EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0218

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2014 li tmeneda l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja

ĠU L 113, 16.4.2014, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/218/oj

16.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' April 2014

li tmeneda l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja

(2014/218/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 81(3), flimkien mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/432/UE (2) fiha d-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (“il-Konvenzjoni”), skont l-Artikolu 63 tagħha.

(2)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/432/UE tindika ir-riżerva li għandha ssir mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 62 tagħha.

(3)

L-Anness III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE jindika r-riżerva li għandha ssir mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni, skont l-Artikolu 63 tagħha.

(4)

Huwa neċessarju li l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE jiġu emendati qabel ma l-Unjoni tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni tal-Konvenzjoni minħabba l-adeżjoni tal-Unjoni tal-Kroazja fl-1 ta' Lulju 2013 u minħabba n-notifiki minn xi Stati Membri dwar emendi għar-riżerva u dikjarazzjonijiet dwarhom.

(5)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/432/UE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(2)

L-Anness II jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni;

(3)

L-Anness III jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Opinjoni tas-17 ta' April 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 39).


ANNESS I

“ANNESS I

Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat- 23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 63 tal-Konvenzjoni

A.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 59(3) TAL-KONVENZJONI RIGWARD IL-KOMPETENZA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-MATERJI RREGOLATI MILL-KONVENZJONI

1.

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija teżerċita kompetenza fil-materji kollha rregolati mill-Konvenzjoni. L-Istati Membri tagħha ser ikunu marbuta bil-Konvenzjoni b'riżultat tal-approvazzjoni tagħha mill-Unjoni Ewropea.

2.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq.

3.

Madanakollu, din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarka, f'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Din id-dikjarazzjoni mhix applikabbli għal territorji tal-Istati Membri fejn ma japplikax it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 355 ta' dak it-Trattat) u hija mingħajr preġudizzju għal atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati taħt il-Konvenzjoni mill-Istati Membri kkonċernati f'isem u fl-interess ta' dawn it-territorji.

5.

L-applikazzjoni tal-Konvenzjoni f'kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali ser tkun ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet Ċentrali ta' kull Stat Membru individwali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, kull meta Awtorità Ċentrali ta' Stat Kontraenti teħtieġ li tikkuntattja Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, hija għandha tikkuntattja direttament lill-Awtorità Ċentrali kkonċernata. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jekk iqisu dan opportun, ser jattendu wkoll għal kull Kummissjoni Speċjali li x'aktarx tkun inkarigata ssegwi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni.

B.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(3) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija ser testendi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta' manteniment tal-konjuġi.”


ANNESS II

“ANNESS II

Riżerva tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 62 tagħha

L-Unjoni Ewropea tagħmel ir-riżerva li ġejja prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni:

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq joġġezzjonaw għall-użu tal-Franċiż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.

Ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu joġġezzjonaw għall-użu tal-Ingliż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.”


ANNESS III

“ANNESS III

Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 63 tagħha

1.   DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(1)(g) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, fl-Istati Membri elenkati hawn taħt, applikazzjoni, ħlief għal applikazzjoni li ssir skont l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a) tal-Konvenzjoni, għandha tinkludi l-informazzjoni jew id-dokumenti speċifikati għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri:

Ir-Renju tal-Belġju:

Għal applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f) u (2)(b) u (c), it-test sħiħ tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjonijiet f'kopja jew kopji ċċertifikati.

Ir-Repubblika Ċeka:

Il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant skont l-Artikolu 42.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:

In-nazzjonalità, il-professjoni jew ix-xogħol tal-kreditur u, fejn hu f'loku, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant legali tiegħu.

In-nazzjonalità, il-professjoni jew ix-xogħol tad-debitur, dment li dawn ikunu magħrufin mill-kreditur.

Fil-każ ta' applikazzjoni minn fornitur ta' servizz tal-liġi pubblika li jagħmel talbiet ta' manteniment ta' dritt trasferit, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li t-talba tagħha ġiet ittrasferita.

Fil-każ ta' indiċjar ta' talba infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu tal-indiċjar u, fil-każ ta' obbligu biex jitħallas l-interessi legali, ir-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-imgħax obbligatorju.

Ir-Renju ta' Spanja:

In-nazzjonalità tal-kreditur

In-nazzjonalità tad-debitur

In-numru tal-identità (karta tal-identità jew passaport) kemm tal-kreditur kif ukoll tad-debitur.

Ir-Repubblika Franċiża:

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) u 2(b) u (c) għandhom ikunu akkumpanjati mid-deċiżjoni dwar manteniment li għandha tiġi modifikata.

Ir-Repubblika tal-Kroazja:

I.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)

1.

Applikazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tinkludi:

dettalji tal-qorti li ħarġet id-deċiżjoni u d-data li fiha nħarġet id-deċiżjoni,

dettalji tal-kont tal-bank tal-kreditur (numru tal-kont, isem tal-bank, IBAN).

2.

Jekk l-applikant ikun minorenni, l-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tiegħu.

Applikazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

id-dokument oriġinali tal-mandat ta' eżekuzzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali tal-qorti, jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni tal-qorti b'attestazzjoni tal-eżegwibbiltà tagħha,

lista dettaljata ta' arretrati mitluba,

f'każijiet fejn l-indiċjar japplika għal applikazzjoni eżegwibbli, il-metodu tal-kalkolu tal-indiċjar u, fejn hemm l-obbligu li jitħallsu l-interessi legali, indikazzjoni tar-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-imgħax ta' kull xahar,

id-dettalji tal-kont tal-bank li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti mogħtija,

traduzzjoni uffiċjali għal-lingwa Kroata, minn traduttur ġuramentat, tad-dokumenti kollha,

il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant f'konformità mal-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni.

II.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)

1.

Applikazzjoni għall-għoti ta' deċiżjoni fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tinkludi:

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub,

il-perijodu li għalih jintalab il-manteniment,

informazzjoni dwar l-istatus personali u soċjali tal-applikant (it-tifel/tifla u l-ġenitur li miegħu huwa jgħix/hija tgħix),

informazzjoni dwar l-istatus personali u soċjali tad-debitur — il-ġenitur li ma jgħix/tgħix miegħu t-tifel/tifla, in-numru ta' persuni li diġà qegħdin jirċievu manteniment mid-debitur, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli għall-applikant.

2.

L-applikazzjoni għanda tiġi ffirmata personalment mill-applikant jew, jekk l-applikant ikun minorenni, mir-rappreżentant legali tiegħu.

Applikazzjoni għall-għoti ta' deċiżjoni fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

dokumenti li jagħtu prova tar-relazzjoni bejn il-ġenitur u t-tifel/tifla; l-istatus taż-żwieġ jew sħubija tal-applikant u tad-debitur; iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla, jekk il-parentela għandhiex tiġi stabbilita bħala kwistjoni preliminari,

iċ-ċertifikat tax-xoljiment taż-żwieġ,

id-deċiżjoni mill-entità kompetenti rigward it-tħaris tat-tifel/tifla jew deċiżjoni dwar il-kustodja tat-tifel/tifla,

id-dokument li abbażi tiegħu jiġi kkalkulat l-indiċjar tal-ammont ta' manteniment (jekk dan ikun previst fl-Istat li jagħmel it-talba),

traduzzjoni uffiċjali għal-lingwa Kroata, minn traduttur ġuramentat, tad-dokumenti kollha,

il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant f'konformità mal-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni.

III.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)

1.

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tinkludi:

l-isem tal-qorti li ħarġet id-deċiżjoni li qed tintalab modifika tagħha jew tal-entità li quddiemha jkun ġie konkluż il-ftehim dwar il-manteniment,

id-data li fiha tkun inħarġet id-deċiżjoni jew ikun ġie konkluż il-ftehim u n-numru tad-deċiżjoni jew il-ftehim,

l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċedimenti u d-dati tat-twelid tagħhom,

il-bidla fiċ-ċirkostanzi tal-persuna li tirċievi l-manteniment, id-debitur, il-kreditur u l-persuna li tħares it-tifel/tifla, inkluż il-fatt li tkun inħarġet deċiżjoni ġdida jew ikun ġie konkluż ftehim ġdid dwar it-tħaris tat-tifel/tifla; il-bidla fl-ispejjeż tal-għajxien u ċirkostanzi oħrajn li jiġġustifikaw modifika tad-deċiżjoni,

indikazzjoni tal-ammont ta' kull xahar mitlub,

ldettalji tal-kont tal-bank tal-kreditur (numru tal-kont, isem tal-bank, IBAN).

2.

L-applikazzjoni għanda tiġi ffirmata personalment mill-applikant jew, jekk l-applikant ikun minorenni, mir-rappreżentant legali tiegħu.

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

id-dokument oriġinali tal-mandat ta' eżekuzzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali tal-qorti, jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni tal-qorti b'attestazzjoni tal-eżegwibbiltà tagħha,

id-dettalji tal-kont tal-bank li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti mogħtija,

traduzzjoni uffiċjali għal-lingwa Kroata, minn traduttur ġuramentat, tad-dokumenti kollha,

il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant f'konformità mal-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni.

IV.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)

1.

