Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014H0881

2014/881/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar il-proċedura li għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta' konformità tal-linji ferrovjarji eżistenti mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà

ĠU L 356, 12.12.2014, pp. 520–526 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2014/881/oj

12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/520


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Novembru 2014

dwar il-proċedura li għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta' konformità tal-linji ferrovjarji eżistenti mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà

(2014/881/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont it-Taqsima 7.3.4 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 (2) (INF TSI) u t-Taqsima 7.3.4 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 (3) (ENE TSI), għal linji ferrovjarji eżistenti li mhuma soġġetti għal ebda proġett ta' tiġdid jew immodernizzar, il-wiri tal-livell ta' konformità ta' dawn il-linji mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) huwa volontarju. Bl-istess mod, għal-linji eżistenti li huma suġġetti għal proġetti li ma jimplikawx proċedura ta' verifika “KE”, il-wiri tal-livell tal-konformità ta' dawn il-linji mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) għandhom ukoll ikunu volontarji

(2)

L-amministratur infrastrutturali għandu jkun jista', fuq bażi volontarja, jikkompleta r-reġistru tal-infrastruttura b'informazzjoni dwar il-livell tal-konformità tal-linji eżistenti mal-parametri bażiċi tat-TSIs. Għandu jkun rakkomandat li tintuża proċedura standard għall-wiri tal-livell ta' konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs.

(3)

L-Anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/622/UE (4) jirreferi għall-verżjonijiet preċedenti tal-INF u ENE TSIs u għalhekk għandu jiġi aġġornat.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni, hu preferibbli li tiġi ssostitwita r-Rakkomandazzjoni Nru 2011/622/UE b'din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Il-proċedura stipulata fl-Anness għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta' konformità tal-linji tal-ferrovija eżistenti mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 2011/622/UE.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sottosistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Ara l-paġna 179 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/622/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar il-proċedura li għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta' konformità tal-linji ferrovjarji eżistenti mal-parametri bażiċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 23).


ANNESS

1.   Introduzzjoni

1.1.   Ambitu tekniku

Din il-proċedura hija marbuta mas-subsistemi li ġejjin tas-sistema tal-ferroviji tal-Unjoni Ewropea:

(a)

is-sistema strutturali tal-infrastruttura, u

(b)

s-subsistema strutturali tal-enerġija.

Dawn huma inklużi fil-listi ta' subsistemi fl-Anness II (1) għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.2.   Ambitu Ġeografiku

L-ambitu ġeografiku ta' din il-proċedura huwa s-sistema tal-ferroviji tal-UE kif definita mid-Direttiva 2008/57/KE.

1.3.   Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din il-proċedura:

(a)

“EI” tfisser infrastruttura eżistenti (stallazzjonijiet fissi) li mhumiex suġġetti għall-proċedura ta' verifika tal-“KE”;

(b)

“Demostrazzjoni ta' konformità tal-EI” tfisser verifika ta' jekk il-parametri bażiċi ta' subsistema u/jew element ta' binarji eżistenti jikkonformax mar-rekiwiżiti tat-TSIs relevanti;

(c)

“Ċertifikat ta' demostrazzjoni tal-EI” tfisser id-dokument maħruġ minn assessur indipendenti bħala riżulta tad-dimostrazzjoni tal-konformità tal-EI;

(d)

“Dikjarazzjoni ta' demostrazzjoni tal-EI” hija d-dokument maħruġ minn applikant wara li jirċievi ċ-ċertifikat ta' demostrazzjoni tal-EI.

2.   Proċedura għad-demostrazzjoni tal-konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà tal-binarji eżistenti

2.1.   Għan

Il-proċedura segwenti tista' tiġi applikata għad-demostrazzjoni tal-konformità ta' stallazzjonijiet fissi eżistenti bit-TSIs mingħajr ma tkun suġġetta għall-proċedura ta' verifika tal-“KE”.

Mhix obbligatorja, izda tista' tintuża fuq bażi volontarja.

