EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0227

2014/227/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta' April 2014 dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 124, 25.4.2014, p. 27–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/227/oj

25.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' April 2014

dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/227/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Għal għadd ta' taħlitiet ta' tipi ta' sustanzi/prodotti inklużi f'dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta' analiżi, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll b'mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta' kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta' parteċipanti għal uħud mis-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut jew irtiraw.

(5)

Skont l-Artikoli 12(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati għalhekk ma għandhomx jiġu approvati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012/KE.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu approvati għat-tipi ta' prodotti indikati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Sustanzi u tipi ta' prodotti li ma għandhomx jiġu approvati

Isem

Numru KE

Numru CAS

Tip ta' Prodott

Stat Membru Rapporteur

Bis(1-ċikloeżil-1,2-di(idrossi-.kappa.O)diażenjumatu(2-))-ram

312600-89-8

7

AT

Bis(1-ċikloeżil-1,2-di(idrossi-.kappa.O)diażenjumatu(2-))-ram

312600-89-8

9

AT

Bis(1-ċikloeżil-1,2-di(idrossi-.kappa.O)diażenjumatu(2-))-ram

312600-89-8

10

AT

Aċidu nonanojku

203-931-2

112-05-0

10

AT

Glutaral

203-856-5

111-30-8

1

FI

Glutaral

203-856-5

111-30-8

13

FI

Ossidu tad-di-fidda

243-957-1

20667-12-3

11

SE

4,4-dimetilossażolidina

257-048-2

51200-87-4

6

UK

4,4-dimetilossażolidina

257-048-2

51200-87-4

12

UK

4,4-dimetilossażolidina

257-048-2

51200-87-4

13

UK

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

3

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

6

HU

Polimer ta' formaldeid u akrolein

Polimer

26781-23-7

3

HU

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

3

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

4

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

5

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

13

SE

Estratt tal-arżnu (Pine ext.)

304-455-9

94266-48-5

10

LV

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

2

DK

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

7

DK

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

9

DK

2-Fenossietanol

204-589-7

122-99-6

3

UK


Top