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tinkludi:

l-isem tal-qorti li ħarġet id-deċiżjoni li qed tintalab modifika tagħha jew tal-entità li quddiemha jkun ġie konkluż il-ftehim dwar il-manteniment,

id-data li fiha tkun inħarġet id-deċiżjoni jew ikun ġie konkluż il-ftehim u n-numru tad-deċiżjoni jew il-ftehim,

l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċedimenti u d-dati tat-twelid tagħhom,

il-bidla fiċ-ċirkostanzi tal-persuna li tirċievi l-manteniment, id-debitur, il-kreditur u l-persuna li tħares it-tifel/tifla, inkluż il-fatt li tkun ingħatat deċiżjoni ġdida jew ikun ġie konkluż ftehim ġdid dwar it-tħaris tat-tifel/tifla; il-bidla fl-ispejjeż tal-għajxien u ċirkostanzi oħrajn li jiġġustifikaw modifika tad-deċiżjoni,

indikazzjoni tal-ammont ta' kull xahar li jkun tħallas qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u l-modifika mitluba.

2.

L-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata personalment mill-applikant.

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

id-dokument oriġinali tal-mandat ta' eżekuzzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali tal-qorti, jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni tal-qorti b'attestazzjoni tal-eżegwibbiltà tagħha,

traduzzjoni uffiċjali għal-lingwa Kroata, minn traduttur ġuramentat, tad-dokumenti kollha,

il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant f'konformità mal-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni.

Ir-Repubblika tal-Latvja:

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-formoli rilevanti rrakkomandati u ppubblikati mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u għandha tkun akkumpanjata b'irċevuti tal-ħlas tat-taxxa mill-Istat f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx eżenti mill-ħlas tat-taxxa tal-Istat jew ma jirċivix assistenza legali, kif ukoll dokumenti li jikkonfermaw l-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni.

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi personali tal-applikant (jekk assenjat fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċi personali tal-konvenut (jekk assenjat fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċijiet personali (jekk assenjati fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numri ta' identifikazzjoni, jekk ikunu assenjati, tal-persuni kollha li għalihom hu mitlub il-manteniment.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b), (d) u (f) u 2(a) u (c) li ma jirrigwardawx il-manteniment tat-tfal (fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 15) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li juri sa liema punt l-applikant irċieva assistenza legali b'xejn fl-Istat ta' oriġini, u jkun fih informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta' assistenza legali li diġà ntalbet kif ukoll jindika liema assistenza legali oħra ser tkun meħtieġa.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għandhom ikunu akkumpanjati b'dokument li jindika l-mezz ta' infurzar magħżul mill-applikant (il-proċedimenti sabiex ikunu rkuprati l-assi mobbli, il-fondi u/jew il-proprjetà immobbli tad-debitur).

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih il-kalkolu tad-dejn.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(c), (d), (e) u (f) u 2(b) u (c) tal-Konvenzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti li jissostanzjaw l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-spejjeż tal-kreditur u/jew tad-debitur.

Ir-Repubblika ta' Malta:

I.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(b)

1.

Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tinkludi:

l-isem tal-qorti li tkun ħarġet is-sentenza;

id-data tas-sentenza;

id-dettalji tan-nazzjonalità tal-kreditur u d-debitur; u

il-professjoni jew l-impjieg.

2.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża wkoll:

kopja ċertifikata tas-sentenza flimkien mal-mandat għall-eżekuzzjoni tagħha;

lista dettaljata ta' arretrati u fil-każ ta' indiċjar ta' talba infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu tal-indiċjar u, fil-każ ta' obbligu biex jitħallsu interessi legali, ir-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu għall-interessi mandatorji;

id-dettalji tal-kont tal-bank li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti infurzati,

kopja tal-applikazzjoni flimkien mal-annessi; u

traduzzjoni tad-dokumenti kollha fil-lingwa Maltija minn traduttur ġuramentat professjonali.

II.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)

Applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għat-tfal għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

ammont ta' kull xahar ta' manteniment għat-tfal b'rabta ma' kull kreditur; u

ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għad-deċiżjoni li għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-kreditur u d-debitur u s-sitwazzjoni finanzjarja tar-rappreżentant legali tal-kreditur u li għandha tinkludi informazzjoni relatata ma':

(i)

l-ispejjeż ta' manteniment; ikel, saħħa, ħwejjeġ, akkomodazzjoni u edukazzjoni. (Nota: Meta jintalab manteniment għal aktar minn tifel/tifla waħda, għandha tingħata informazzjoni relatata ma' kull tifel/tifla.

(ii)

is-sorsi u l-ammont ta' dħul ta' kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur; u

(iii)

in-nefqa ta' kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur b'rabta mal-kreditur.

