Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0164

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2014 tal- 20 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

    ĠU L 52, 21.2.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/164/oj

    21.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 52/15


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 164/2014

    tal-20 ta’ Frar 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

    (2)

    Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

    (3)

    B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

    (4)

    Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


    ANNESS

    “ANNESS I

    Kodiċi tan-NM

    Isem il-merkanzija

    Prezz rappreżentattiv

    (f'EUR/100 kg)

    Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

    (f'EUR/100 kg)

    Oriġini (1)

    0207 12 10

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

    120

    0

    AR

    0207 12 90

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

    133,5

    0

    AR

    134,3

    0

    BR

    0207 14 10

    Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

    298,1

    1

    AR

    225,1

    23

    BR

    327,2

    0

    CL

    259,8

    12

    TH

    0207 27 10

    Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

    303,0

    0

    BR

    317,6

    0

    CL

    0408 91 80

    Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

    458,0

    0

    AR

    1602 32 11

    Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

    253,1

    10

    BR

    315,1

    0

    CL


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


    Top