Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0579

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat- 28 ta' Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 160, 29.5.2014, p. 14–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/07/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/579/oj

    29.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 160/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2014

    tat-28 ta' Mejju 2014

    li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' iġjene ġenerali għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness II ta' dak ir-Regolament. Il-punt 4 ta' dak il-Kapitolu jitlob li oġġetti tal-ikel bl-ingrossa f'likwidu, frak jew trab jinġarru f'reċipjenti u/jew kontenituri/tankers irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel. Madankollu, dan ir-rekwiżit mhuwiex prattiku u jimponi piż oneruż bla bżonn fuq l-operaturi tal-kummerċ tal-ikel meta applikat għat-trasport f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi maħsuba għal, jew li x'aktarx jintużaw għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta' bastimenti tal-baħar irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel mhijiex biżżejjed biex isservi l-kummerċ kontinwu f'dawn iż-żjut u xaħmijiet.

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE (2) tippermetti t-trasport bil-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi bl-ingrossa f'tankijiet li jkunu diġà ġew użati għat-trasport tas-sustanzi elenkati fl-Anness tagħha, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u s-sigurtà u l-utiq tal-oġġetti tal-ikel ikkonċernati.

    (3)

    Fid-dawl tad-diskussjoni fil-Codex Alimentarius li twassal għall-adozzjoni ta' kriterji li għandhom jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-aċċettabilità ta' tagħbijiet preċedenti għal żjut u xaħmijiet likwidi tal-ikel bl-ingrossa trasportati bil-baħar (3)u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat il-kriterji għal tagħbijiet preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel u adottat opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għal tagħbijiet preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. (4)

    (4)

    Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA evalwat il-lista ta' sustanzi fid-dawl ta' dawk il-kriterji. L-EFSA adottat diversi opinjonijiet xjentifiċi dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi dwar l-aċċettabilità tagħhom bħala tagħbijiet preċedenti għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. (5)  (6)  (7)  (8)

    (5)

    Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex tqis l-eżitu tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA, id-Direttiva 96/3/KE għandha tiġi rrevokata u mibdula b'dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Deroga

    B'deroga għall-punt 4 tal-Kapitolu IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, żjut u xaħmijiet likwidi li huma maħsuba għal, jew li x'aktarx jintużaw għall-konsum mill-bniedem (“żjut jew xaħmijiet”) jistgħu jiġu ttrasportati b'bastimenti tal-baħar li mhumiex irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel suġġett għal konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Kundizzjonijiet għal deroga

    1.   Il-merkanzija li tinġarr qabel iż-żjut u x-xaħmijiet fl-istess tagħmir f'bastiment tal-baħar (minn hawn 'il quddiem tissejjaħ il-“merkanzija preċedenti”) għandha tikkonsisti f'sustanza jew taħlita ta' sustanzi elenkati fl-anness ta' dan ir-Regolament.

    2.   It-trasport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi li għandhom jiġu pproċessati għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament riservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    fejn iż-żjut u x-xaħmijiet huma ttrasportati f'tank tal-azzar inossidabbli, jew f'tank miżbugħ b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti, il-merkanzija preċedenti għandha tkun:

    (i)

    oġġett tal-ikel; jew

    (ii)

    merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness;

    jew

    (b)

    meta ż-żjut jew ix-xaħmijiet jiġu ttrasportati f'tank magħmul minn materjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a), it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu:

    (i)

    oġġetti tal-ikel; jew

    (ii)

    merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness.

    3.   It-transport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet li ma għandhomx jiġu pproċessati aktar għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament irriservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    it-tank għandu jkun:

    (i)

    tal-azzar inossidabbli; jew

    (ii)

    miksi b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti;

    u wkoll

    (b)

    it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu oġġetti tal-ikel.