III.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi::

l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u d-dettalji tal-partijiet fil-proċeduri;

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel;

indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; u

dokumenti ta' evidenza li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni (Nota: Dawn id-dokumenti għandhom ikunu orġinali jew kopji ċċertifikati).

IV.   Applikazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)

Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:

l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u d-dettalji tal-partijiet fil-proċeduri;

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel;

indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; u

dokumenti ta' evidenza li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni. (Nota: Dawn id-dokumenti għandhom ikunu orġinali jew kopji ċċertifikati).

Ir-Repubblika tal-Polonja:

I.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)

1.

Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tinkludi l-isem tal-qorti li tkun tat is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċeduri.

2.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża:

id-dokument oriġinali tat-titolu infurzabbli (kopja ċċertifikata tas-sentenza flimkien mal-ordni għall-infurzar tagħha),

lista dettaljata ta' arretrati,

id-dettalji tal-kont tal-bank li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti infurzati,

kopja tal-applikazzjoni flimkien mal-annessi,

it-traduzzjoni tad-dokumenti kollha fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

3.

L-applikazzjoni, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni, il-lista tal-arretrati u l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom.

4.

Meta l-kreditur ma jkunx fil-pussess tad-dokument oriġinali tat-titolu infurzabbli, ir-raġuni għandha tkun iddikjarata fl-applikazzjoni (pereżempju dokument mitluf jew distrutt, jew meta l-qorti ma tkunx stabbiliet titolu infurzabbli).

5.

Fil-każ ta' telf tat-titolu infurzabbli, għandha tkun mehmuża applikazzjoni ħalli jibqa' fis-seħħ it-titolu infurzabbli li għandu jissostitwixxi lil dak mitluf.

II.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)

1.

Applikazzjoni sabiex tkun stabbilita deċiżjoni li biha jingħata manteniment lit-tfal, għandu jkun fiha indikazzjoni tal-ammont ta' kull xahar mitlub fit-titolu bħala manteniment għat-tfal għal kull kreditur.

2.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom.

3.

Fir-raġunijiet għal applikazzjoni biex tkun stabbilita deċiżjoni, huwa meħtieġ li jiġu ddikjarati l-fatti kollha li jiġġustifikaw it-talba, u b'mod partikolari tingħata informazzjoni dwar:

(a)

ir-relazzjoni ta' bejn il-kreditur u d-debitur: tifel/tifla (tifel/tifla minn żwieġ/tifel/tifla rikonoxxut(a) formalment mid-debitur/il-paternità tat-tifel/tifla stabbilita minn proċeduri tal-qorti), qraba oħra, il-konjuġi, ex-konjuġi, familjari,

(b)

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kreditur għandu jkun fiha data dwar:

l-età, is-saħħa u l-livell ta' edukazzjoni tal-kreditur,

l-ispejjeż ta' kull xahar tal-kreditur (ikel, ħwejjeġ, iġjene personali, prevenzjoni, mediċina, riabilitazzjoni, taħriġ, ħin liberu, infiq eċċezzjonali, eċċ.),

(fejn il-manteniment għat-tfal jintalab għal aktar minn persuna intitolata waħda — id-data ta' hawn fuq għandha tingħata għal kull waħda minn dawn il-persuni),

l-edukazzjoni tal-ġenitur li jieħu ħsieb il-kreditur ta' taħt l-età, il-professjoni li jkun tgħallem u l-professjoni reali tiegħu,

is-sorsi u l-ammont ta' introjtu ta' kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb il-kreditur,

l-ispejjeż ta' kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb il-kreditur taħt l-età għall-manteniment tiegħu/tagħha u ta' oħrajn, minbarra l-kreditur, dipendenti fuqu/fuqha għall-manteniment,

(c)

l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur għandha tinkludi wkoll data dwar l-edukazzjoni tad-debitur, il-professjoni li jkun tgħallem u l-professjoni reali tiegħu.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova meħtieġ u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi.

6.

Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi.

III.   L-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(e) u (f)

1.

Applikazzjoni għal bidla fid-deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:

(a)

l-isem tal-qorti li tagħti s-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċeduri,

(b)

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li jkun ingħata qabel.

2.

Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment.

3.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi.

6.

Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi.

IV.   Applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(2)(b) u (c)

1.

Applikazzjoni għal bidla fid-deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:

(a)

l-isem tal-qorti li tagħti s-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċeduri,

(b)

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li jkun ingħata qabel.

2.

Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment.

3.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mid-debitur.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi.

6.

Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali, jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi.

