Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0391

    2014/391/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda (notifikata bid-dokument C(2014) 4083) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 184, 25.6.2014, p. 18–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/07/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/391/oj

    25.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Ġunju 2014

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda

    (notifikata bid-dokument C(2014) 4083)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/391/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika għas-saqqijiet tas-sodda li huma validi sat-30 ta' Ġunju 2014.

    (4)

    Sabiex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti u sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-innovazzjoni li seħħet matul l-aħħar snin, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi modifikat l-ambitu tal-grupp ta' prodotti u li jiġi stabbilit sett rivedut ta'kriterji ekoloġiċi.

    (5)

    Il-kriterji riveduti, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. Dawn il-kriterji jimmiraw li jintużaw materjali prodotti b'mod aktar sostenibbli (fejn jitqies approċċ tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja), li jiġu limitati l-użu ta' komposti perikolużi, il-livelli ta' residwi perikolużi u l-kontribuzzjoni tas-saqqijiet għat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u li jiġi promoss prodott tal-ogħla kwalità b'saħħtu u li jkun faċli li jissewwa u jiżżarma.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2009/598/KE għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Għandu jingħata perjodu ta' tranżizzjoni lill-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/598/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex dawn jibdew jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-grupp ta' prodotti “saqqijiet tas-sodda” għandu jinkludi prodotti li jikkonsistu minn għata tad-drapp li tkun mimlija b'materjali, u li jistgħu jitqiegħdu fuq struttura ta' sodda eżistenti li ssostnihom jew li jkunu mfassla biex jintużaw weħidhom sabiex jipprovdu wiċċ għall-irqad jew mistrieħ, għall-użu intern.

    2.   Il-grupp tal-prodotti ma għandux jinkludi bażijiet tas-sodda tal-injam jew ittappezzati, saqqijiet mimlijin bl-arja u saqqijiet mimlijin bl-ilma, u kif ukoll saqqijiet ikklassifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (3).

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    “Saqqu tas-sodda tat-trabi” tfisser saqqu li għandu tul ta' inqas minn 1 400 mm;

    2.

    “Sustanza li tista' tiġi eliminata” tfisser sustanza li turi 80 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum bl-użu ta' wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin: OECD 303 A/B, ISO 11733;

    3.

    “Sustanza bijodegradabbli b'mod inerenti” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum bl-użu ta' wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C;

    4.

    “Sustanza faċilment bijodegradabbli” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum bl-użu ta' wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408;

    5.

    “Kompost organiku semivolatili (SVOC)” tfisser kull kompost organiku li jeludixxi f'kolonna kromatografika tal-gass bejn n-eżadekan (eskluż) u n-dokosan (inkluż) u b' punt tat-togħlija ta' xi ftit aktar minn 287 °C, fejn il-kejl isir bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b' 5 % fenil/95 % metil-polisilossan;

    6.

    “Kompost organiku volatili ħafna (VVOC)” tfisser kull kompost organiku li jeludixxi f'kolonna kromatografika tal-gass qabel n-eżan u b'punt tat-togħlija madwar 68 °C jew inqas, fejn il-kejl isir bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b' 5 % fenil/95 % metil-polisilossan;

    7.

    “Kompost organiku volatili (VOC)” tfisser kull kompost organiku li jeludixxi f'kolonna kromatografika tal-gass bejn, u inkluż, n-eżan u n-eżadekan b'punt tat-togħlija fil-medda ta' madwar 68 °C sa 287 °C, fejn il-kejl isir bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b' 5 % fenil/95 % metil-polisilossan.

    Artikolu 3

    Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa' fi ħdan il-grupp tal-prodotti “saqqijiet tas-sodda” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “saqqijiet tas-sodda”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta' prodotti “saqqijiet tas-sodda” għandu jkun “014”.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2009/598/KE hija revokata.

    Artikolu 7

    1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “saqqijiet tas-sodda” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/598/KE.

    2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “saqqijiet tas-sodda” ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/598/KE inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

    Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

    3.   Liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/598/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għas-saqqijiet tas-sodda (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 li tikkonċerna apparat mediku (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).


    ANNESS

    QAFAS

    Rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika

    Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati għal kull kriterju.

    Meta l-applikant ikun mitlub jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ, kif ikun xieraq.

    Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment it-testijiet akkreditati skont l-istandard ISO 17025 u l-verifiki imwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

    Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

    Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jissodisfa r-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż (pajjiżi) li fih il-prodott huwa intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

    KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

    Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda:

    1.

    Fowm tal-lattiċe (latex)

    2.

    Fowm ta' poliuretan (PUR)

    3.

    Wajer u molol

    4.

    Fibri tal-ġewż tal-Indi

    5.

    Tessuti (drappijiet u fibri użati bħala materjali għall-għata u/jew mili tas-saqqijiet)

    6.

    Kolla u adeżivi

    7.

    Ritardanti tal-fjammi

    8.

    Bijoċidi

    9.

    Plastifikanti

    10.

    Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

    11.

    Emissjoni ta' komposti organiċi volatili speċifiċi (SVOCs, VOCs, VVOCs) mis-saqqu

    12.

    Prestazzjoni teknika

    13.

    Disinn għaż-żarmar u rkupru ta' materjali

    14.

    Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE.

    15.

    Informazzjoni addizzjonali għall-konsumaturi

    Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq ta' saqqijiet tas-sodda.

    Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx ta' sustanzi li jniġġsu huwa parti mill-proċess ta' produzzjoni, l-użu ta' sustanzi perikolużi huwa eskluż kull meta huwa possibbli jew limitat għall-minimu neċessarju sabiex is-saqqu jingħata funzjoni adegwata u fl-istess ħin li jinżammu standards stretti ta' kwalità u ta' sikurezza. Għal dan l-għan, kondizzjonijiet ta' deroga jingħataw għal sustanzi speċifiċi/gruppi ta' sustanzi f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss, meta ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli eżistenti fis-suq, sabiex il-piż ambjentali ma jintefax fuq il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja jew impatti oħra.

    Kriterju 1. Fowm tal-lattiċe

    Nota: Il-kriterji li ġejjin jeħtieġ li jiġu ssodisfati biss jekk il-fowm tal-lattiċe jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

    1.1.   Sustanzi ristretti

    Il-konċentrazzjonijiet fil-fowm tal-lattiċe tas-sustanzi elenkati hawn taħt m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    Grupp ta' sustanzi

    Sustanza

    Valur limitu (ppm)

    Kundizzjonijiet ta' valutazzjoni u verifika

    Klorofenoli

    Fenoli mono- u di-klorurati (mlieħ u esteri)

    1

    A

    Klorofenoli oħra

    0,1

    A

    Metall tqil

    As (Arseniku)

    0,5

    B

    Cd (Kadmju)

    0,1

    B

    Co (Kobalt)

    0,5

    B

    Cr (Kromu), total

    1

    B

    Cu (Ram)

    2

    B

    Hg (Merkurju)

    0,02

    B

    Ni (Nikil)

    1

    B

    Pb (Ċomb)

    0,5

    B

    Sb (Antimonju)

    0,5

    B

    Pestiċidi (*)

    Aldrin

    0,04

    C

    o,p-DDE

    0,04

    C

    p,p-DDE

    0,04

    C

    o,p-DDD

    0,04

    C

    p,p-DDD

    0,04

    C

    o,p-DDT

    0,04

    C

    p,p-DDT

    0,04

    C

    Diażinon

    0,04

    C

    Diklorfentijon

    0,04

    C

    Diklorvos

    0,04

    C

    Dieldrina

    0,04

    C

     

    Endrina

    0,04

    C

    Ettakloru

    0,04

    C

    Ettaklorepossidu

    0,04

    C

    Eżaklorobenżen

    0,04

    C

    Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    α-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    β-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    γ-Eżakloroċikloeżan (Lindan)

    0,04

    C

    δ-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    Malatijon

    0,04

    C

    Metossikloru

    0,04

    C

    Mireks

    0,04

    C

    Paratijon-etil

    0,04

    C

    Paratijon-metil

    0,04

    C

    Sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti

    Butadjen

    1

    D

    Valutazzjoni u verifika:

    A.

    Għal klorofenoli l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Għandu jiġi mitħun kampjun ta' 5 g u l-klorofenli għandhom jiġu estratti fil-forma ta' fenol (PCP), mlieħ tas-sodju (SPP) jew esteri. L-estratti għandhom jiġu analizzati permezz ta' kromatografija tal-gass (GC). Id-detezzjoni għandha ssir bi spettrometru tal-massa jew dettettur li jaqbad l-elettroni (ECD — electron capture detector).

    B.

    Għall-metalli tqal l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-materjal tal-kampjun mitħun jiġi elwit skont l-istandard DIN 38414-S4 jew standard ekwivalenti fi proporzjon ta' 1: 10. Il-filtrat li jirriżulta għandu jingħadda minn filtru ta' membrana ta' 0,45 μm (jekk ikun hemm bżonn b'filtrazzjoni bi pressjoni). Is-soluzzjoni miksuba għandha tiġi eżaminata għall-kontenut ta' metalli tqal bi spettrometrija tal-emissjoni ottika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-OES), magħrufa wkoll bħala spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES), jew inkella bi spettromettrija b'assorbiment atomiku bl-użu ta' proċess ta' idruri jew proċess ta' fwar kiesaħ.

    C.

    Għall-pestiċidi l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja: Għandhom jiġu estratti 2 g ta' kampjun f'banju ultrasoniku b' taħlita ta' eżan/diklorometan (85/15). L-estratt jiġi mnaddaf b'aġitazzjoni f'aċetonitril jew permezz ta' adsorbiment kromatografiku fuq il-florisil. Il-kejl u l-kwantifikazzjoni jiġu ddeterminati bil-kromatografija tal-gass b'detezzjoni jew b'detettur li jaqbad l-elettroni jew bi kromatografija tal-gass u spettrometrija tal-massa flimkien. L-ittestjar għall-pestiċidi jintalab għal fowm tal-lattiċe b'kontenut ta' mill-inqas 20 % lattiċe naturali.