    Artikolu 3

    Żamma ta' rekords

    1.   Il-kaptan tal-bastiment tal-baħar li jittrasporta, f'tankijiet, żjut u xaħmijiet bl-ingrossa għandu jżomm evidenza ddokumentata preċiża marbuta mat-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tankijiet ikkonċernati, u l-effettività tal-proċess ta' tindif applikat bejn dawk il-merkanziji.

    2.   Meta l-merkanzija tkun ġiet trasbordata, minbarra l-evidenza dokumentata meħtieġa fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment tal-baħar riċevitur, għandu jżomm evidenza dokumentata preċiża li t-trasport taż-żjut jew tax-xaħmijiet bl-ingrossa kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 matul it-trasbord preċedenti u tal-effettività tal-proċess tat-tindif użat bejn dawk il-merkanziji fuq il-bastiment l-ieħor.

    3.   Fuq talba, il-kaptan ta' bastiment tal-baħar għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'evidenza dokumentata pprovduta fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 4

    Tħassir

    Id-Direttiva 96/3/KE hija imħassra.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE tas-26 ta' Jannar 1996 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasportazzjoni ta' żjut u xaħmijiet likwidi bil-baħar (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42).

    (3)  Il-Programm tal-Istandards tal-Ikel FAO/WHO Konġunt, Il-Kummissjoni ta' Codex Alimentarius, l-erbgħa u tletin sessjoni, iċ-Ċentru tal-Konferenzi Internazzjonali, Ġinevra, l-Isvizzera, mill-4 sad-9 ta' Lulju 2011, REP11/CAC, Para. 45-46.

    (4)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għal merkanziji preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal (2009) 1110, 1-21.

    (5)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni ta' sustanzi bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal 2009; 7(11):1391.

    (6)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut, Parti I ta' III. L-EFSA Journal 2011; 9(12):2482.

    (7)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, Parti II ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(5):2703.

    (8)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, il-Parti III ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(12):2984.


    ANNESS

    LISTA TA' MERKANZIJA PREĊEDENTI AĊĊETTABLI

    Sustanza (is-sinonimi)

    Nru CAS

    Aċidu aċetiku (aċidu etanojku; aċidu tal-ħall; aċidu karbossiliku tal-metan)

    64-19-7

    Anidride aċetiku (anidride etanojku)

    108-24-7

    Aċeton (dimetilketon; 2-propanon)

    67-64-1

    Żjut aċidi u distillati tal-aċidi grassi — minn żjut u xaħmijiet veġetali u/jew taħlitiet tagħhom u żjut u xaħmijiet tal-baħar u tal-annimali

    Idrossidu tal-ammonju (idrat tal-ammonju; soluzzjoni tal-ammonja; ammonja milwiema)

    1336-21-6

    Polifosfat tal-ammonju

    68333-79-9 u 10124-31-9

    Żjut u xaħmijiet tal-annimali, tal-baħar u veġetali skont l-MEP.2/Circ. tal-IMO.

    Alkoħol benżiliku (gradi farmaċewtiċi u ta' reaġenti biss)

    100-51-6

    Aċetat ta' n-butil

    123-86-4

    Aċetat ta' sek-butil

    105-46-4

    Aċetat ta' terz-butil

    540-88-5

    Soluzzjoni tan-nitrat tal-ammonju

    Soluzzjoni tan-nitrat tal-kalċju (CN-9) u l-melħ doppju tagħhom NH4 NO3 .5Ca(NO3 )2.10H2 O, li jissejjaħ “aċidu nitriku, melħ tal-kalċju tal-ammonju”

    6484-52-2

    35054-52-5

    Soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju

    10043-52-4

    Ċikloeżan (eżametilen; eżanaften; eżaidrobenżen)

    110-82-7

    Żejt tal-fażola tas-sojja epossidizzat (b'minimu ta' 7 % — massimu ta' 8 % ta' kontenut tal-ossiġenu ossiran

    8013-07-8

    Etanol (alkoħol etiliku)