2.2.   Proċedura għad-demostrazzjoni tal-livell ta' konformità mal-parametri bażiċi tat-TSI

2.2.1.   Il-proċedura għad-demostrazzjoni tal-livell ta' konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs hija d-demostrazxzjoni tal-EI tal-proċedura ta' konfromità. Skont din il-proċedura, l-applikant jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2.2.2, 2.2.3, 2.2.5.2 u 2.2.5.3, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-subsistema kkonċernata, li kienet soġġetat għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.4, tissodisfa r-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti.

2.2.2.   L-applikant iressaq applikazzjoni għad-demostrazzjoni tal-EI tal-konformità tas-subsistema quddiem assessur indipendenti tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-applikant u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz ta' dan ukoll, u

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

2.2.3.   id-dokumentazzjoni teknika;

2.2.3.1.   L-applikant jiġbor id-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli lill-asssessur indipendenti msemmi fil-punt 2.2.4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li jiġi demostrat il-livell ta' konformità mas-subsistemi eżistenti bil-parametri bażiċi tat-TSI(s) rilevanti.

2.2.3.2.   Id-dokumentazzjoni teknika, fejn applikabbli, ikun fiha dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tas-sottosistema eżistenti;

(b)

id-dokumenti neċessarji għall-ġbnir tal-fajl tekniku;

(c)

lista ta' standards armonizzati u/jew speċifikazzjonijeit teknikċi rilevanti oħra li referenza għalihom tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali li jkunu ntifikatai skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, applikat bis-sħiħ jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti jekk l-dawk l-istandards armonizzati jew nazzjonali ma jkunux ġew applikati. Jekk l-istandards armonizzati jew nazzjonali ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(d)

il-kundizzjonijiet għall-użu tas-sottosistema (restrizzjonijiet taż-żmien jew id-distanza tat-tħaddim, il-limiti tat-tgħawwir, eċċ);

(e)

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tal-operat u l-manutenzjoni tas-sottosistema;

(f)

il-kundizzjonijiet għall-manutenzjoni u d-dokumentazzjoni teknika dwar il-manutenzjoni tas-sottosistema;

(g)

kwalunkwe rekwiżit tekniku speċifikat fit-TSI(s) rilevanti li għandu jitqies matul il-manutenzjoni jew l-operat tas-sottosistema;

(h)

kwalunkwe evidenza teknika xierqa oħra, li turi li l-verifika jew it-testijiet preċedenti jkunu ġew imwettqa b'suċċess, f'kundizzjonijiet paragunabbli, minn korpi kompetenti;

2.2.3.3.   L-applikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti matul il-ħajja tas-servizz tas-sottosistema.

2.2.4.   Proċedura għad-demostrazzjoni tal-livell ta' konformità mal-parametri bażiċi tat-TSI

2.2.4.1.   L-assessur indipendenti magħżul mill-applikant iqis l-evidenza tal-eżaminazzjonijiet, il-kontrolli jew it-testijiet li jkunu twettqu minn entitajiet oħra jew mill-applikant.

2.2.4.2.   L-evidenza miġbura mill-assessur indipendenti għandu tkun xierqa u suffiċjenti biex turi l-livell ta' konformità mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti u li kull kontroll jew test rekwiżit u xieraq twettaq.

2.2.4.3.   Fejn is-subsistem eżistenti jilħqu r-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti, l-assessur indipendenti jista' joħroġ ċertifikat tad-demostrazzjoni tal-EI.

2.2.5.   Dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI

2.2.5.1.   L-applikant ifassal dikjarazzjoni bil-miktub tad-demostrazzjoni tal-EI għas-subsistema u jżommha tul il-ħajja tas-servizz tas-subsistema. Id-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI tidentifika s-subsistema li għaliha tfasslet.

2.2.5.2.   Id-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI u d-dokumenti ta' magħha jiġu abbozzati skont il-Kapitolu 2.5 ta' din il-proċdura.

2.2.5.3.   Kopja tad-ddikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti fuq talba. għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti fuq talba.

2.2.6.   Fajl tekniku

2.2.6.1.   L-assessur indipendenti huwa responsabbli għall-ġbir tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI.

2.2.6.2.   Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI jinżamm mill-applikant.

