This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0027
Commission Implementing Decision (EU) 2015/27 of 7 January 2015 on the publication with a restriction in the Official Journal of the European Union of the reference of standard EN 474-1:2006+A4:2013 on Earth-moving machinery under Directive 2006/42/EC of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/27 tas- 7 ta' Jannar 2015 dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013 dwar il-Gafef skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/27 tas- 7 ta' Jannar 2015 dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013 dwar il-Gafef skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 8.1.2015, pp. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2021; Imħassar b' 32021D1813
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32021D1813 | 15/10/2021 |
|
8.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/24 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/27
tas-7 ta' Jannar 2015
dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013 dwar il-Gafef skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ir-Regolament tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
Billi:
|
(1) |
Meta standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikopri rekwiżit wieħed jew aktar essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju mibni skont dan l-istandard jitqies li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali kkonċernati. |
|
(2) |
Żewġ petizzjonijiet ġew indirizzati lill-Parlament Ewropew mill-istess persuna, li jirreferu għal inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol li seħħu l-Ġermanja u li kienu jinvolvu l-gafef, u jsostnu li l-inċidenti kienu relatati ma' nuqqas ta' viżibilità mill-pożizzjoni tas-sewqan. Il-makkinarju kkonċernat kien iddisinjat skont l-istandard armonizzat EN 474-1 “Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali”. |
|
(3) |
B'konsegwenza ta' dan, l-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A4:2013 “Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali”, li r-referenza tiegħu ġiet pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta' Novembru 2013 (3) ġie eżaminat mill-Kummissjoni flimkien mar-rappreżentanti tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/42/KE. Ġie konkluż li l-gafef ddisinjati u mmanifatturati skont l-istandard ma jippermettux li s-sewwieq ikollu viżibilità biżżejjed sabiex iħaddem il-makkinarju mingħajr riskju għas-sewwieq jew terzi persuni. |
|
(4) |
B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A4:2013 jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza stipulati fil-punti 1.2.2 Il-mezzi ta' kontroll (Viżibilità ta' żoni ta' periklu waqt l-istartjar) u 3.2.1. Pożizzjoni tas-sewqan (viżibilità waqt l-operat) tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(5) |
Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitjiebu l-aspetti tas-sikurezza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013, u sakemm ma ssirx reviżjoni adattata ta' dak l-istandard, il-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013 għandha tkun akkumpanjata minn twissija xierqa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A4:2013 “Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali”, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'restrizzjoni kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
ANNESS
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FIL-QAFAS TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2006/42/KE
(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)
|
ESO (1) |
Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument ta' referenza) |
L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU |
Referenza tal-istandard li ġie sostitwit |
Data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit Nota 1 |
|
CEN |
EN 474-1:2006+A4:2013 Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
28.11.2013 |
EN 474-1:2006+A3:2013 Nota 2 |
Data skaduta (28.11.2013) |
|
Twissija: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawżola 5.8.1 Viżibilità — L-ispazju tal-viżjoni tal-operatur ta' dan l-istandard, li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
||||
|
Nota 1: |
Ġeneralment, id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tal-irtirar (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f'ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor. |
|
Nota 2: |
L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew rekwiżiti oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(1) ESO: Organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni:
|
— |
CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussell, Tel.+32 2 5500811; faks 32 2 5500819 (http://www.cen.eu) |