    D.

    Għal-Butadjen l-applikant għandu jipprovdi rapport li fih jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Wara t-tħin u l-użin tal-fowm tal-lattiċe, għandu jitwettaq il-kampjunar tal-ispazju vojt fuqani. Il-kontenut tal-butadjen għandu jiġi ddeterminat bil-kromatografija tal-gass b'detezzjoni permezz ta' jonizzazzjoni bi fjamma.

    1.2.   Emissjoni ta' komposti organiċi volatili speċifiċi (SVOCs, VOCs, VVOCs)

    Il-konċentrazzjonijiet tal-kamra tas-sustanzi rrappurtat hawn taħt, ikkalkulati permezz tal-metodu fejn tintuża kamra tal-ittestjar, ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin wara perjodu ta' 24 siegħa.

    Sustanza

    Valur limitu (mg/m3)

    1,1,1 — trikloroetan

    0,2

    4-Fenilċikloeżen

    0,02

    Disulfur tal-Karbonju

    0,02

    Formaldeid

    0,005

    Nitrosammini (**)

    0,0005

    Stiren

    0,01

    Tetrakloroetilen

    0,15

    Toluwen

    0,1

    Trikloretilen

    0,05

    Klorur tal-vinil

    0,0001

    Ċikloeżen tal-vinil

    0,002

    Idrokarburi aromatiċi (total)

    0,3

    VOCs (total)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Analiżi fil-kamra tal-ittestjar għandha titwettaq skont l-istandard EN ISO 16000-9. Il-kampjun imballat għandu jinħażen f'temperatura ambjentali għal mill-anqas 24 siegħa. Wara dan il-perjodu l-kampjun għandu jitneħħa mill-imballaġġ u jiġi trasferit immedjatament fil-kamra tal-ittestjar. Il-kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur tal-kampjun, li jippermetti aċċess għall-arja minn kull naħa. Il-fatturi klimatiċi għandhom jiġu aġġustati skont l-istandard ISO 16000-9. Għal paragun tar-riżultati tat-test ir-rata ta' ventilazzjoni speċifika taż-żona (q = n/l) għandha tkun 1; Ir-rata ta' ventilazzjoni għandha tkun bejn 0,5 u 1. It-teħid tal-kampjuni tal-arja għandu jsir 24 ± 1 siegħa wara li l-kamra tiġi kkargata għal siegħa bi skrataċ DNPH għall-analiżi ta' formaldeid u aldeidi oħra u bit-Tenax TA għall-analiżi ta' komposti organiċi volatili oħrajn. It-tul ta' żmien għall-ikkampjunar ta' komposti oħra jista' jkun itwal, madankollu ma ikun ta' aktar minn 30 siegħa.

    L-analiżi ta' formaldeid u aldeidi oħra għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-analiżi ta' komposti organiċi volatili oħrajn għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-6.

    Ittestjar skont l-istandard CEN/TS 16516 għandu jitqies ekwivalenti għal dak tas-serje ta' standards ISO 16000.

    L-analiżi tan-nitrosammini għandha ssir permezz ta' kromatografija tal-gass flimkien ma' detettur li janalizza l-enerġija termali (GC-TEA), skont il-metodu BGI 505-23 (preċedentement: ZH 1/120.23) jew ekwivalenti.

    1.3.   Kuluranti

    Jekk jintużaw kuluranti, għandu jiġi osservat il-kriterju 5.5.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi jew dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu ta' kuluranti mill-manifattur tal-fowm jew, f'każ ta' użu, dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ.

    Kriterju 2. Fowm tal-poliuretan (PUR)

    Nota: Il-kriterji li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biss jekk il-fowm PUR jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

    2.1.   Sustanzi ristretti

    Il-konċentrazzjonijiet fil-fowm PUR tas-sustanzi elenkati hawn taħt m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    Grupp ta' sustanzi

    Sustanza (akronimu, numru CAS, simbolu tal-element)

    Valur limitu

    Kundizzjonijiet ta' valutazzjoni u verifika

    Bijoċidi

    Sustanzi ristretti skont kriterju 8.1

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Metalli Tqal

    As (Arseniku)

    0,2 ppm

    B

    Cd (Kadmju)

    0,1 ppm

    B

    Co (Kobalt)

    0,5 ppm

    B

    Cr (Kromu), total

    1,0 ppm

    B

    Cr VI (Kromu VI)

    0,01 ppm

    B

    Cu (Ram)

    2,0 ppm

    B

    Hg (Merkurju)

    0,02 ppm

    B

    Ni (Nikil)

    1,0 ppm

    B

    Pb (Ċomb)

    0,2 ppm

    B

    Sb (Antimonju)

    0,5 ppm

    B

    Se (Selenju)

    0,5 ppm

    B

    Plastifikanti

    Diiso-nonilftalat (DINP, 28553-12-0)

    0,01 % w/w (somma)

    C

    Di-n-ottilftalat (DNOP, 117-84-0)

     

     

    Di (2-etileżil)-ftalat (DEHP, 117-81-7)

    Diiso-deċilftalat (DIDP, 26761-40-0)

    Butilbenżilftalat (BBP, 85-68-7)

    Dibutilftalat (DBP, 84-74-2)

    Ftalati

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    TDA u MDA

    2,4 Toluwendiammina (2,4-TDA, 95-80-7)

    5,0 ppm

    D

    4,4'-Diamminodifenilmetan

    5,0 ppm

    D

    (4,4'-MDA, 101-77-9)

     

     

    Sustanzi organiċi tal-landa

    Tributil tal-landa (TBT)

    50 ppb

    E

    Dibutil tal-landa (DBT)

    100 ppb

    E

    Monobutil tal-landa (MBT)

    100 ppb

    E

    Tetrabutil tal-landa (TeBT)

    Monoottil tal-landa (MOT)

    Diottil tal-landa (DOT)

    Triċikloeżil tal-landa (tcyt)

    Trifenil tal-landa (tpht)

    Somma

    500 ppb

    E

    Sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti

    Diossini klorurati jew bromurati jew furani

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Idrokarburi klorurati (1,1,2,2-Tetrakloroetan, Pentakloroetan, 1,1,2-Trikloroetan, 1,1-Dikloroetilin)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

     

    Fenoli klorurati (PCP, TeCP, 87-86-5)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Eżakloroċikloeżan (58-89-9)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Monometildibromu–Difenilmetan (99688-47-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Monometildikloro-Difenilmetan (81161-70-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Nitriti

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Bifenili Polibromunati (PBB, 59536-65-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Etere Pentabromudifenil (PeBDE, 32534-81-9)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Etere Ottabromudifenil (OBDE, 32536-52-0)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Bifenili Poliklorurati (PCB, 1336-36-3)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Terfenili Poliklorurati (PCT, 61788-33-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris(2,3-dibromupropil)-fosfat (TRIS, 126-72-7)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Trimetilfosfat (512-56-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris-(ażiridinil)-fosfinossidu (TEPA, 545-55-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris(2-kloroetil)-fosfat (TCEP, 115-96-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Metilfosfonat tad-Dimetil (DMMP, 756-79-6)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Valutazzjoni u verifika:

    A.

    Għall-bijoċidi, ftalati u sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi tal-fowm li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx miżjuda intenzjonalment mal-formulazzjoni tal-fowm.

    B.

    Għall-metalli tqal l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-materjal tal-kampjun mitħun jiġi elwit skont l-istandard DIN 38414-S4 jew standard ekwivalenti fi proporzjon ta' 1: 10. Il-filtrat li jirriżulta għandu jingħadda minn filtru ta' membrana ta' 0,45 μm (jekk ikun hemm bżonn b'filtrazzjoni bi pressjoni). Is-soluzzjoni miksuba għandha tiġi eżaminata għall-kontenut ta' metalli tqal bi spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES jew ICP-OES) jew bi spettrometrija tal-assorbiment atomiku bl-użu ta' proċess tal-idruri jew ta' proċess ta' fwar kiesaħ.

    C.

    għall-ammont totali ta' plastifikanti l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-kampjun għandu jkun kompożitu ta' 6 biċċiet li għandhom jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 ċm mis-superfiċi). L-estrazzjoni għandha titwettaq bid-diklorometan bl-użu ta' metodu ta' validazzjoni u segwita b'analiżi bil-kromatografija tal-gass–spettrometrija tal-massa (GC/MS) jew kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC/UV).

    D.

    Għal TDA u MDA l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-kampjun għandu jkun kompożitu ta' 6 biċċiet li għandhom jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 ċm mis-superfiċi). L-estrazzjoni għandha titwettaq b' soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ekwivalenti għal 1 %. Erba' estrazzjonijiet ripetuti tal-istess kampjun tal-fowm għandhom isiru filwaqt li jinżamm proporzjon tal-piż tal-kampjun mal-volum ta' 1:5 f'kull każ. L-estratti għandhom jingħaqdu, jiġu ffurmati għal volum magħruf, iffiltrati u analizzati minn kromatografika likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC-UV) jew HPLC-MS. Jekk HPLC-UV titwettaq u tiġi suspettata interferenza, għandha ssir analiżi mill-ġdid bi kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja–spettrometrija tal-massa (HPLC-MS).

    E.

    Għal sustanzi organiċi tal-landa l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-kampjun għandu jkun kompożitu ta' 6 biċċiet li għandhom jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 ċm mis-superfiċi). L-estrazzjoni għandha ssir għal siegħa f'banju ultrasoniku f'temperatura ambjentali. L-aġent tal-estrazzjoni għandu jkun taħlita komposta kif ġej: 1 750 ml metanol + 300 ml aċidu aċetiku + 250 ml soluzzjoni mewwieta (buffer) (pH 4,5). Is-soluzzjoni mewwieta trid tkun soluzzjoni ta' 164 g ta' aċetat tas-sodju f'1 200 ml ta' ilma u 165 ml aċidu aċetiku, li jiġu dilwiti mal-ilma għal volum ta' 2 000 ml. Wara l-estrazzjoni l-ispeċijiet tal-alkili tal-landa għandhom jiġu derivatizzati billi tiżdied soluzzjoni tat-tetraetilborat tas-sodju fit-tetraidrofuran (THF). Id-derivattiv għandu jiġi estratt b'n-eżan u l-kampjun għandu jgħaddi mit-tieni proċedura ta' estrazzjoni. Iż-żewġ estratti tal-eżan għandhom jiġu kkombinati u użati b'mod ulterjuri biex jiġu identifikati l-komposti organiċi tal-landa bil-kromatografija tal-gass bid-detezzjoni tal-massa selettiva bil-modalità SIM.