2.2.6.3.   L-applikant għandu jżomm kopja tal-fajl tekniku matul il-ħajja tas-servizz tas-sottosistema; kopja tal-fajl tekniku għandha tibgħat lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jitlob dan.

2.3.   Karatteristiċi li għandhom jiġu vvalutati

Il-karatteristiċi li għandhom jiġu vvalutatai meta wieħed japplika għall-proċedura għad-demostrazzjoni tal-livell ta' konformità mal-parametri bażiċi tat-TSI huma ffissati fit-:

Tabella 1 għas-subsistema tal-infrastruttura, u

Tabella 2 għas-subsistema tal-enerġija.

Tabella 1

Il-valutazzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura għad-demostrazzjoni tal-konformità tal-EI

Karatteristiċi li għandhom jiġu vvalutati (HS INF TSI)

Il-binarju eżistenti mhux suġġett għall-verifika tal-KE

Proċeduri ta' valutazzjoni partikolari

1

2

Qies standard tal-istrutturi (4.2.3.1)

X

6.2.4.1

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.3.2)

X

6.2.4.2

Il-gradjenti massimi (4.2.3.3)

X

 

Ir-raġġ minimu ta' kurva orizzontali (4.2.3.4)

X

6.2.4.4

Ir-raġġ minimu ta' kurva vertikali (4.2.3.5)

X

6.2.4.4

Il-qies standard nominali tal-binarju (4.2.4.1)

X

6.2.4.3

Pożizzjoni mżerżqa (4.2.4.2)

X

6.2.4.4

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.4.3)

X

6.2.4.4

6.2.4.5

Bidla f'daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.4.4)

X

6.2.4.4

Koniċità ekwivalenti (4.2.4.5)

X

6.2.4.6

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi (4.2.4.6),

n.a

6.2.4.7

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja (4.2.4.7),

X

 

Id-disinn tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.5.1)

X

6.2.4.8

L-użu tal-qsim tip swing nose (4.2.5.2)

X

6.2.4.8

It-tul massimu mhux iggwidat ta' qsim ottuż fiss (4.2.5.3)

X

6.2.4.8

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali (4.2.6.1)

X

6.2.5

Ir-reżistenza lonġitudinali tal-binarji (4.2.6.2)

X

6.2.5

Ir-reżistenza laterali tal-binarji (4.2.6.3)

X

6.2.5

Ir-reżistenza ta' pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.7.1)

m.a.

 

It-tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art (4.2.7.2)

m.a.

 

Reżistenza ta' strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji (4.2.7.3)

m.a.

 

Ir-reżistenza ta' pontijiet u ta' xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.7.4)

X

6.2.4.10

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal allinjament (4.2.8.1)

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal livell lonġitudinali (4.2.8.2)

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju (4.2.8.3)

m.a.

 

Il-limitu għall-azzjoni immedjata tal-binarju bħala difett iżolat (4.2.8.4)

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa (4.2.8.5)

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal swiċċijiet u qsim (4.2.8.6)

m.a.

 

It-tul utilizzabbli tal-pjattaformi (4.2.9.1)

X

 

L-għoli tal-pjattaforma (4.2.9.2)

X

 

Pjattaforma offsett (4.2.9.3)

X

6.2.4.11

L-għamla tal-binarji tul il-pjattaformi (4.2.9.4)

X

 

Il-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini (4.2.10.1)

X

6.2.4.12

L-effett ta' rjieħ inkroċjati (4.2.10.2),

X

6.2.4.13

Qabda tal-ballast (4.2.10.3)

Għadha qed tiġi diskussa

 

Markaturi tal-post (4.2.11.1)

X

 

Koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.11.2)

m.a.

 

Il-mezzi biex jitbattal it-tojlit (4.2.12.2)

X

6.2.4.14

Il-faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji (4.2.12.3)

X

6.2.4.14

L-istokkjar mill-ġdid tal-ilma (4.2.12.4)

X

6.2.4.14

Provvista mill-ġdid tal-karburant (4.2.12.5)

X

6.2.4.14

Il-provvista ta' puntali tal-elettriku (4.2.12.6)

X

6.2.4.14

Applikazzjoni tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà

m.a.

