Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0696

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 696/2014 tal- 24 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fiż-żjut u xaħmijiet veġetali u ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 184, 25.6.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/696/oj

    25.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 696/2014

    tal-24 ta' Ġunju 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fiż-żjut u xaħmijiet veġetali u ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel.

    (2)

    Ġie stabbilit livell massimu għall-aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem u fl-oġġetti tal-ikel li jkun fihom żjut jew xaħmijiet miżjuda permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE (3). L-aċidu eruċiku huwa tossina tal-pjanti naturali li hija kontaminant skont id-definizzjoni tal-kontaminant stipulata fir-Regolament (KEE) Nru 315/93 billi l-preżenza tal-aċidu eruċiku fl-ikel hija r-riżultat tal-produzzjoni agrikola, b'mod aktar partikolari l-għażla tal-varjetà. Sabiex il-leġiżlazzjoni tiġi ssemplifikata, jixraq li jiġi stabbilit livell massimu għall-aċidu eruċiku fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Barra minn hekk jixraq ukoll li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet għall-oġġetti tal-ikel b'kontenut ta' xaħam ta' 5 % jew inqas. Imbagħad id-Direttiva 76/621/KEE għandha titħassar permezz ta' att legali indipendenti.

    (3)

    Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel enfasizza l-adegwatezza tal-livell massimu għall-aċidu eruċiku fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 1993 dwar ir-rekwiżiti essenzjali għall-formuli tat-trabi u l-formuli ta' prosegwiment (4).

    (4)

    Il-livell massimu aktar strett għall-aċidu eruċiku fil-formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment ġie stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (5), għalhekk huwa xieraq li jiġi indikat ukoll il-livell massimu fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

    (5)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, tiżdied it-taqsima 8 “Tossini inerenti tal-pjanti” li ġejja.

    “Taqsima 8: Tossini inerenti tal-pjanti

    Oġġetti tal-Ikel (1)

    Livelli massimi (g/kg)

    8.1

    Aċidu eruċiku

     

    8.1.1

    Żjut u xaħam veġetali

    50 (*)

    8.1.2

    L-ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda bl-eċċezzjoni tal-ikel imsemmi fil-punt 8.1.3

    50 (*)

    8.1.3

    Formula (tal-ikel) tat-trabi u formula ta' prosegwiment (8)

    10 (*)

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE tal-20 ta' Lulju 1976 dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet maħsubin bħala tali għall-konsum mill-bniedem u fl-oġġetti tal-ikel li jkun fihom iż-żjut jew ix-xaħmijiet miżjudin (ĠU L 202, 28.7.1976, p. 35).

    (4)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_34.pdf

    (5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

    (*)  il-livell massimu jirreferi għal-livell ta' aċidu eruċiku, ikkalkulat skont il-livell totali ta' aċidi grassi fil-komponent ta' xaħam fl-ikel.”


    Top