    2.2.   Emissjoni ta' komposti organiċi volatili speċifiċi (SVOCs, VOCs, VVOCs)

    Il-konċentrazzjonijiet tal-kamra tas-sustanzi rrappurtat hawn taħt, ikkalkulati permezz tal-metodu fejn tintuża kamra tal-ittestjar, ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin wara perjodu ta' 72 siegħa.

    Sustanza (Numru CAS)

    Valur limitu (mg/m3)

    Formaldeid (50-00-0)

    0,005

    Toluwen (108-88-3)

    0,1

    Stiren (100-42-5)

    0,005

    Kull kompost individwat ikklassifikat fil-kategoriji C1 A jew C1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

    0,005

    Is-somma tal-komposti individwati kklassifikati fil-kategoriji C1 A jew C1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    0,04

    Idrokarburi aromatiċi

    0,5

    VOCs (total)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-kampjun tal-fowm jitpoġġa fil-qiegħ ta' kamra tal-ittestjar tal-emissjonijiet u jiġi kkundizzjonat għal 3 ijiem f'temperatura ta' 23 °C u umdità relattiva ta' 50 %, fejn għandha tiġi applikata rata tad-tibdil tal-arja n ugwali għal 0,5 fis-siegħa u t-tgħabija L tal-kamra ugwali għal 0,4 m2/m3 (= superfiċi totali esposta tal-kampjun b'relazzjoni mad-dimensjonijiet tal-kamra mingħajr ma jiġu ssiġillati t-trufijiet u d-dahar) skont l-istandards ISO 16000-9 u ISO 16000-11. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir 72 ± 2 siegħa wara li l-kamra tiġi kkargata għal siegħa bit-Tenax TA u bi skrataċ DNPH għall-analiżi ta' VOC u formaldeid rispettivament. L-emissjonijiet ta' VOCs jiġu maqbuda fuq tubi assorbenti Tenax TA u sussegwentement jiġu analizzati permezz ta' desorbiment-termali-GC-MS skont l-istandard ISO 16000-6. Ir-riżultati huma espressi semi-kwantitattivament bħala ekwivalenti ta' toluwen. Il-komponenti individwali speċifikati kollha huma rrappurtati minn limitu ta' konċentrazzjoni ≥ 1 μg/m3. Il-valur totali tal-VOC huwa s-somma tal-komponenti kollha b'konċentrazzjoni ≥ 1μg/m3 u li jelwixxu fil-perjodu ta' ritenzjoni minn n-eżan (C6) għal n-eżadekan (C16), bit-tnejn li huma inklużi. Is-somma tal-komposti kollha individwati kklassifikati fil-kategoriji C1 A jew C1b skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija s-somma ta' dawn is-sustanzi kollha b'konċentrazzjoni ≥ 1 μg/m3. Fil-każ li r-riżultati tat-test jeċċedu l-limiti standard, jeħtieġ li ssir kwantifikazzjoni speċifika tas-sustanzi. Il-formaldeid jista' jiġi ddeterminat permezz tal-ġbir ta' arja tal-kampjun fuq skartoċċ DNPH u analiżi sussegwenti mill-HPLC/UV f'konformità mal-istandard ISO 16000-3.

    Ittestjar skont l-istandard CEN/TS 16516 għandu jitqies ekwivalenti għal dawk tas-serje ta' standards ISO 16000.

    Nota:

    Il-volum tal-kamra għandu jkun 0,5 jew 1 m3.

    Kampjun wieħed (25 cm × 20 cm × 15 cm) għandu jintuża f'kamra tal-ittestjar ta' 0,5 m3 f'pożizzjoni vertikali fuq naħa waħda miż-żewġ naħat ta' 20 cm × 15 cm.

    Żewġ kampjuni (25 cm × 20 cm × 15 cm) għandhom jintużaw f'kamra tal-ittestjar ta' 1 m3 f'pożizzjoni vertikali fuq naħa waħda miż-żewġ naħat ta' 20 cm × 15 cm, f'dan il-każ iż-żewġ kampjuni għandhom jitpoġġew fil-kamra tal-ittestjar b'distanza ta' 15 cm bejniethom.

    2.3.   Kuluranti

    Jekk jintużaw kuluranti, għandu jiġi osservat il-kriterju 5.5.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi jew dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu ta' kuluranti mill-manifattur tal-fowm jew, f'każ ta' użu, dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ.

    2.4.   It-total tal-kontenut tal-klorur ta' isoċjanati

    Jekk jintużaw isomeri mħallta ta' diisoċjanat tat-toluwen (TDI) fil-produzzjoni tal-fowm PUR, il-kontenut totali tal-kloru ta' dawn l-isoċjanati m'għandux jaqbeż 0,07 % fil-piż.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi jew dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-manifattur ta' fowm jew ir-riżultati tal-metodi ta' ittestjar imwettaq skont l-istandard ASTM D4661-93 jew ekwivalenti.

    2.5.   Aġenti tal-espansjoni

    Komposti aloġenati organiċi ma għandhomx jintużaw bħala aġenti tal-espansjoni jew bħala aġenti awżiljarji tal-espansjoni.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-fowm.

    Kriterju 3. Wajer u molol

    Nota: Ir-rekwiżiti li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biss jekk il-wire u l-molol jikkontribwixxu għal iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

    3.1.   Tneħħija tal-griż

    Jekk it-tneħħija tal-griż u/jew it-tindif tal-wajer u/jew il-molol issir b'solventi organiċi, għandu jsir użu minn sistema magħluqa tat-tindif/tneħħija tal-griż.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni korrispondenti ta' nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-wajer u/jew molol.

    3.2.   Galvanizzar

    Il-wiċċ tal-molol ma għandux ikun miksi b'kisja ta' metall galvanizzat.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni korrispondenti mingħand il-manifattur tal-wajer u/jew il-molol.

    Kriterju 4. Fibri tal-ġewż tal-Indi

    Nota: Ir-rekwiżit li ġej irid jiġi ssodisfat biss jekk il-fibri tal-ġewż tal-Indi jikkostitwixxu iktar minn 5 % tal-piż totali tas-saqqu.

    Il-kriterji għall-fowm tal-lattiċe għandhom jitqiesu jekk il-materjal tal-fibra tal-ġewż tal-Indi jiġi ggommat bil-lattiċe.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu ta' fibri tal-ġewż tal-Indi ggommati, jew ir-rapporti tat-testijiet mitluba fil-kriterju 1 għall-fowm tal-lattiċe.

    Kriterju 5. Tessuti (drappijiet u fibri użati bħala materjali għall-għata u/jew mili tas-saqqijiet)

    Noti:

    (1)

    Ir-rekwiżiti kollha (5.1 sa 5.11) għandhom jiġu osservati għall-għata tas-saqqu (jiġifieri l-kisi tal-mili).

    (2)

    Il-materjali għall-mili (jiġifieri l-padding) għandhom jirrispettaw ir-rekwiżit 5.1. Fejn jintuża s-suf bħala materjal għall-mili, ir-rekwiżiti 5.1, 5.2 u 5.8 għandhom jiġu rispettati.

    (3)

    It-tessuti kollha li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (2), huma kkunsidrati konformi awtomatikament mar-rekwiżiti 5.1, 5.2, 5.3, 5.4, 5.5, 5.6, 5.7, 5.8, 5.10 u 5.11. Madankollu, sabiex is-saqqijiet ikunu jistgħu jingħataw l-Ekotikketta tal-UE, għandu jintwera li l-kriterju 5.9 wkoll huwa ssodisfat għall-għata tas-saqqu.

    5.1.   Rekwiżiti ġenerali dwar is-sustanzi perikolużi (inklużi ritardanti tal-fjammi, bijoċidi u plastifikanti) (Applikabbiltà: it-tessuti kollha)

    It-tessuti kollha: Il-kriterji 7 (ritardanti tal-fjammi), 8 (bijoċidi), 9 (plastifikanti) u 10 (sustanzi perikolużi) għandhom ikunu osservati fit-tessuti kollha.

    All textiles: criteria 7 (flame retardants), 8 (biocides), 9 (plasticizers) and 10 (hazardous substances) shall be respected by all textiles.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba mill-kriterji (7, 8, 9 u 10) rispettivament.

    5.2.   Awżiljarji użati fi preparazzjonijiet u formulazzjonijiet (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri u l-materjali tal-mili magħmula mis-suf)

    L-għata kollha: Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu użati fil-preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet użati għall-produzzjoni tal-għata tas-saqqijiet. Il-valuri limitu għall-preżenza ta' alkofenoli u APEOs fuq l-għata għandhom jiġu osservati.

    Materjali tal-mili magħmula mis-suf: Alkofenoli u APEOs ma għandhomx jintużaw fil-preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet użati għall-produzzjoni ta' materjali tal-mili magħmula mis-suf u l-valuri limitu għall-preżenza tagħhom fil-materjal tal-mili għandhom jiġu osservati.

