This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0889
Commission Implementing Regulation (EU) No 889/2014 of 14 August 2014 amending Regulation (EEC) No 2454/93, as regards recognition of the common security requirements under the regulated agent and known consignor programme and the Authorised Economic Operator programme Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2014 tal- 14 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, fir-rigward tar-rikonoxximent ta' rekwiziti komuni ta' sigurtà fil-programm tal-aġenti rregolati u l-ispeditur magħruf u l-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2014 tal- 14 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, fir-rigward tar-rikonoxximent ta' rekwiziti komuni ta' sigurtà fil-programm tal-aġenti rregolati u l-ispeditur magħruf u l-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 243, 15.8.2014, p. 39–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2454 | Sostituzzjoni | artikolu 14 DO.2 punt B) | 04/09/2014 | |
Modifies | 31993R2454 | Sostituzzjoni | artikolu 14.3 | 04/09/2014 | |
Modifies | 31993R2454 | Żieda | artikolu 14 QVC.2BI | 04/09/2014 | |
Modifies | 31993R2454 | Emenda | anness 1 QT | 04/09/2014 | |
Modifies | 31993R2454 | Tlestija | artikolu 14 DO.2 | 04/09/2014 | |
Modifies | 31993R2454 | Żieda | artikolu 14 QV.4 | 04/09/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R0481 | 01/05/2016 |
15.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2014
tal-14 ta' Awwissu 2014
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, fir-rigward tar-rikonoxximent ta' rekwiziti komuni ta' sigurtà fil-programm tal-aġenti rregolati u l-ispeditur magħruf u l-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
Kemm fil-qasam tad-dwana u fis-sigurtà tal-avjazzjoni, il-leġiżlazzjoni rispettiva, b'mod partikolari r-Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, tippermetti li l-entitajiet li jikkonformaw ma' ċerti kondizzjonijiet u rekwiżiti jistgħu jiġu ċċertifikati li jiżguraw u jikkontribwixxu għal katina ta' provvista sikura. |
(2) |
Il-leġiżlazzjoni doganali u tal-avjazzjoni eżistenti tipprovdi għal ċertu għarfien taċ-ċertifikazzjonijiet skont il-programmi rispettivi, b'mod partikulari fir-rigward tal-eżamijiet tas-sigurtà magħmula għal kull wieħed minnhom. L-Artikolu 14k(2)(b) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) jipprovdi li jekk l-applikant għall-istatus tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) huwa diġà aġent irregolat il-kriterju dwar “standards xierqa ta' sigurtà u sikurezza” jitqiesu li ġew sodisfatti fir-rigward tal-post li għalih l-operatur ekonomiku jkun kiseb l-istatus ta' aġent irregolat. Il-punti 6.3.1.2 u 6.4.1.2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (4) jipprovdu li l-awtorità xierqa, jew validatur indipendenti li jaġixxi f'isimha, għandhom iqisu jekk l-applikant għal aġent irregolat jew speditur magħruf huwiex detentur ta' Ċertifikat AEO. |
(3) |
L-implimentazzjoni prattika kemm tal-leġiżlazzjoni doganali li tirregolaw l-istatus ta' AEO u tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni li tirregola l-aġent irregolat u l-ispeditur magħruf wriet li r-rikonoxximent eżistenti bejn il-programmi mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sinerġiji bejn il-programmi rispettivi ta' sigurtà. Ir-rekwiżiti ta' sigurtà kemm tal-programm tal-aġenti rregolati u l-ispedituri magħrufa tas-sigurta tal-avjazzjoni kif ukoll tal-programm doganali tal-AEO huma ekwivalenti sal-punt li ż-żewġ programmi jistgħu jkunu aktar allinjati. |
(4) |
Aktar allinjament taż-żewġ programmi f'termini ta' livell ta' rikonoxximent ugwali, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni rikjest huwa neċessarju biex inaqqas il-piż amministrattiv fuq is-settur ekonomiku kkonċernat u l-awtoritajiet tal-gvern (kemm doganali u wkoll tal-avjazzjoni ċivili) filwaqt li jsaħħu iktar il-livell attwali ta' sigurtà. |
(5) |
L-emenda tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hija meħtieġa sabiex taġġorna r-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni fis-seħħ, tinkludi r-rikonoxximent tal-istatus tal-ispeditur magħruf bir-rilevanza tiegħu għall-AEO, kif ukoll tinkwadra l-ambitu tar-rikonoxximent tar-rekwiżiti komuni bejn il-programmi rispettivi u tippermetti l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni bejn id-dwana u awtoritajiet tal-avjazzjoni. |
(6) |
Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 14k huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 14w, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat minnufih tagħmel disponibbli lill-awtorità xierqa nazzjonali responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili l-informazzjoni minima segwenti relatata mal-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha:
L-awtoritajiet doganali nazzjonali, bi ftehim mal-awtorità xierqa nazzjonali responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jistabbilixxi l-modalitajiet dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu li mhux kopert permezz tas-sistema elettronika ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li jiġġestixxu l-informazzjoni kkonċernata jużawha biss għall-finijiet tal-programmi rilevanti għal aġent irregolat jew speditur magħruf u jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw is-sigurtà ta' din l-informazzjoni”. |
(3) |
Fl-Artikolu 14x jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Fejn applikabbli, b'mod partikolari meta l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat huwa meqjus bħala bażi għall-għoti ta' approvazzjoni jew awtorizzazzjonijiet jew ta' faċilitazzjonijiet skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għal aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 14w(4) jista' jingħata wkoll lill-awtorità xierqa nazzjonali responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.”. |
(4) |
L-Anness 1C huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).