Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0326

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/326/PESK tat- 28 ta' Jannar 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

ĠU L 166, 5.6.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/326/oj

Related international agreement

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/326/PESK

tat-28 ta' Jannar 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost milli jkunu definiti każ b'każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fit-13 ta' Novembru 2012 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozja Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim. (1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top