EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0443

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2014 tat-30 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

ĠU L 130, 1.5.2014, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/443/oj

1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 443/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5 (4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2011, l-2012 u l-2013, jeħtieġ li jiġu modifikati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa b'seħħ mill-1 ta' Mejju 2014 u l-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 2014.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar għandhom jiġu sostitwiti mil-livelli elenkati fil-kolonna korrispondenti ta' dan l-Anness kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Kommunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta' dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(f'tunnellati)

Numru tal-ordni

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli tal-iskattar

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

445 127

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

27 287

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

12 678

78.0075

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

12 677

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

12 663

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

112 241

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

252 542

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

82 192

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

81 570

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

310 090

78.0160

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

51 670

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

69 907

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

553 379

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

72 914

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

183 233

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

25 489

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

5 630

78.0265

0809 29 00

Ċirasa. għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

32 371

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

3 146

78.0280

0809 40 05

Pruna

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

16 404 ”


Top