 


Tabella 2

Valutazzjoni tas-subsistemi tal-enerġija għad-dekostrazzjoni tal-konformità tal-EI

Karatteristiċi li għandhom jiġu vvalutati (HS ENE TSI)

Il-binarju eżistenti mhux suġġett għall-verifika tal-KE

Proċeduri ta' valutazzjoni partikolari

1

2

Vultapp u frekwenza (4.2.3)

X

 

Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta' provvista (4.2.4)

X

6.2.4.1

Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta' kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin (4.2.5)

X

6.1.4.2

L-ibbrejkjar riġenerattiv (4.2.6)

X

6.2.4.2

Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika (4.2.7)

X

6.2.4.3

L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta' kurrent alternat (AC) (4.2.8)

X

6.2.4.4

Il-ġeometrija tal-linja ta' kuntatt fl-għoli (4.2.9)

X

 

Il-qies standard tal-pantografu (4.2.10)

X

 

Il-forza medja ta' kuntatt (4.2.11)

X

 

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.12)

X

6.1.4.1, 6.2.4.5

Spazjar tal-pantografi tad-disinn tal-linja ta' kuntatt fl-għoli (4.2.13)

X

 

Materjal tal-wajer ta' kuntatt (4.2.14)

X

 

Sezzjonijiet ta' separazzjoni tal-fażijiet (4.2.15)

X

 

Sezzjonijiet ta' separazzjoni tas-sistemi (4.2.16)

X

 

Dispożizzjonijiet ta' protezzjoni minn xokk tal-elettriku (4.2.18)

X

6.2.4.6

Regoli għall-manutenzjoni (4.5)

X

6.2.4.7

2.4.   Rekwiżiti għall-assessur indipendenti

2.4.1.   Assessur indipendenti magħżul mill-applikant iwettaq id-demostrazzjoni tal-konformità tal-EI tal-linji eżistenti. Assessur indipendenti għandu jkun entità esterna jew parti interna tal-Maniġer tal-Infrastruttura.

2.4.2.   Fir-rigward tal-infrastruttura tal-ferrovija, assessur indipendenti jkollu:

(a)

taħriġ tekniku kif jixraq;

(b)

Għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u prattika suffiċjenti fit-twettiq tat-testijiet involuti f'dan; kif ukoll

(c)

il-kapaċità li jfassal ċertifikati tad-demostrazzjoni tal-EI u dokumenti tekniċi li jikkonsistu f'rekord formali tal-valutazzjonijiet li wettaq.

2.4.3.   Assessur indipendenti li huwa intern għall-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-assessur u l-persunal tiegħu ikunu identifikabbli bħala organizzazzjoni u għandu jkollhom metodi ta' rappurtar li jiżguraw l-imparzjalità tagħhom;

(b)

la l-assessur u lanqas il-persunal tiegħu ma għandhom jinżammu responabbli mill-operat jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jevalvaw u lanqas ma jistgħu jidħlu għal kwalunkwe attivita li tista' tkun kunflinġenti mal-indipendenza tagħhom ta' ġudizzju jew integrità fir-rigward tal-attivitajiet ta' vvalutar.

2.5.   Dikjarazzjoni ta' demostrazzjoni

2.5.1.   Id-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI u d-dokumenti ta' magħha ikunu datati u ffirmati.

2.5.2.   Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha fiha dan li ġej:

(a)

ir-referenzi għall-proċedura tad-demostrazzjoni tal-konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà għal linji eżistenti;

(b)

l-isem kummerċjli u l-indirizz sħiħ tal-applikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan l-UE (jekk jintuża ir-rappreżentant, l-isem kummerċjali tal-applikant għandu jingħata wkoll);

(c)

deskrizzjoni qasira tas-subsistema;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-assessur indipendenti li mexxa d-demostrazzjoni tal-konformità tal-EI

(e)

ir-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku;

(f)

id-dispożizzjonijiet kollha definittivi u temporanji applikabbli għandhom jinġabru mas-subsistemi u b'mod partikolari, kwalunkwe restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet tal-operat;

(g)

f'każ ta' temporanji, il-perjodu ta' validità tad-dikjarazzjoni tad-demostrazzjoni tal-EI;

(h)

l-identità tal-firmatarju.


Top