EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0578

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014 tat- 28 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 160, 29.5.2014, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/578/oj

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 578/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012

(2)

Żewġ persuni u entità waħda ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati, huma b'dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

A.   Persuni

Nru 14. Asif Shawkat

Nru 178. Sulieman Maarouf

B.   Entitajiet

Nru 45. Syrian International Islamic Bank.

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

71.

Bushra (

Image

) Al-Assad (

Image

) (magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat)

Data tat-twelid: 24.10.1960.

Oħt Bashar Al-Assad u armla ta' Asif Shawkat, Viċi Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

108.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image

)

Twieled: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru tal-Finanzi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

152.

Dr. Qadri (

Image

) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jameel)

 

Ex-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

156.

Eng. Hala (

Image

) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed)Al Nasser (

Image

)

 

Ex-Ministru tat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

158.

Eng. Subhi (

Image

) Ahmad (

Image

) Al Abdallah (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Abdullah)

 

Ex-Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

159.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed) Yahiya (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yehya, Yahya, Yihya, Yihia, Yahia) Moalla (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'la, Ma'la, Muala, Maala, Mala)

 

Ex-Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

161.

Dr. Mohamad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed, Mohammad) Zafer (

Image

) (magħruf ukoll bħala Dhafer) Mohabak (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohabbak, Muhabak, Muhabbak)

 

Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

163.

Dr. Safwan (

Image

) Al Assaf (

Image

)

 

Ex-Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

164.

Eng. Yasser (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yaser) Al Siba'ii (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sibai, Al-Siba'i, Al Sibaei)

 

Ex-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

165.

Eng Sa'iid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Sa'id, Sa'eed, Saeed) Ma'thi (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'zi, Mu'dhi, Ma'dhi, Ma'zi, Maazi) Hneidi (

Image

)

 

Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

167.

Dr. Jassem (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jasem) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Zakaria (

Image

)

Twieled fl-1968

Ex-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image

) Abdo (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

 

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

174.

Mohammed (

Image

) Turki (

Image

) Al Sayed (

Image

)

 

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175.

Najm-eddin (

Image

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

 

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012


Top