Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0822

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014 tat- 28 ta' Lulju 2014 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini taħt l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward ta' roti prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' partijiet ta' roti li joriġinaw mill-Malasja

    ĠU L 223, 29.7.2014, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/822/oj

    29.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 223/19


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 822/2014

    tat-28 ta' Lulju 2014

    dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini taħt l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward ta' roti prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' partijiet ta' roti li joriġinaw mill-Malasja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill- 1 ta' Jannar 2014, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Kambodja.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“SĠP”). Dak ir-Regolament jipprovdi għall-possibbiltà li jingħataw, f'ċerti ċirkostanzi definiti b'mod preċiż, derogi minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP. Id-dispożizzjonijiet ta' akkumulazzjoni reġjonali taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ġew emendati mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013, li kkjarifika li l-akkumulazzjoni reġjonali tista' tapplika biss fl-istess grupp reġjonali għal pajjiżi li, fil-mument ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni, huma benefiċjarji tal-SĠP. Dawn l-emendi mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

    (3)

    Fil-15 ta' Mejju 2013, il-Kambodja ressqet talba għal perjodu ta' tranżizzjoni li skontha l-industrija tar-roti tal-Kambodja se tkompli tkun intitolata, bl-iskop li tkun determinata l-oriġini tar-roti tal-intestatura HS 8712 Esportazzjonijiet tal-Kambodja lejn l-Unjoni, li tqis il-partijiet li joriġinaw fil-Malasja u fis-Singapor bħala materjali li joriġinaw fil-Kambodja permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali taħt l-iskema SĠP mill-1 ta' Jannar 2014, id-data li fiha japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' akkkumulazzjoni reġjonali emendati.

    (4)

    Il-Kambodja għandha industrija tar-roti dejjem tikber, iżda l-industrija għadha dgħajfa u kienet tiddependi fuq il-provvista ta' partijiet li joriġinaw minn pajjiżi ġirien li fl-imgħoddi kienu pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP u kienu jappartjenu għall-istess grupp ta' akkumulazzjoni reġjonali, b'mod partikolari s-Singapore u l-Malasja.

    (5)

    Permezz ta' ittra tad-9 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni stiednet lill-Kambodja biex tagħti aktar informazzjoni. Fis-26 ta' Settembru 2013 il-Kambodja bagħtet it-tweġiba tagħha għal din it-talba, u minħabba f'hekk l-applikazzjoni tagħha kienet ikkunsidrata bħala kompluta.

    (6)

    Mill-1 ta' Jannar 2014, Singapor ma jibqax pajjiż eliġibbli u lanqas pajjiż benefiċjarju tas-SĠP u għalhekk il-possibilità ta' akkumulazzjoni ma' pajjiżi oħra tal-Grupp I ta' akkumulazzjoni reġjonali ma tibqax teżisti. Mill- 1 ta' Jannar 2014, il-Malasja ma tibqax pajjiż benefiċjarju tas-SĠP iżda tibqa' fil-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-SĠP.

    (7)

    Bħala konsegwenza, mill-1 ta' Jannar 2014, partijiet ta' roti li joriġinaw f'Singapor u l-Malasja ma jistgħux jitqiesu li joriġinaw fil-Kambodja taħt akkumulazzjoni reġjonali, li jipprevjeni l-Kambodja milli tissodisfa r-regola tal-oriġini applikabbli għal pajjiżi l-anqas żviluppati għal dan il-prodott (l-intestatura HS 8712). Fil-fatt, minkejja li dik ir-regola tippermetti l-użu sa 70 % ta' materjali mhux oriġinanti, is-sehem ta' materjali mhux oriġinanti f'ċerti roti mmuntati fil-Kambodja jaqbeż dak il-limitu.

    (8)

    Il-Kambodja ppreżentat, fis-sottomissjoni tagħha lill-Kummissjoni, pjanijiet biex tinkoraġġixxi lill-fabbrikanti biex jinvestu fil-pajjiż matul it-tliet snin li ġejjin bl-għan li tadatta l-industrija tagħha lejn indipendenza akbar fil-provvisti tagħha u fil-bini ta' industrija lokali li tforni materjali oriġinanti għal manifattura ta' roti. Sadanittant, skont il-Kambodja, sabiex l-industrija tibqa' vijabbli fi żmien qasir, il-fabbrikanti tal-Kambodja għad iridu jużuw il-partijiet tar-roti skont ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni reġjonali, għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni taħt l-iskema tal-SĠP.

    (9)

    Għalhekk, il-Kambodja titlob deroga ta' tliet snin biex ikolli żmien biżżejjed biex tħejji lilha nnifisha għal konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini.

    (10)

    Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kambodja, sabiex tkun tista tikkonsolida ġenwinament l-industrija tal-partijiet tar-roti, huwa meqjus li deroga illimitata mhix neċessarja għall-Kambodja. Għandha għalhekk tkun prevista limitazzjoni tal-kwantitajiet ta' roti li joriġinaw fi u esportati mill-Kambodja taħt din id-deroga, f'forma ta' kwota li l-kwantitajiet tagħha għandhom jonqsu tul it-tliet snin li matulhom din id-deroga għandha tkun applikabbli. Il-kwantitajiet ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-mudelli ta' roti li għalihom il-pajjiż jeħtieġ deroga biex jilħaq il-limitu ta' 70 % imsemmi hawn fuq u għandhom ikunu ġestiti skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (11)

    Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Kambodja biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni id-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li nħarġu fi ħdan il-qafas tad-deroga.

    (12)

    Id-deroga għandha tikkonċerna prodotti tal-intestatura HS 8714 li joriġinaw mill-Malasja.

    (13)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 86(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-Kambodja hija intitolata tuża partijiet ta' roti tal-intestatura HS 8714 li joriġinaw fil-Malasja skont ir-regoli tal-oriġini fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, taħt akkumulazzjoni tal-oriġini għall-produzzjoni ta' roti tal-intestatura HS 8712.

    2.   Il-provi tal-oriġini għal dawn il-partijiet għandhom jitfasslu bl-istess mod kif previst fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 2

    Id-deroga prevvista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għar-roti taħt l-intestatura HS 8712 esportati mill-Kambodja u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mid-29 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 3

    Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma' dan ir-Regolament jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 4

    Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta' oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja skont dan ir-Regolament ikollha dawn id-dikjarazzjonijiet:

    “Deroga — Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014”

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

    Artikolu 5

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja jintrabtu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u li jqiegħdu u jżommu l-istrutturi u s-sistemi amministrattivi kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta' din id-deroga u kooperazzjoni amministrattiva, kemm mal-awtoritajiet tal-Malasja kif ukoll mal-Istati Membri, kif speċifikat fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

    (4)  Kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 1).


    ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi ĊN

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Is-sena

    Kwantitajiet (f'unitajiet)

    09.8094

    8712

    Roti u prodotti simili (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

    2014 (1)

    2015

    2016

    400 000

    300 000

    150 000


    (1)  Mid-29 ta' Lulju 2014.


    Top