Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0865

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 865/2014 tat- 8 ta' Awwissu 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 238, 9.8.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/865/oj

    9.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2014

    tat-8 ta' Awwissu 2014

    li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) (a), (c), (d), (e), (f), (h), (i) u (j) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Hemm żball fil-verżjoni bl-Ispanjali tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2). Għalhekk hija meħtieġa korrezzjoni tal-verżjoni Spanjola. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

    (2)

    Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan l-Artikolu jikkonċerna biss il-verżjoni Spanjola.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2011.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

    (2)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.


    Top