This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0896
Commission Implementing Regulation (EU) No 896/2014 of 18 August 2014 repealing Implementing Regulation (EU) No 793/2013 establishing measures in respect of the Faroe islands to ensure the conservation of the Atlanto-Scandian herring stock
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2014 tat- 18 ta' Awwissu 2014 li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2014 tat- 18 ta' Awwissu 2014 li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana
ĠU L 244, 19.8.2014, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32013R0793 |
19.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 896/2014
tat-18 ta' Awwissu 2014
li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta' pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 tal-20 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana (2) jidentifika l-Gżejjer Faroe bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli u jadotta ċerti miżuri rigward is-sajd għall-aringa Atlantu-Skandjani u speċijiet assoċjati magħha, skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012. |
(2) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 jipprovdi li tali miżuri għandhom jieqfu milli japplikaw meta l-pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli jadotta, b'mod awtonomu jew f'konsultazzjonijiet, miżuri korrettivi xierqa għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk ta' interess komuni li ma jimminawx l-effett tal-miżuri meħuda mill-Unjoni |
(3) |
Permezz ta' tħabbira tat-12 ta' Ġunju 2014 il-Ministru tas-Sajd tal-Gżejjer Faroe, il-Gżejjer Faeroe adottaw limitu ta' qbid ta' 40 000 tunnellata ta' aringi għall-2014, ċifra li, f'termini assoluti u relattivi, hija ferm taħt il-limitu tal-qbid ta' 105 230 tunnellata adottat għall-2013. Dan se jżid b' 4,4 % t-TAC globali għall-2014 propost mill-Istati kostali l-oħrajn skont il-pjan eżistenti ta' ġestjoni fit-tul. |
(4) |
Skont il-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti, l-effett stmat ta' din iż-żieda fil-qbid fl-2014 fuq il-bijomassa tal-aringi sal-bidu tal-2015 se jkun biss ta' 0,4 %, ċifra li tista' titqies bħala mhux sinifikanti f'termini ta' konservazzjoni tal-istokk. |
(5) |
Il-miżura korrettiva adottata mill-Gżejjer Faroe, meta meħuda flimkien mal-ishma adottati b'mod konġunt mill-Istati kostali l-oħrajn, jiġifieri, il-Federazzjoni Russa, in-Norveġja, l-Islanda u l-Unjoni, għalhekk ma ddgħajjefx l-isforzi ta' konservazzjoni miftiehma bejn l-UE u l-Istati kostali l-oħrajn. |
(6) |
Bħala konsegwenza, il-miżuri adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 għandhom jieqfu japplikaw skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1026/2012. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 għandu għalhekk jitħassar. |
(7) |
Billi l-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri mhix meħtieġa, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(8) |
Dan huwa mingħajr preġudizzju lejn il-kwoti futuri li se jiġu ffissati mill-Gżejjer Faroe jew il-konsultazzjonijiet tal-Istati kostali dwar il-ġestjoni konġunta tal-aringi Atlantu-Skandjani. |
(9) |
Il-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ma ħariġx opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34.