EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0228

2014/228/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina

ĠU L 125, 26.4.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/228/oj

Related international agreement

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina

(2014/228/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jinfetħu negozjati mal-Ukraina għal Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS).

(2)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2005, il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-1 ta' Diċembru 2005.

(3)

Il-Ftehim jippermetti kooperazzjoni eqreb mal-Ukraina fil-qasam tan-navigazzjoni bis-satellita. Dan se jimplimenta għadd ta' elementi tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1), u jagħmel din in-notifika:

“Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ jew għall-‘Komunità’ fit-test tal-Ftehim iridu jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’ jew ‘l-Unjoni’”.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-GNSS u fil-Gruppi Tekniċi Konġunti ta' Ħidma, kif inhu msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mingħand il-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

D. PAVALKIS


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top