    64-17-5

    Aċetat etiliku (etere aċetiku; ester aċetiku; nafta tal-ħall)

    141-78-6

    2-etileżanol (2-etileżil alkoħol)

    104-76-7

    Aċidi grassi

     

    Aċidu arakidiku (aċidu ikosanojku)

    506-30-9

    Aċidu beħeniku (aċidu dokosanojku)

    112-85-6

    Aċidu butiriku (aċidu n-butiriku; aċidu butanojku; aċidu aċetiku etiliku; aċidu formiku propiliku)

    107-92-6

    Aċidu kapriku (acidu n-dekanojku)

    334-48-5

    Aċidu kaprojku (aċidu n-eżanojku)

    142-62-1

    Aċidu kapriliku (aċidu n-ottanojku)

    124-07-2

    Aċidu erukiku (aċidu cis-13-dokosenojku)

    112-86-7

    Aċidu ettojku (aċidu n-ettanojku)

    111-14-8

    Aċidu lawriku (aċidu n-dodekanojku)

    143-07-7

    Aċidu lawrolejku (aċidu dedeċenojku)

    4998-71-4

    Aċidu linolejku (aċidu 9,12-ottadekadienojku)

    60-33-3

    Aċidu linoleniku (aċidu 9,12, 15-ottadekatrienojku)

    463-40-1

    Aċidu miristiku (aċidu n-tetradekanojku)

    544-63-8

    Aċidu miristolejku (aċidu n-tetradeċenojku)

    544-64-9

    Aċidu olejku (aċidu n-ottadeċenojku)

    112-80-1

    Aċidu palmitiku (aċidu n-eżadekanojku)

    57-10-3

    Aċidu palmitolejku (aċidu cis-9-eżadeċenojku)

    373-49-9

    Aċidu pelargoniku (aċidu n-nonanojku)

    112-05-0

    Aċidu rikinolejku (aċidu cis-12-idrossi ottadek-9-enojku; aċidu taż-żejt tar-riġnu)

    141-22-0

    Aċidu steariku (aċidu n-ottadekanojku)

    57-11-4

    Aċidu valeriku (aċidu n-pentanojku; aċidu valerjaniku)

    109-52-4

    Esteri tal-aċidi grassi — kull esteru prodott minn taħlita tal-aċidi grassi elenkati ma' kwalunkwe alkoħol grass elenkat, kif ukoll il-metanol u l-etanol. Eżempji ta' dawn huma

     

    Miristat tal-butil

    110-36-1

    Stearat ċetiliku

    110-63-2

    Palmitat tal-olejl

    2906-55-0

    Lawrat tal-metil (dodekanoat tal-metil)

    111-82-0

    Oleat tal-metil (ottadeċenoat tal-metil)

    112-62-9

    Palmitat tal-metil (eżadekanoat tal-metil)

    112-39-0

    Stereat tal-metil (ottadekanoat tal-metil)

    112-61-8

    Alkoħols grassi:

     

    Alkoħol butiliku (1-butanol; alkoħol butiriku)

    71-36-3

    Alkoħol kaproliku (1-eżanol; alkoħol eżiliku)

    111-27-3

    Alkoħol kapriliku (1-n-ottanol; karbinol ettiliku)

    111-87-5

    Alkoħol ċetiliku (alkoħol C-16; 1-eżadekanol; alkoħol ċetiliku; alkoħol palmitiliku; alkoħol n-primarju eżadeċiliku)

    36653-82-4

    Alkoħol deċiliku (1-dekanol)

    112-30-1

    Alkoħol enantiliku (1-ettanol; alkoħol ettiliku)

    111-70-6

    Alkoħol lawriku (n-dodekanol; alkoħol dodeċiliku)

    112-53-8

    Alkoħol miristiliku (1-tetradekanol; tetradekanol)

    112-72-1

    Alkoħol noniliku (1-nonanol; alkoħol pelargoniku; ottilkarbinol)