    Sustanza (numru CAS/Akronimu)

    Valur limitu (mg/kg)

    Kundizzjonijiet ta' valutazzjoni u verifika

    Alkofenoli:

    25 (somma)

    A

    Nonilfenol, isomeri mħallta (25154-52-3)

    4-Nonilfenol (104-40-5)

    4-Nonilfenol, ramifikat (84852-15-3)

    Ottilfenol (27193-28-8)

    4-Ottilfenol (1806-26-4)

    4-tert-Ottilfenol (140-66-9)

    Alkilfenoletossilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom

     

     

    Ottil fenol poliossietilat (9002-93-1)

    Nonil fenol poliossietilat (9016-45-9)

    P-nonil fenol poliossietilat (26027-38-3)

    bis(alkil tax-xaħam tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

    Mhux użat

    B

    Klorur tal-ammonju tad-distejaril tad-dimetil (DSDMAC)

    di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tad-dimetil tal-ammonju (DHTDMAC)

    Etilen diamminu tetra aċetat (EDTA)

    Penta aċetat dietilen triamminu (DTPA)

    4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

    1-Metil-2-pirrolidon

    Aċidu Nitrilotriaċetat (NTA)

    Valutazzjoni u verifika:

    A.

    L-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali li għandhom jitwettqu permezz ta' estrazzjoni tas-solvent segwita minn kromatografija likwida–spettrometrija tal-massa (LC-MS).

    B.

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-fornitur appoġġjata bi skedi tad-dejta ta' sigurtà għall-istadji kollha tal-produzzjoni.

    5.3.   Aġenti tensjoattivi, aġenti rattaba tad-drappijiet u aġenti kumplessanti fi proċessi fl-umdu (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    L-aġenti tensjoattivi, l-aġenti rattaba u l-aġenti kumplessanti kollha: Mill-inqas 95 %, fil-piż tal-aġenti tensjoattivi, l-aġenti rattaba u l-aġenti kumplessanti għandhom ikunu konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli f'kundizzjonijiet aerobiċi;

    (b)

    għandhom ikunu bijodegradabbli minnhom infushom jew eliminabbli f'impjanti tat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ.

    Aġenti Ttensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi: Kull aġent tensjoattiv li mhux joniku u katjoniku għandu jkun ukoll faċilment bijodegradabbli f'kundizzjonijiet anaerobiċi.

    L-aħħar reviżjoni tad-Database tal-Ingredjenti tad-Deterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għal bijodegradibilità:

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa permezz ta' skedi tad-dejta ta' sigurtà u dikjarazzjonijiet mill-fornituri.

    Għall-aġenti tensjoattivi, l-aġenti rattaba u l-aġenti kumplessanti kollha, dan għandu jiġi sostnut b'riżultati ta' testijiet tal-OECD jew ISO xierqa għal:

    Faċilment Bijodegradabbli (OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408)

    Bijodegradabbli minnhom infushom (ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C)

    Eliminabbiltà (OECD 303 A/B, ISO 11733)

    Għall-aġenti tensjoattivi li m'humiex joniċi u katjoniċi, dan għandu jiġi sostnut b'riżultati tat-testijiet tal-OECD jew ISO (ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311) xierqa.

    5.4.   Ibbliċjar tal-polpa, ħjut, drappijiet u prodotti finali (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    M'għandhomx jintużaw aġenti tal-klorur għall-ibbliċjar tal-ħjut, drappijiet jew prodotti finali għajr għall-fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem.

    Polpa użata għall-manifattura ta' fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (eż. viskuż) għandha tiġi ibbliċjata mingħajr l-użu ta' klorur elementali. L-ammont totali li jirriżulta ta' klorur u klorur marbut organikament fil-fibri lesti (OX) ma għandux jeċċedi l-150 ppm jew f'ilma tad-drenaġġ minn manifattura tal-polpa (AOX) m'għandux jeċċedi 0,170 kg/ADT.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu ta' aġenti tal-ibbliċjar klorurati mingħand il-fornitur.

    Għal fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem, l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li juri konformità mar-rekwiżit OX jew inkella AOX, bl-użu tal-metodu ta' ittestjar xieraq:

    OX: ISO 11480 (il-kombustjoni kkontrollata u mikrokulometrija).

    AOX: ISO 9562

    5.5.   Kuluranti (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-kuluranti.

    L-użu ta' kuluranti fit-tessuti kollha għandu jkun ukoll konformi mal-kriterju 10 dwar is-sustanzi perikolużi u għalhekk għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tad-deroga relatata. Il-kundizzjonijiet tad-deroga jirrelataw mal-ġestjoni ta' kuluranti fil-bini tal-għoti tal-kulur, mal-proċess tal-għoti tal-kulur u mat-tneħħija tal-kulur mill-ilma tad-drenaġġ mill-bini tal-għoti tal-kulur.

    Grupp ta' sustanzi

    Kriterju

    Valutazzjoni u verifika

    i.

    Aċċelleraturi (carriers) aloġenati

    Fejn jintużaw kuluranti f'dispersjoni, l-għoti tal-kulur aloġenat, aċċelleraturi (carriers) m'għandhomx jintużaw biex jikkuluraw fibri tal-poliester, tal-akriliku jew tal-poliammid jew drappijiet magħmula minn dawn il-fibri jew taħlitiet ta' poliester u suf (Eżempji ta' aċċelleraturi jinkludu: 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol).

    A

    ii.

    Ażokuluranti

    Ażokuluranti li jistgħu jinferqu f'ammini aromatiċi li huwa magħruf li huma karċinoġeniċi m'għandhomx jintużaw fil-fibri tal-akriliku, tal-qoton, tal-poliammid u fil-fibri tas-suf u fi drappijiet magħmulin minn dawn il-fibri. Il-valur limitu għall-kontenut ta' kull arilammina fil-prodott finali għandu jkun ta' 30 mg/kg.

    B

     

    Arilammina

    Numru CAS

     

     

    4-amminodifenil

    92-67-1

     

     

    Benżidina

    92-87-5

     

     

    4-kloro-o-toluwidina

    95-69-2

     

     

    2-naftilammina

    91-59-8

     

     

    o-ammino-azotoluwen

    97-56-3

     

     

    2-ammino-4-nitrotoluwen

    99-55-8

     

     

    p-kloroanilina

    106-47-8

     

     

    2,4-diamminoanisol

    615-05-4

     

     

    4,4'-diamminodifenilmetan

    101-77-9

     

     

    3,3'-diklorobenżidina

    91-94-1

     

     

    3,3'-dimetossibenżidina

    119-90-4

     

     

    3,3'-dimetilbenżidina

    119-93-7

     

     

    3,3′-dimetil-4,4′-Diamminodifenilmetan

    838-88-0

     

     

    p-kresidina

    120-71-8

     

     

    4,4'-metilen-bis-(2-kloroanilina)

    101-14-4

     

     

    4,4'-ossidianilina

    101-80-4

     

     

    4,4'-tijodianilina

    139-65-1

     

     

    o-toluwidina

    95-53-4

     

     

    2,4-diamminotoluwen

    95-80-7

     

     

    2,4,5-trimetilanilina

    137-17-7

     

     

    o-aniżidina (2-Metossianilina)

    90-04-0

     

     

    2,4-Ksilidina

    95-68-1

     

     

    2,6-Ksilidina

    87-62-7

     

     

    4-amminoażobenżen

    60-09-3

     

     

    Lista indikattiva ta' kuluranti ażo li jistgħu jinferqu f'arilammini tingħata f'dan li ġej.

     

     

    Kuluranti f'dispersjoni li jistgħu jinferqu f'ammini aromatiċi

     

     

    Oranġjo f'dispersjoni 60

    Isfar f'dispersjoni 7

     

     

    Oranġjo f'dispersjoni 149

    Isfar f'dispersjoni 23

     

     

    Aħmar f'dispersjoni 151

    Isfar f'dispersjoni 56

     

     

    Aħmar f'dispersjoni 221

    Isfar f'dispersjoni 218

     

     

    Kuluranti bażiċi li jistgħu jinferqu f'ammini aromatiċi

     

     

    Kannella Bażiku 4

    Aħmar Bażiku 114

     

     

    Aħmar Bażiku 42

    Isfar Bażiku 82

     

     

    Aħmar Bażiku 76

    Isfar Bażiku 103

     

     

    Aħmar Bażiku 111

     

     

     

    Kuluranti aċidużi li jistgħu jinferqu f'ammini aromatiċi

     

     

    Iswed Aċidu CI 29

    Aħmar Aċidu CI 24

    Aħmar Aċidu CI 128

     

     

    Iswed Aċidu CI 94

    Aħmar Aċidu CI 26

    Aħmar Aċidu CI 115

     

     

    Iswed Aċidu CI 131

    Aħmar Aċidu CI 26:1

    Aħmar Aċidu CI 128

     

     

    Iswed Aċidu CI 132

    Aħmar Aċidu CI 26:2

    Aħmar Aċidu CI 135

     

     

    Iswed Aċidu CI 209

    Aħmar Aċidu CI 35

    Aħmar Aċidu CI 148

     

     

    Iswed Aċidu CI 232

    Aħmar Aċidu CI 48

    Aħmar Aċidu CI 150

     

     

    Kannella Aċidu CI 415

    Aħmar Aċidu CI 73

    Aħmar Aċidu CI 158

     

     

    Oranġjo Aċidu CI 17

    Aħmar Aċidu CI 85

    Aħmar Aċidu CI 167

     

     

    Oranġjo Aċidu CI 24

    Aħmar Aċidu CI 104

    Aħmar Aċidu CI 170

     

     

    Oranġjo Aċidu CI 45

    Aħmar Aċidu CI 114

    Aħmar Aċidu CI 264

     

     

    Aħmar Aċidu CI 4

    Aħmar Aċidu CI 115

    Aħmar Aċidu CI 265

     

     

    Aħmar Aċidu CI 5

    Aħmar Aċidu CI 116

    Aħmar Aċidu CI 420

     

     

    Aħmar Aċidu CI 8

    Aħmar Aċidu CI 119: 1

    Vjola Aċidu CI 12

     

     

    Kuluranti diretti li jistgħu jinferqu f'ammini aromatiċi

     

     

    Iswed Dirett 4

    Kannella Bażiku 4

    Aħmar Dirett 13

     

     

    Iswed Dirett 29

    Kannella Dirett 6

    Aħmar Dirett 17

     

     

    Iswed Dirett 38

    Kannella Dirett 25

    Aħmar Dirett 21

     

     

    Iswed Dirett 154

    Kannella Dirett 27

    Aħmar Dirett 24

     

