Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0430

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2014 tal- 25 ta' April 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

ĠU L 125, 26.4.2014, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/430/oj

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 430/2014

tal-25 ta' April 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jitkisser mill-pajjiż tal-oriġini u li jinqasam f'diversi subperjodi skont l-Anness I għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

April huwa t-tieni subperjodu għall-kwota prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li l-punt sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni jiġi ddeterminat billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati.

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 tiġi stabbilita l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal- ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara li taqa' taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2014 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

Kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2014

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2014 (kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

28 348 416

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

9 942 723

L-Awstralja

09.4129

 (1)

567 310

Oriġini oħra

09.4130

0,81836 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew ugwali għall-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


Top