    143-08-8

    alkoħol tal-olejliku (ottadeċenol)

    143-28-2

    Alkoħol steariliku (1-ottadekanol)

    112-92-5

    Alkoħol trideċil (1-tridekanol)

    112-70-9

    Taħlitiet ta' alkoħol grassi:

     

    Alkoħol miristiliku lawriliku (taħlita ta' C12 — C14)

     

    Alkoħol steariliku ċetiliku (taħlita ta' C16 — C18)

     

    Aċidu formiku (aċidu metanojku; aċidu karbossiliku tal-idroġenu)

    64-18-6

    Fruttożju

    57-48-7 u 30237-26-4

    Gliċerol (gliċerina; Gliċerin; Propan-1,2,3-triol)

    56-81-5

    Glikoli:

     

    1,3-butandiol (glikol ta' 1,3-butilen)

    107-88-0

    1,4-butandiol (glikol ta' 1,4-butilen)

    110-63-4

    Ettan (gradi kummerċjali)

    142-82-5

    Eżan (gradi tekniċi)

    110-54-3 u 64742-49-0

    Perossidu tal-idroġenu

    7722-84-1

    Iso-butanol (2-metil-1-propanol)

    78-83-1

    Aċetat tal-isobutil (aċetat ta' 2-metilpropil)

    110-19-0

    Iso-dekanol (alkoħol isodeċiliku)

    25339-17-7

    Iso-nonanol (alkoħol isononiliku)

    27458-94-2

    Iso-ottanol (alkoħol isoottiliku)

    26952-21-6

    Isopropanol (propan- 2-ol; Alkoħol isopropiliku; IPA)

    67-63-0

    Demel likwidu tal-kawlina

    1332-58-7

    Limonen (dipenten)

    138-86-3

    Soluzzjoni tal-klorur tal-manjeżju

    7786-30-3

    Metanol (alkoħol metiliku)

    67-56-1

    Metiletilketon (2-butanon)

    78-93-3

    Metilisobutilketon (4-metil-2-pentanon)

    108-10-1

    Metil-terz-butil-etere (MBTE)

    1634-04-4

    Għasel iswed, magħmul mill-industrija tal-iproċessar taz-zokkor konvenzjonali bl-użu taz-zokkor tal-kannamieli, tal-pitravi taz-zokkor, taċ-ċitru jew tas-sorgu

    Xamgħa tal-paraffina (tajba għall-ikel)

    8002-74-2 u 63231-60-7

    Pentan

    109-66-0

    Aċidu fosforiku (aċidu ortofosforiku)

    7664-38-2

    Glikol tal-polipropilen (piż molekulari ikbar minn 400)

    25322-69-4

    Ilma tax-xorb

    7732-18-5

    Soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (potassja kawstika)

    1310-58-3

    aċetat ta' n-propil

    109-60-4

    Alkoħol propiliku (propan- 1-ol; 1-propanol)

    71-23-8

    Glikol propiliniku (1,2 glikol propiliniku; propan-1,2-diol; 1,2-diidrossipropan; glikol tal-monopropilen (mpg); glikol metiliku)

    57-55-6

    1,3-propandiol (glikol ta' 1,3-propilen; glikol tat-trimetilen)

    504-63-2

    Tetramer tal-propilen

    6842-15-5

    Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (soda kawstika, lissija)

    1310-73-2

    Soluzzjoni tas-silikat tas-sodju (ħġieġ solubbli)

    1344-09-8

    Soluzzjoni tas-sorbitol (d-sorbitol; alkoħol eżaidriku; d-sorbit)

    50-70-4

    Aċidu sulfuriku

    7664-93-9

    Aċidi grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

    Alkoħol xaħmi mhux frazzjonat minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

    Esteri grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

    Soluzzjoni ta' nitrat tal-ammonja tal-urea (UAN)

    Żjut tal-minerali abjad

    8042-47-5


    Top