     

    Blu Dirett 1

    Kannella Dirett 31

    Aħmar Dirett 26

     

     

    Blu Dirett 2

    Kannella Dirett 33

    Aħmar Dirett 22

     

     

    Blu Dirett 3

    Kannella Dirett 51

    Aħmar Dirett 28

     

     

    Blu Dirett 6

    Kannella Dirett 59

    Aħmar Dirett 37

     

     

    Blu Dirett 8

    Kannella Dirett 74

    Aħmar Dirett 39

     

     

    Blu Dirett 9

    Kannella Dirett 79

    Aħmar Dirett 44

     

     

    Blu Dirett 10

    Kannella Dirett 95

    Aħmar Dirett 46

     

     

    Blu Dirett 14

    Kannella Dirett 101

    Aħmar Dirett 62

     

     

    Blu Dirett 15

    Kannella Dirett 154

    Aħmar Dirett 67

     

     

    Blu Dirett 21

    Kannella Dirett 222

    Aħmar Dirett 72

     

     

    Blu Dirett 22

    Kannella Dirett 223

    Aħmar Dirett 126

     

     

    Blu Dirett 25

    Aħdar Dirett 1

    Aħmar Dirett 168

     

     

    Blu Dirett 35

    Aħdar Dirett 6

    Aħmar Dirett 216

     

     

    Blu Dirett 76

    Aħdar Dirett 8

    Aħmar Dirett 264

     

     

    Blu Dirett 116

    Aħdar Dirett 8.1

    Vjola Dirett 1

     

     

    Blu Dirett 151

    Aħdar Dirett 85

    Vjola Dirett 4

     

     

    Blu Dirett 160

    Oranġjo Dirett 1

    Vjola Dirett 12

     

     

    Blu Dirett 173

    Oranġjo Dirett 6

    Vjola Dirett 13

     

     

    Blu Dirett 192

    Oranġjo Dirett 7

    Vjola Dirett 14

     

     

    Blu Dirett 201

    Oranġjo Dirett 8

    Vjola Dirett 21

     

     

    Blu Dirett 215

    Oranġjo Dirett 10

    Vjola Dirett 22

     

     

    Blu Dirett 295

    Oranġjo Dirett 108

    Isfar Dirett 1

     

     

    Blu Dirett 306

    Aħmar Dirett 1

    Isfar Dirett 24

     

     

    Kannella Dirett 1

    Aħmar Dirett 2

    Isfar Dirett 48

     

     

    Kannella Dirett 1:2

    Aħmar Dirett 7

     

     

     

    Kannella Dirett 2

    Aħmar Dirett 10

     

     

    iii.

    Kuluranti CMR

    Kuluranti li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni ma għandhomx jintużaw fil-fibri u d-drappijiet kollha.

    A

     

    Kuluranti li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

    Numru CAS

     

     

    C.I. Aħmar Aċidu 26

    3761-53-3

     

     

    C.I. Aħmar Bażiku 9

    569-61-9

     

     

    C.I. Vjola Bażiku 14

    632-99-5

     

     

    C.I. Iswed Dirett 38

    1937-37-7

     

     

    C.I. Blu Dirett 6

    2602-46-2

     

     

    C.I. Aħmar Dirett 28

    573-58-0

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 1

    2475-45-8

     

     

    C.I. Oranġjo f'dispersjoni 11

    82-28-0

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 3

    2832-40-8

     

    iv.

    Kuluranti li potenzjalment jissensitizzaw

    Kuluranti li potenzjalment jissensitizzaw ma għandhomx jintużaw fil-fibri tal-akriliku, tal-poliammid u tal-poliester u fi drappijiet magħmulin minn dawn il-fibri.

    A

     

    Kuluranti f'dispersjoni li huma potenzjalment sensitizzanti

    Numru CAS

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 1

    2475-45-8

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 3

    2475-46-9

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 7

    3179-90-6

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 26

    3860-63-7

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 35

    12222-75-2

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 102

    12222-97-8

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 106

    12223-01-7

     

     

    C.I. Blu f'dispersjoni 124

    61951-51-7

     

     

    C.I. Kannella f'dispersjoni 1

    23355-64-8

     

     

    C.I. Oranġjo f'dispersjoni 1

    2581-69-3

     

     

    C.I. Oranġjo f'dispersjoni 3

    730-40-5

     

     

    C.I. Oranġjo f'dispersjoni 37

    12223-33-5

     

     

    C.I. Oranġjo f'dispersjoni 76

    13301-61-6

     

     

    C.I. Aħmar f'dispersjoni 1

    2872-52-8

     

     

    C.I. Aħmar f'dispersjoni 11

    2872-48-2

     

     

    C.I. Aħmar f'dispersjoni 17

    3179-89-3

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 1

    119-15-3

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 3

    2832-40-8

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 9

    6373-73-5

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 39

    12236-29-2

     

     

    C.I. Isfar f'dispersjoni 49

    54824-37-2

     

    v.

    Kuluranti fissanti tal-kromu

    Kuluranti fissanti tal-kromu ma għandhomx jintużaw fil-fibri tal-poliammid u fibri tas-suf u fi drappijiet magħmulin minn dawn il-fibri.

    A

    vi.

    Kuluranti ta' kumpless metalliku

    Kuluranti ta' kumpless metalliku bbażati fuq ir-ram, il-kromu u n-nikil għandhom ikunu permessi biss biex jingħata l-kulur is-suf, il-poliammid jew taħlitiet ta' dawn il-fibri ma' fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (eż. viskożju).

    A

    Valutazzjoni u verifika:

    A.

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-fornitur appoġġjata bi skedi tad-dejta ta' sigurtà.

    B.

    L-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali. Il-kontenut tal-ażokuluranti fil-prodott finali għandu jiġi ttestjat skont EN 14362-1 u 14362-3. Il-valur limitu huwa 30 mg/kg għal kull arilammina. (Nota: jistgħu jkunu possibbli l-pożittivi foloz rigward il-preżenza tal-4-amminoażobenżen, u għalhekk hija rrakkommandata l-konferma).

    5.6.   Metalli li jistgħu jiġu estratti (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    Għandhom jiġu applikati l-valuri limiti li ġejjin:

    Metall

    Valuri limiti (mg/m2)

    Għata għas-saqqijiet tas-sodda tat-trabi

    Il-prodotti l-oħra kollha

    Antimonju (Sb):

    30,0

    30,0

    Arseniku (As)

    0,2

    1,0

    Kadmju (Cd)

    0,1

    0,1

    Kromu (Cr):

     

     

    Tessuti kkulurati b'kuluranti ta' kumpless metalliku

    1,0

    2,0

    It-tessuti l-oħra kollha

    0,5

    1,0

    Kobalt (Co):

     

     

    Tessuti kkulurati b'kuluranti ta' kumpless metalliku

    1,0

    4,0

    It-tessuti l-oħra kollha

    1,0

    1,0

    Ram (Cu)

    25,0

    50,0

    Ċomb (Pb)

    0,2

    1,0

    Nikil (Ni):

     

     

    Tessuti kkulurati b'kuluranti ta' kumpless metalliku

    1,0

    1,0

    It-tessuti l-oħra kollha

    0,5

    1,0

    Merkurju (Hg)

    0,02

    0,02

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali bħala verifika għall-valuri limitu. It-testijiet għandhom jiġu estratti skont l-istandard ISO-E04 (soluzzjoni tal-għaraq aċiduż) u d-detezzjoni bi spettometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-MS) jew bi spettometrija tal-emissjoni ottika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-OES, magħrufa wkoll bħala ICP-AES).

    5.7.   Repellenti tal-ilma, tbajja' u żjut (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    Trattamenti bil-fluworinati, ta' repellenti tal-ilma, tbajja' u żjut, ma għandhomx jintużaw. Dan għandu jinkludi t-trattamenti bil-karbonju perfluworinat u polifluworinat.

    Trattamenti mhux bi fluworinati għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli u mhux bijokumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż is-sediment akkwatiku. Barra minn hekk, dawn għandhom ikunu konformi mal-kriterju 10 dwar is-sustanzi perikolużi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-fornitur appoġġjata bi skedi tad-dejta ta' sigurtà u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan.

    5.8.   Skariki ta' ilma tad-drenaġġ mill-iproċessar fl-umdu (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri u l-materjali tal-mili magħmula mis-suf)

    L-iskariki tad-drenaġġ għall-ambjent m'għandhomx jeċċedu 20 g COD/kg tal-ipproċessar tat-tessuti. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal insiġ, għall-għoti tal-kulur, stampar u proċessi ta' rfinitura użati fil-manifattura tal-prodott(i). Ir-rekwiżit għandu jitkejjel f'punt wara l-impjant ta' trattament tal-ilma tad-drenaġġ ta' fuq is-sit jew f'punt wara l-impjant tat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ mhux fuq is-sit li jirċievi l-ilma tad-drenaġġ minn dawk is-siti ta' proċessar.

    Jekk l-effluwent jiġi ttrattat fuq is-sit u skarikat direttament fl-ilma tas-superfiċi, dan l-effluwent għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (i)

    pH bejn 6 u 9 (sakemm il-pH tal-ilma li jkun qed jirċievi ma jkunx 'il barra minn dawn il-limiti)

    (ii)

    Temperatura ta' anqas minn 35 oC (sakemm it-temperatura tal-ilma li jkun qed jirċievi tkun ogħla minn dan il-valur)

    Jekk it-tneħħija tal-kulur tkun meħtieġa minn kundizzjoni ta' deroga fil-kriterju 10(a), il-koeffiċjenti tal-assorbiment spettrali li ġejjin għandhom jiġu osservati:

    (i)

    7 m–1 b' 436 nm (settur isfar)

    (ii)

    5 m–1 b' 525 nm (settur aħmar)

    (iii)

    3 m–1 b' 620 nm (settur blu).

