Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0877

2014/877/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Novembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni FEG/2014/007 IE/Andersen Ireland, mill-Irlanda)

ĠU L 350, 6.12.2014, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/877/oj

6.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/9


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Novembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni FEG/2014/007 IE/Andersen Ireland, mill-Irlanda)

(2014/877/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien stabbilit biex isostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil ħaddiema indipendenti li jkunu waqqfu l-attività tagħhom b'konsegwenza ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'konsegwenza ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew b'konsegwenza ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(3)

Fis-16 ta' Mejju 2014 l-Irlanda ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward ta' sensji f'Andersen Ireland Limited fl-Irlanda, u kkomplementatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex tiġi determinata kontribuzzjoni finanzjarji mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-Irlanda ddeċidiet li toffri servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG anki lin-NEETs.

(5)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja f'ammont ta' EUR 1 501 200 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Irlanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa mobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 1 501 200 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta' Novembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)   ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)   ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.


Top