This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0734
2014/734/EU: Council Decision of 9 October 2014 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Stabilisation and Association Council established by the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, as regards the replacement of Protocol 4 to that Agreement, concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation, by a new protocol which, as regards the rules of origin, refers to the Regional Convention on pan-Euro-Mediterranean preferential rules of origin
2014/734/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
2014/734/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
ĠU L 304, 23.10.2014, p. 91–96
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/91 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(2014/734/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, (“Protokoll 4”). |
(2) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(3) |
L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(4) |
L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012 rispettivament. |
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull parti kontraenti għall-Konvenzjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 4 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża.
2. Jista' jintlaħaq qbil dwar xi tibdil żgħir fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ALFANO
(1) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE-DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA
ta'
li tissostitwixxi l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE — DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 40 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 4 tal-Ftehim (“Protokoll 4”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
L-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stipulat fl-Artikolu 108 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4. |
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), (“il-Konvenzjoni”), għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(4) |
L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(5) |
L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta' din il-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u l-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012, rispettivament. |
(6) |
Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni kollha fi ħdan iż-żona ta' akkumulazzjoni, ma għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 4. |
(7) |
Il-Protokoll 4 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija tapplika mill-….
Magħmul fi
Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE — dik li kienet ir- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Il-President
(1) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
ANNESS
Protokoll 4
dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Regoli ta' oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
2. Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini Pan-Ewro-Mediterranji jinftiehmu bħala li jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni tat-tilwim
1. Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu dik il-verifikazzjoni, dawn jitressqu quddiem il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
2. Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni sseħħ skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sejrin immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini ġodda nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — akkumulazzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll, kif emendati permezz tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex iqisu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2), ikomplu japplikaw bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa meta l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha elenkati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll.
2. Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewroepa, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.