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard ISO 6060 għad-determinazzjoni ta' COD u ISO 7887 għad-determinazzjoni tal-kulur, li fihom juri l-konformità ma' dan il-kriterju fuq il-bażi ta' medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur li jiġu qabel l-applikazzjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità. Id-dejta għandha turi l-konformità mal-post tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi trattat mhux fuq is-sit, mal-operatur tat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ.

    5.9.   Reżistenza mekkanika (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    L-għata tas-saqqu għandha tikseb karatteristiċi mekkaniċi sodisfaċenti, li huma definiti mill-istandards tal-ittestjar li ġejjin:

    Proprjetà

    Rekwiżit

    Metodu tal-ittestjar

    Ir-reżistenza għat-tqattigħ

    Drappijiet minsuġin ≥ 15 N

    Drappijiet mhux minsuġin ≥ 20 N

    Drappijiet innittjati: mhux applikabbli

    ISO 13937-2 (drappijiet minsuġin)

    ISO 9073-4 (mhux minsuġin)

    Ħjata ħażina

    Drappijiet minsuġin ≥ 16-il punt: massimu 6 mm

    Drappijiet minsuġin ≥ 16-il punt: massimu 10 mm

    Drappijiet innittjati u drappijiet mhux minsuġin: mhux applikabbli

    ISO 13936-2 (taħt tagħbija ta' 60 N għad-drappijiet minsuġin kollha)

    Saħħa tensili

    Drappijiet minsuġin ≥ 350 N

    Drappijiet innittjati u drappijiet mhux minsuġin: mhux applikabbli

    ISO 13934-1

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti li jiddeskrivu r-riżultati tat-testijiet imwettqa skont l-istandard ISO 13937-2 jew ISO 9073-4 għar-reżistenza għat-tqattigħ, ISO 13936-2 (taħt tagħbija ta' 60 N) għal ħjata ħażina u ISO 13934-1 għas-saħħa tensili.

    5.10.   Durabbiltà tal-funzjoni tar-ritardant tal-fjammi (Applikabbiltà: għata magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    L-għata li tista' titneħħa u li tinħasel għandha żżomm il-funzjonalità tagħha wara 50 ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b'minimu ta' 75 oC. L-għata li mhijiex maħsuba biex titneħħa u tinħasel għandha żżomm il-funzjonalità tagħha wara test tal-ħasil.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet imwettqa skont l-istandards li ġejjin, kif xieraq:

    ISO 6330 flimkien ma' ISO 12138 għal ċikli tal-ħasil domestiċi u ISO 10528 għal ċikli f'laundries industrijali f'każ ta' għata li tista' titneħħa u li tinħasel.

    BS 5651 jew ekwivalenti fil-każ li l-għata mhijiex maħsuba biex titneħħa u tinħasel.

    5.11.   (Applikabbiltà: għata li titneħħa magħmula minn kwalunkwe tip ta' fibri)

    Għal għata tas-saqqijiet li jistgħu jitneħħew u jinħaslu, il-bidliet dimensjonali wara l-ħasla u t-tnixxif f'temperaturi u kundizzjonijiet tal-ħasil domestiċi jew industrijali ma jistgħux jeċċedu:

    Drappijiet minsuġin: ± 3 %

    Drappijiet mhux minsuġin: ± 5 %

    Dan il-kriterju ma japplikax għal drappijiet li mhumiex promossi bħala “li jinħaslu”.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta' testijiet li jirreferu għal standards xierqa. ISO 6330 flimkien ma' EN 25077 għandu jintuża bħala metodu ta' ittestjar. Sakemm fuq l-għata m'hemmx iddikjarat mod ieħor, il-kundizzjonijiet ta' inadempjenza għandhom ikunu ħasil 3 A (60 °C), tnixxif C (jitqiegħed f'pożizzjoni ċatta biex jitnixxef) u mogħdija skont il-kompożizzjoni tad-drapp.

    Kriterju 6. Kolla u adeżivi

    Il-kolla li fiha solventi organiċi ma għandhiex tintuża. Kolla u adeżivi li jintużaw għall-immuntar tal-prodott għandhom ikunu konformi wkoll mal-kriterju 10 dwar is-sustanzi perikolużi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu jew dikjarazzjoni mill-fornituri flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan.

    Kriterju 7. Ir-ritardanti tal-fjammi

    Ir-ritardanti tal-fjammi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment mal-prodott, kwalukwe oġġett li jappartjeni għalih u kwalunkwe parti omoġenja tiegħu:

    Isem

    Numru CAS

    Akronimu

    Dekabromudifeniletere

    1163-19-5

    decaBDE

    Eżabromuċiklododekan

    25637-99-4

    HBCD/HBCDD

    Ottabromudifeniletere

    32536-52-0

    ottaBDE

    Pentabromudifeniletere

    32534-81-9

    pentaBDE

    Bifenili Polibrominati

    59536-65-1

    PBBs

    Paraffini klorurati ta' katina asira (C10-C13)

    85535-84-8

    SCCP

    Fosfat ta' tris-(2,3-dibromupropil)

    126-72-7

    TRIS

    Fosfat ta' tris-(2-kloroetil)

    115-96-8

    TCEP

    Tris-(ażidrinil)-fosfinossidu

    545-55-1

    TEPA

    L-użu ta' kwalunkwe tip ta' ritardant tal-fjammi għandu jkun konformi mal-kriterju 10 dwar sustanzi perikolużi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi u għandu jgiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu li tikkonferma li r-ritardanti tal-fjammi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott, kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih u kwalunkwe parti omoġenja tiegħu. Lista ta' sustanzi miżjuda biex ittejjeb il-proprjetajiet tar-ritardant tal-fjammi għandha wkoll tiġi pprovduta, inkluż il-konċentrazzjonijiet u dikjarazzjonijiet relatati H/il-frażijiet R, u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan.

    Kriterju 8. Bijoċidi

    8.1.   Produzzjoni

    L-użu ta' kwalunkwe sustanza attiva bijoċidali fil-prodott għandha tiġi awtorizzata skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (lista disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/biocides/annexi_and_ia.htm) u għandha tkun konformi mal-kriterju 10 dwar sustanzi perikolużi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi jew dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' użu jew evidenza li l-użu ta' bijoċidi huwa awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Lista ta' prodotti bijoċidali miżjuda mal-prodott għandha tiġi pprovduta wkoll, fejn tinkludi l-konċentrazzjonijiet u dikjarazzjonijiet relatati H/il-frażijiet R, u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan.

    8.2.   Transportazzjoni

    Klorofenoli (l-imlieħ u l-esteri tagħhom), poliklorobifenil (PCB), komposti organiċi tal-landa (inkluż TBT, TPhT, DBT u DOT) u dimetilfumarat (DMFu) m'għandhomx jintużaw matul it-trasport jew il-ħażna tal-prodott, ta' kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih u ta' kwalunkwe parti omoġenja tiegħu.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi u għandu jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu, kif xieraq, li tikkonferma li s-sustanzi elenkati ma ġewx użati matul it-trasportazzjoni jew il-ħażna tal-prodott, ta' kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih u ta' kwalunkwe parti omoġenja tiegħu. Lista ta' prodotti bijoċidali miżjuda mal-prodott għandha tiġi pprovduta wkoll, fejn tinjludi l-konċentrazzjonijiet u dikjarazzjonijiet relatati H/il-frażijiet R, u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan.

    Kriterju 9. Plastifikanti

    Il-plastifikanti li ġejjin m'għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment mal-prodott, ma' kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih u ma' kwalunkwe parti omoġenja tiegħu:

    Isem

    Numru CAS

    Akronimu

    Diiso-nonilftalat (***)

    28553-12-0; 68515-48-0

    DINP

    Di-n-ottilftalat

    117-84-0

    DNOP

    Di(2-etileżil)-ftalat

    117-81-7

    DEHP

    Diisodeċilftalat (***)

    26761-40-0; 68515-49-1

    DIDP

    Butilbenżilftalat

    85-68-7

    BBP

    Dibutilftalat

    84-74-2

    DBP

    Di-iso-butilftalat

    84-69-5

    DIBP

    Alkilftaliti di-C6-8-ramifikati

    71888-89-6

    DIHP

    Alkilftalati di-C7-11-ramifikati

    68515-42-4

    DHNUP

    Di-n-eżilftalat

    84-75-3

    DHP

    Di-(2-metossietil)-ftalat

    117-82-8

    DMEP

    Is-somma tal-plastifikanti pprojbiti għandha tkun aktar baxxa minn 0,10 % fil-piż. L-użu ta' kwalunkwe plastifikant għandu jkun konformi mal-kriterju 10 dwar sustanzi perikolużi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi u għandu jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu, li tikkonferma li s-sustanzi elenkati ma ġewx użati fil-prodott, fi kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih u fi kwalunkwe parti omoġenja tiegħu. L-iskedi tad-dejta ta' sigurtà għall-formulazzjoni ta' polimeri jistgħu jiġu mitluba jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott. Għandha tingħata lista ta' plastifikanti miżjuda mal-prodott, li tinkludi l-konċentrazzjonijiet u dikjarazzjonijiet relatati H/il-frażijiet R, u l-konformità mal-kriterju 10 għandha tintwera skont dan. Verifika addizzjonali għall-kontenut totali ta' ftalati tista' tkun meħtieġa konformi mal-istandard ISO 14389 meta l-kwalità tal-informazzjoni hija meqjusa bħala insuffiċjenti.

    Kriterju 10. Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

    (a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

    L-Ekotikketta tal-UE tista' ma tingħatax jekk il-prodott jew kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew kwalunkwe parti omoġenja tiegħu ikun fihom sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji tal-klassifikazzjoni mad-dikjarazzjonijiet perikolużi jew il-frażijiet ta' riskju speċifikati fit-tabella hawn taħt, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (5), jew ikun fih sustanza jew taħlita imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sakemm ma tkunx ingħatat deroga speċifika.

    Ir-regoli l-aktar riċenti tal-klassifikazzjoni adottati mill-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet ta' periklu u frażijiet ta' riskju elenkati. L-applikanti għandhom għalhekk jiżguraw li kull klassifikazzjoni hija bbażata fuq ir-regoli l-aktar riċenti ta' klassifikazzjoni.

