This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0781
Commission Implementing Regulation (EU) No 781/2014 of 17 July 2014 on the issue of import licences and the allocation of import rights for applications lodged during the first seven days of July 2014 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 616/2007 for poultrymeat
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
ĠU L 212, 18.7.2014, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 781/2014
tas-17 ta' Lulju 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4 A, 6 A, 7 u 8 għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru jikkorrispondu, għal ċerti kwoti, ma' kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 għall-Grupp Nru 5 A għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru jikkorrispondu ma' kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4 A, 6 A, 7 u 8 għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014.
2. Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għall-Grupp Nru 5 A għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
f'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Nru tal-grupp |
Nru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għas-subperjodu mill-1.10.2014 sal-31.12.2014 (%) |
1 |
09.4211 |
0,40918 |
2 |
09.4212 |
3,207957 |
4 A |
09.4214 09.4251 |
0,651441 0,95511 |
6 A |
09.4216 09.4260 |
0,460618 0,984255 |
Grupp Nru |
Ordni Nru |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għad-drittijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għall-perjodu mill-1.10.2014 sal-31.12.2014 (%) |
5 A |
09.4215 09.4254 09.4255 |
0,620782 1,508297 3,215439 |