgħ bl-imnut il-fajerplejs. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fit-taqsima waħda kontinwa f'kull lingwa u ma għandhiex tiġi interrotta b'test ieħor. Test addizzjonali mogħti f'lingwa oħra ma għandux jaljiena mill-informazzjoni meħtieġa.
L-informazzjoni li tidher fuq il-fajerplejs għandha tkun viżibbli, li tista' tinqara u ma titħassarx, miktuba fuq tikketta jew stampata direttament fuq l-apparat.
L-informazzjoni dwar is-sikurezza
L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tkun tidher sewwa u kkomunikata b'mod ċar fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fuq l-imballaġġ u, jekk indikat fl-istandard, fuq il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas dan li ġej:
— |
“Uża biss it-tipi u l-kwantitajiet ta' fjuwil speċifikati fil-linji gwida fil-manwal għall-utent.”, |
— |
“Uża biss f'kamra b'ventilazzjoni tajba.”, |
— |
“Qatt ma għandek tferra' fjuwil fl-apparat meta jkun qed jaħdem jew ikun għadu jaħraq.”, |
— |
“Qatt ma għandek tfawwar il-kontenitur tal-fjuwil u xxotta sewwa kull fjuwil li jkun inxtered qabel ma tqabbad l-apparat.”, |
— |
“Uża biss f'post mingħajr kurrenti ta' arja.”, |
— |
“Qatt ma għandek tqabbad l-apparat jekk ikun jaħraq.”, |
— |
“Qatt ma għandek iċċaqlaq l-apparat waqt li jkun qed jaħdem”., |
— |
“Qatt tħalli tfal żgħar jew annimali domestiċi waħedhom ħdejn il-fajerplajs mixgħul.”, |
— |
“L-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni għandhom isiru biss skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.”. |
Apparat mgħammar b'roti għandu jinkludi wkoll l-istruzzjoni li ġejja: “Dejjem illokkja l-brejkijiet qabel ma tuża l-fajerplejs.”
Barra minn hekk, għandu jiġi indikat l-bogħod minimu ta' sikurezza li fih jista' jitqiegħed il-fajerplejs minn materjali li jaqbdu.
L-utenti għandhom ukoll ikunu infurmati dwar il-konvenzjonijiet tal-ittikkettjar għall-fjuwils, u b'mod speċifiku l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tal-fjuwils differenti li għandha tingħata fuq it-tikketti tagħhom.
L-informazzjoni ta' sikurezza bil-miktub tista' tkun akkumpanjata minn pittogrammi adegwati, fejn permess fl-istandard.
Il-manwal għall-utenti
Il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol għandu jkollu miegħu manwal għall-utenti, li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
id-distanza (minima) meħtieġa mill-kompartiment tal-kombustjoni li trid tinżamm biex jiġi installat apparat li jqabbad il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, |
— |
il-karatteristiċi meħtieġa tal-ħajt (jew struttura oħra) biex jeħel il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, inklużi istruzzjonijiet dwar ventilazzjoni xierqa għas-sħana, |
— |
ir-rekwiżiti marbuta mat-tagħmir użat biex jitwaħħlu mal-ħajt fajerplejsis mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol u (fajerplejsis weqfin fl-art fejn rilevanti), |
— |
ir-rekwiżiti marbuta mal-ippożizzjonar u l-ambjent strutturali tal-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, b'mod partikolari l-art u s-saqaf fejn rilevanti, kif ukoll |
— |
ir-rekwiżiti marbuta mal-ħajt li miegħu għandu jiġi mmuntat fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, inklużi dettalji speċifiċi ta' tipi ta' ħitan fejn attenzjoni partikolari għandha tiġi eżerċitata, eż. ħitan tal-ġibsum jew ħitan tal-injam. |
Barra minn hekk, il-manwal tal-utent għandu jipprovdi informazzjoni dwar:
— |
it-tip(i) ta' fjuwil li jista'/jistgħu jintuża/jintużaw, u addittivi permessi f'dak il-fjuwil, biex jiġi żgurat li fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol jaħdem bla periklu u li l-emissjonijiet massimi ma jinqabżux, |
— |
il-ventilazzjoni meħtieġa tal-kamra, |
— |
id-distanza ta' sikurezza minima minn materjali fjammabbli li fiha fajerplejs jista' jitqiegħed, kif ukoll |
— |
id-daqs minimu tal-kamra jew l-erja minima tal-art. |
Barra minn hekk, il-manwal tal-utent għandu:
— |
jispjega kif għandu jsir il-mili tal-fjuwil fil-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol (u jwissi lil-utenti biex ma jferrawx fjuwil f'fajerplejs li jkun jaħraq), |
— |
jispjega kif il-fjuwil għandu jinħażen bla periklu u jindika l-limiti tal-ħżin fuq ġewwa imposti b'leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew reġjonali fil-pajjiż fejn l-apparat huwa kkummerċjalizzat, |
— |
jispjega kif jintefa fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol, |
— |
jipprovdi informazzjoni dwar tagħmir xieraq tat-tifi tan-nar u jirrakkomanda li dan it-tagħmir ikun jinsab qrib il-fajerplajs, |
— |
iwissi kontra l-użu ta' fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol f'ambjent b'kurrenti tal-arja, |
— |
jagħti istruzzjonijiet għat-tqabbid b'mod sikur u għat-tqabbid mill-ġdid tal-fajerplejs, |
— |
iwissi kontra t-tqabbid ta' fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol li jkun jaħraq, kif ukoll |
— |
jagħti struzzjonijiet lill-utenti biex qatt ma jċaqalqu fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol waqt li jkun qed jintuża, u, jekk il-fajerplejs huwa mgħammar b'roti, biex jillokkjaw il-brejkijiet waqt l-użu tal-apparat. |
L-identifikazzjoni tal-manifattur u tal-importatur
Il-manifatturi (4) għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol innifsu jew fuq l-imballaġġ tiegħu u f'dokument li jakkumpanja l-fajerplejs.
Huma għandhom ukoll iwaħħlu informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott (in-numru tas-serje jew tal-lott) fuq il-prodott innifsu.
L-importaturi (5) għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-fajerplejs mingħajr ċumnija li jaħdem bl-alkoħol innifsu jew fuq l-imballaġġ tiegħu u f'dokument li jakkumpanja l-fajerplejs. F'każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biss għall-iskop li jdaħħal din l-informazzjoni meħtieġa fuq il-prodott innifsu, ikun biżżejjed li jindika l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz fejn ikun jista' jiġi kkuntattjat fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja fajerplejs.
(1) World Health Organization, 2010: http://www.euro.who.int/en/health-topics/environment-and-health/air-quality/publications/2010/who-guidelines-for-indoor-air-quality-selected-pollutants.
(2) http://www.who.int/ipcs/publications/ehc/ehc_alphabetical/en/index.html.
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36).
(4) Kif definit fl-Artikolu R1 tal-Kapitolu R1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(5) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.