    Id-dikjarazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet tar-riskju fit-tabella hawn taħt ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Iżda meta ma tkunx tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet.

    L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-perikli identifikati ma japplikawx aktar, huma eżentati mir-rekwiżiti ta' hawn fuq. Dan għandu jinkludi pereżempju polimeri u monomeri jew addittivi modifikati li jintrabtu b'mod kovalenti ġo kisi tal-plastik.

    Dikjarazzjoni ta' Periklu (1)

    Frażi ta' Riskju (2)

    H300 Fatali jekk jinbela'

    R28

    H301 Tossiku jekk jinbela'

    R25

    H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

    R65

    H310: Fatali jekk imiss mal-ġilda

    R27

    H311: Tossiku jekk imiss mal-ġilda

    R24

    H330: Fatali jekk jiġi inalat

    R23/26

    H331: Tossiku jekk jiġi inalat

    R23

    H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi

    R46

    H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

    R68

    H350 Jista' jikkawża l-kanċer

    R45

    H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jiġi inalat

    R49

    H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

    R40

    H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità

    R60

    H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R61

    H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx.

    R60/61/60-61

    H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R60/63

    H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

    R61/62

    H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

    R62

    H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R63

    H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R62-63

    H362 Jista' jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

    R64

    H370 Jikkawża ħsara lill-organi

    R39/23/24/25/26/27/28

    H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi

    R68/20/21/22

    H372 Jikkawża ħsara lill-organi

    R48/25/24/23

    H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi

    R48/20/21/22

    H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

    R50

    H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal żmien twil

    R50-53

    H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal żmien twil

    R51-53

    H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal żmien twil

    R52-53

    H413 Jista' jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

    R53

    EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

    R59

    EUH029 Meta jiġi f'kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

    R29

    EUH031 Meta jiġi f'kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku

    R31

    EUH032 Meta jiġi f'kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku ħafna

    R32

    EUH070 Tossiku meta jiġi f'kuntatt mal-għajnejn

    R39-41

    H317 (sottokategorija 1 A): Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 0,1 % w/w) (3)

    R43

    H317 (sottokategorija 1B): Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 1,0 % w/w) (3)

    H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet fin-nifs jekk jiġi inalat

    R42

    B'konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 is-sustanzi li ġejjin huma dderogati speċifikament mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kriterju 10(a) u skont il-kundizzjonijiet tad-deroga stabbiliti hawn taħt. Għal kull sustanza l-kundizzjonijiet tad-deroga kollha għandhom jiġu ssodisfati għall-klassifikazzjonijiet ta' perikli speċifikati.

    Sustanzi/Gruppi ta' Sustanzi

    Klassifikazzjoni derogata

    Kundizzjonijiet tad-deroga

    Triossidu tal-antimonju — ATO

    H351

    ATO għandu jintuża bħala katalist fil-poliester jew bħala sinerġist tar-ritardant tal-fjammi f'tessuti għall-kisi tan-naħa ta' wara tagħhom.

    L-emissjonijiet fl-arja fuq il-post tax-xogħol fejn jiġi applikat l-ATO għandhom jissodisfaw valur limitu ta' esponiment okkupazzjonali ta' tmien sigħat ekwivalenti għal 0,5 mg/m3.

    Nikil

    H317, H351, H372

    In-nikil għandu jkun preżenti fl-azzar inossidabbli.

    Kuluranti għal għoti ta' kulur u stampar li ma fihx pigment fit-tessuti.

    H301, H311, H331, H317, H334

    Formulazzjonijiet ta' kuluranti li ma fihomx trab jew iddożar awtomatiku u tqassim ta' kuluranti għandhom jintużaw fil-bini tal-għoti tal-kulur u mill-istampaturi biex jimminimizzaw l-esponiment tal-ħaddiem.

     

    H411, H412, H413

    L-użu ta' kuluranti reattivi, diretti, tal-bittija u magħmulin mis-sulfat ma' dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Jintużaw kuluranti b'affinità għolja;

    Tintuża strumentazzjoni għat-tqabbil tal-kuluri;

    Jintużaw Proċeduri ta' Operazzjoni Standard għall-proċess tal-għoti tal-kulur;

    Tintuża t-tneħħija tal-kulur fit-trattament tal-ilma tad-drenaġġ (ara l-kriterju 5.8).

    Jintużaw proċessi tal-għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni;

    Jintużaw proċessi ta' stampar diġitali permezz tal-injezzjoni tal-linka;

    L-użu ta' għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni u/jew stampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet.

    Ritardanti tal-fjammi użati f'tessuti

    H317 (1B), H373, H411, H412, H413

    Il-prodott għandu jiġi mfassal b'mod li jissodisfa r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nar fl-istandards u r-regolamenti tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tal-akkwist tas-settur pubbliku.

    Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti marbuta mad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-kriterju 5.10)

    Imbjankaturi ottiċi (sustanzi ottiċi li jagħtu dawl abjad)

    H411, H412, H413

    L-imbjankaturi ottiċi għandhom jiġu applikati biss bħala addittivi matul il-produzzjoni ta' fibri tal-akriliku, tal-poliammid u tal-poliester.

    Repellenti tal-ilma, il-ħmieġ u t-tbajja.

    H413

    Ir-repellent u l-prodotti tad-degradazzjoni tiegħu għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli u mhux bijokumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż is-sediment akkwatiku.

    Awżiljarji użati f'tessuti (li jinkludu: Aċċelleraturi, Aġenti li jillivellaw, Aġenti f'dispersjoni, Aġenti tensjoattivi, Aġenti li jħaxxnu, Aġenti li jorbtu)

    H301, H371, H373, H334, H411, H412, H413, EUH070

    Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' ddożar awtomatiku u l-proċessi għandhom isegwu Proċeduri Operattivi Standard.

    H311, H331, H317 (1B)

    Awżiljarji residwi hekk ikklassifikati m'għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % w/w fuq il-prodott finali.

    Kolla u adeżivi

    H304, H341, H362, H371, H373, H400, H410, H411, H412, H413, EUH059, EUH029, EUH031, EUH032, EUH070, H317, H334

    Il-kolla u l-adeżivi għandhom jirrispettaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kriterju 6.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, inkluża lista bl-oġġetti kollha u kull parti omoġenja tagħhom.

    L-applikant għandu jiskrinja l-preżenza ta' sustanzi u taħlitiet li jistgħu jiġu kklassifikati mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew frażijiet ta' riskju rrappurtati hawn fuq fil-kriterju. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżit 10(a) għall-prodott, kwalunkwe oġġett li jappartjeni għalih jew kwalunkwe parti omoġenja tiegħu.

    L-applikanti għandhom jagħżlu forom xierqa ta' verifika. Il-forom prinċipali ta' verifika huma previsti kif ġej:

    L-oġġetti manifatturati skont formulazzjoni kimika speċifika (eż. fowm tal-lattiċe u fowm PUR): L-Iskedi tad-Dejta ta' Sigurtà għandhom jiġu pprovduti għall-oġġett finali jew għas-sustanzi u t-taħlitiet li jiffurmaw l-oġġett finali 'l fuq minn limitu ta' qtugħ ta' 0,10 % w/w.

    Partijiet omoġenji u kwalunkwe trattament jew impurità assoċjata (eż. plastik u partijiet tal-metall): L-Iskedi tad-Dejta ta' Sigurtà għandhom jiġu pprovduti għall-materjali li jiffurmaw dik il-parti tal-prodott u għal sustanzi u taħlitiet użati fil-formulazzjoni u t-trattament tal-materjali li jifdal fl-aħħar parti li hija 'l fuq mil-limitu ta' qtugħ ta' 0,10 % w/w.

    Riċetti kimiċi użati biex jagħtu funzjoni speċifika lill-prodott jew lill-komponenti tat-tessut tal-prodott (eż. kolla u adeżivi, ritardanti tal-fjammi, bijoċidi, plastifikanti, kuluranti): Għandhom jiġu pprovduti Skedi tad-Dejta ta' Sigurtà għal sustanzi u taħlitiet użati fl-immuntar tal-prodott finali jew sustanzi u taħlitiet applikati għal komponenti tat-tessut matul il-produzzjoni, l-għoti tal-kulur, stampar u proċessi ta' rfinitura u li jibqgħu fil-komponenti tat-tessut.

    Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi dokumentazzjoni relatata bħalma huma dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri, dwar in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanzi, it-taħlitiet jew materjali ma' kwalunkwe klassi ta' perikolu assoċjata mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew frażi tar-riskju msemmija fil-lista ta' hawn fuq skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista' jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    L-informazzjoni pprovduta għandha tkun relatata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet użati fil-prodott finali.

    L-informazzjoni teknika li ġejja għandha tingħata biex issostni d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni għal kull sustanza u taħlita:

    (i)

    Għal sustanzi li ma ġewx irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew li s'issa għad m'għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament;

    (ii)

    Għal sustanzi li ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni REACH li tikkonferma l-istatus ta' nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanza;

    (iii)

    Għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati. Skedi tad-Dejta ta' Sigurtà fejn disponibbli. Jekk dawn mhumiex disponibbli jew is-sustanza hija awtoklassifikata, għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni ta' sustanzi perikolużi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

    (iv)

    Fil-każ ta' taħlitiet: Skedi tad-Dejta ta' Sigurtà fejn disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandha tiġi pprovduta kalkolazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 flimkien ma' informazzjoni relevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikolu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    L-Iskedi tad-Dejta ta' Sigurtà (SDS) għandhom jimtlew skont il-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kumpilazzjoni ta' Skedi tad-Dejta ta' Sigurtà). SDS mhux kompluta għandha bżonn tiġi ssupplimentata b'informazzjoni minn dikjarazzjonijiet minn fornituri tal-kimika.

    It-tagħrif dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanzi jista' jiġi ġġenerat mod ieħor flok b'testijiet, ngħidu aħna bl-użu ta' metodi alternattivi bħal in vitro, mudelli ta' attività bi struttura kwantitattiva, jew bl-użu ta' ggruppar jew read-across, skont l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.

    Fejn sustanzi użati huma dderogati, f'dak il-każ id-dikjarazzjoni għandha speċifikament tidentifika dawk is-sustanzi derogati u tipprovdi l-evidenza ta' sostenn li turi kif il-kundizzjonijiet tad-deroga jiġu ssodisfati.

    (b)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

    M'għandha tingħata l-ebda deroga għall-esklużjoni mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fejn jikkonċerna sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta jkunu preżenti fit-taħlitiet, f'oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja tal-prodott f'konċentrazzjonijiet > 0,10 % fil-piż.

    Valutazzjoni u verifika: għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 10(b), flimkien ma' dokumentazzjoni relatata, inklużi d-dikjarazzjonijiet tal-konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjali u kopji tal-Iskedi tad-Dejta ta' Sigurtà relevanti għal sustanzi jew taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta ta' Sigurtà skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi u taħlitiet.

    Kriterju 11. Emissjoni ta' komposti organiċi volatili speċifiċi (SVOCs, VOCs, VVOCs) mis-saqqu

    Il-kontribuzzjoni ta' saqqijiet għal kontenut ta' VOC tal-arja ta' ġewwa m'għandux jeċċedi l-valuri finali rrappurtat hawn taħt, għal perjodu ta' 7 ijiem jew, alternattivament, 28 ġurnata.

    Il-valuri huma kalkulati bil-metodu fejn tintuża kamra tal-ittestjar għall-emissjonijiet b'referenza għal Kamra ta' Referenza Ewropea, b'analoġija mal-proċedura speċifikata fil-“Health-related Evaluation Procedure for Volatile Organic Compounds Emissions from Building Products” żviluppata mill-AgBB (il-verżjoni tal-2012 disponibbli fuq http://www.umweltbundesamt.de/sites/default/files/medien/377/dokumente/agbb_evaluation_scheme_2012.pdf)

    Sustanza

    Valur finali

    Is-7 jum

    Valur finali

    It-28 jum

    Formaldeide

    < 0,06 mg/m3

    < 0,06 mg/m3

    Aldeidi oħrajn

    < 0,06 mg/m3

    < 0,06 mg/m3

    VOCs (total)

    < 0,5 mg/m3

    < 0,2 mg/m3

    SVOCs (total)

    < 0,1 mg/m3

    < 0,04 mg/m3

    Kull kompost identifikat ikklassifikat fil-kategoriji C1 A jew C1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    < 0,001 mg/m3

    < 0,001 mg/m3

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jwettaq analiżi fil-kamra tal-ittestjar skont l-istandard EN ISO 16000-9. L-analiżi tal-formaldeid u aldeidi oħra għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-3; l-analiżi ta' VOCs u SVOCs għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-6. Ittestjar skont l-istandard CEN/TS 16516 għandu jitqies ekwivalenti għal dawk tas-serje ta' standards ISO 16000.

    Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu kkalkulati għar-rata ta' ventilazzjoni speċifika taż-żona “Q” = 0,5 m3/m2h, li tikkorrispondi għal fattur ta' tagħbija “L” ta' 1 m2/m3 u rata ta' tibdil tal-arja “n” ta' 0,5 fis-siegħa. F'dawn il-każijiet kollha, is-superfiċi totali tas-superfiċi kollha (in-naħa ta' fuq u ta' taħt u l-ġnub) tas-saqqu tiddetermina l-erja użata għall-kalkolu tal-fattur tat-tagħbija. It-test għandu jitwettaq fuq saqqu kollu kemm hu. Jekk għal xi raġuni dan ma jkunx possibbli, tista' tiġi applikata kwalunkwe waħda mill-proċeduri alternattivi ta' ttestjar segwenti:

    1.

    It-twettiq tat-test fuq kampjun rappreżentattiv tas-saqqu (jiġifieri nofs, kwart jew wieħed minn tmienja); il-ġnub maqtugħa għandhom jingħalqu b'mezzi xierqa b'mod li ma tistax tidħol l-arja. Sabiex tingħata stima konservattiva tal-valuri ta' konċentrazzjoni mistennija mis-saqqu kollu kemm hu, il-konċentrazzjonijiet irreġistrati bil-kampjun għandhom mkabbra bil-volum (i.e. il-valuri tal-emissjonijiet għandhom jiġu mmultiplikati b'fattur ta' 2, 4 jew 8);

    2.

    It-twettiq tat-test għal kull element separat li jifforma parti mis-saqqu. Sabiex tingħata stima konservattiva tal-valuri ta' konċentrazzjoni mistennija mis-saqqu kollu kemm hu, il-kontribuzzjonijiet irreġistrati b'komponenti waħdiena għandhom jiġu kkombinati bl-użu ta' din il-formola CM= S wi × Ci; fejn:

    “CM” (μg × m–3) hija l-kontribuzzjoni globali mis-saqqu kollu kemm hu;

    “Ci” (μg × m–3 × kgi –1) hija l-kontribuzzjoni ta' kull unità ta' massa mogħtija minn kull element “i” li jifforma parti mis-saqqu;

    “wi”(kgi) huwa l-piż tal-element “i” fis-saqqu kollu kemm hu.

    L-emissjonijiet tal-elementi kollha tas-saqqu għandhom jiġu magħduda mingħajr ma jitqiesu kwalunkwe assorbimenti jew effetti li jxekklu (approċċ tal-agħar xenarju possibbli).

    Kriterju 12. Prestazzjoni teknika

    12.1.   Kwalità

    Is-saqqijiet għandhom ikunu ddisinjati b'mod li fis-suq jitqiegħed prodott ta' kwalità li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumatur.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport li jiddeskrivi l-approċċ li ntuża u l-azzjonijiet meħuda sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott, l-issodisfar tal-karatteristiċi speċifiċi funzjonali u l-konformità mar-rekwiżiti tal-benessri termoigrometrika. L-aspetti segwenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni: riċerka u żvilupp, għażla ta' materjali, proċeduri ta' ttestjar intern u ta' verifika għat-turija tal-issodisfar tal-karatteristiċi funzjonali u l-konformità mar-rekwiżiti tal-benessri termoigrometrika.

    12.2.   Durabbiltà

    Is-saqqijiet għandu jkun fihom il-karatteristiċi funzjonali li ġejjin:

    Tnaqqis fl-għoli: < 15 %

    Tnaqqis fil-fermezza: < 20 %

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport ta' test li jiddeskrivi r-riżultati miksuba permezz tal-metodu tal-ittestjar EN 1957. In-nuqqas fl-għoli u fil-fermezza jirreferu għad-differenza bejn il-kejl li jkun sar inizjalment (f'100 ċiklu) u wara li jitlesta (30 000 ċiklu) t-test tad-durabbiltà.

    12.3.   Garanzija

    Lista ta' rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jintuża, jinżamm u jintrema s-saqqu għandha tiġi rrapportata fid-dokumentazzjoni tal-garanzija. Il-garanzija għas-saqqijiet għandha tkun valida għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin. Din il-preskrizzjoni mhijiex meħtieġa għal saqqijiet tas-sodda tat-trabi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tiċċertifika l-implimentazzjoni tal-iskema ta' garanzija.

    Kriterju 13. Disinn għaż-żarmar u rkupru ta' materjali

    Il-manifattur għandu juri li s-saqqu jista' jiżżarma għall-iskopijiet li ġejjin:

    biex isirlu xogħol ta' tiswija u sostituzzjoni ta' partijiet mherrija;

    biex jiġu mtejba partijiet aktar antiki jew partijiet skaduti,

    biex jiġu sseparati l-partijiet u l-materjali għar-riċiklazzjoni potenzjali tagħhom.

    Valutazzjoni u verifika: mal-applikazzjoni għandu jiġi ppreżentat rapport li jispjega fid-dettall kif is-saqqu għandu jiġi żarmat u kif għandu jsir ir-rimi eventwali ta' kull parti. Pereżempju, l-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jiffaċilitaw iż-żarmar tas-saqqu: għandha tingħata preferenza lill-ħjata u mhux lill-applikazzjoni tal-kolla; l-użu ta' għata li tista' titneħħa faċilment; l-użu ta' materjali waħdiena u riċiklabbli għall-kull parti omoġena.

    Kriterju 14. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    L-Ekotikketta tal-UE tista' tiġi applikata kemm fuq l-imballaġġ u fuq il-prodott. Jekk tintuża t-tikketta opzjonali b'kaxxa għat-test, din għandu jkun fiha t-test li ġej:

    “Prodott ta' kwalità għolja li jservi għal żmien twil”

    “Sustanzi perikolużi ristretti”

    “Tniġġis tal-arja ta' ġewwa mnaqqas”

    Barra minn hekk għandu jidher it-test li ġej:

    “Għal iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li dan il-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, jekk jogħġbok żur http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità u evidenza viżwali.

    Kriterju 15. Informazzjoni addizzjonali għall-konsumaturi

    L-applikant għandu jipprovdi lill-konsumaturi f'format bil-miktub jew awdjoviżiv b'lista ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-użu, iż-żamma u r-rimi tas-saqqu.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità u evidenza viżwali.


    (*)  Biss għal fowm kompost minn lattiċe naturali għal mill-inqas 20 % fil-piż.

    (**)  N-nitrosodimetilammina (NDMA), N-nitrosodietilammina (NDEA), N-nitrosometiletilammina (NMEA), N-nitrosodi-i-propilammina (NDIPA), N-nitrosodi-n-propilammina (NDPA), N-nitrosodi-n-butilammina (NDBA), N-nitrosopirrolidinon (NPYR), N-nitrosopiperidina (NPIP), N-nitrosomorfolina (NMOR).

    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).

    (3)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (***)  biss għal saqqijiet tas-sodda tat-trabi.

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

    (1)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (2)  Skont id-Direttova 67/548/KEE u d-Direttivi 2006/121/KE u 1999/45/KE.

    (3)  Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1).


    Top