Ir-Repubblika Portugiża:

I.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)

Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata, apparti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 25, minn:

1.

lista ddettaljata tal-arretrati u, fil-każ tal-indiċjar ta' talba infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu ta' dan l-indiċjar; jekk ikun hemm l-obbligu li jitħallas l-interessi legali, indikazzjoni tar-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-obbligu;

2.

identifikazzjoni sħiħa tal-kont bankarju li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti.

II.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)

Applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għat-tfal, fit-tifsira tal-Artikolu 15, għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' evidenza li ġejjin:

1.

l-ammont fix-xahar ta' manteniment għat-tfal li saret applikazzjoni għalih f'isem kull kreditur;

2.

ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni, li għandhom jirrapportaw il-fatti kollha li jappoġġaw l-applikazzjoni kif ukoll jipprovdu informazzjoni dwar:

(a)

ir-relazzjoni ta' bejn il-kreditur u d-debitur: tifel/tifla (tifel/tifla minn żwieġ/tifel/tifla rikonoxxuti formalment mid-debitur/il-paternità tat-tifel/tifla stabbilita minn proċeduri tal-qorti), inkluża s-sottomissjoni ta' ċertifikat li jixhed il-parentela/l-adozzjoni;

(b)

is-sitwazzjoni finanzjarja tar-rappreżentant legali tal-kreditur(i) (ġenitur jew kustodju), li għandha tinkludi data dwar:

l-ispejjeż għall-manteniment ta' kull xahar: l-ikel, is-saħħa, il-ħwejjeġ, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni (fejn tkun saret talba għall-manteniment ta' aktar minn persuna waħda intitolata, id-data ta' hawn fuq għandha tingħata għal kull waħda minn dawn il-persuni);

is-sorsi u l-ammont ta' introjtu ta' kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur;

l-ispejjeż ta' kull xahar tal-ġenitur li jkun qed jieħu ħsieb kreditur taħt l-età, sabiex imantni lilu nnifsu u oħrajn li għalihom huwa responsabbli;

3.

l-applikazzjoni u raġunijiet għall-applikazzjoni, iffirmata personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tiegħu/tagħhom;

III.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)

Applikazzjoni għal modifika fid-deċiżjoni dwar l-għoti ta' manteniment għandha tinkludi:

1.

l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-identifikazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri;

2.

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel;

3.

fir-raġunijiet għaliha, indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment;

4.

id-dokumenti ta' evidenza, li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni — dawk oriġinali jew kopji ċċertifikati;

5.

fuq l-applikazzjoni u r-raġunijiet għaliha, il-firma personali tal-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, ir-rappreżentant legali tagħhom;

IV.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)

Applikazzjoni għall-modifika ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' manteniment (ippreżentata mid-debitur) għandha tinkludi:

1.

l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-identifikazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri;

2.

indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel;

3.

fir-raġunijiet għaliha, indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment;

4.

id-dokumenti ta' evidenza, li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni — dawk oriġinali jew kopji ċċertifikati;

5.

fuq l-applikazzjoni u r-raġunijiet għaliha, il-firma personali tad-debitur(i).

Ir-Repubblika Slovakka:

Informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-partijiet kollha involuti.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)

L-Ingilterra u Wales

Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat u ngħata avviż dwar dawn il-proċeduri jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jiddefendi ruħu jew jappella; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli. Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli.

L-Iskozja

Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dikjarazzjoni dwar lok id-debitur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli.

L-Irlanda ta' Fuq

Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(c)

L-Ingilterra u Wales

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-konvenut — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala evidenza tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)a), b) u d) u (3) b) u 30(3) jekk rilevanti.

L-Iskozja

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar lok il-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli.

L-Irlanda ta' Fuq

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-konvenut — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) a), b) u d) u (3) b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d)

L-Ingilterra u Wales

Kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għal Artikolu 20 jew l-Artikolu 22 (b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti fit-tfassil ta' dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok — residenzjali u tal-impjieg tal-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

L-Iskozja

Bħal fl-Artikolu 10(1) (c) ta' hawn fuq.

L-Irlanda ta' Fuq

Kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għal Artikolu 20 jew 22 (b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti fit-tfassil ta' dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok — residenzjali u tal-impjieg tal-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1) (e)

L-Ingilterra u Wales

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċeduri, u jekk ikun deher l-applikant biss, id-dokument oriġinali jew il-kopja ċċertifikata li jagħtu prova tas-servizz tan-notifika tal-proċeduri lill-parti l-oħra.

L-Iskozja

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal.

L-Irlanda ta' Fuq

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(f)

L-Ingilterra u Wales

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċeduri, u jekk ikun deher l-applikant biss, id-dokument oriġinali jew il-kopja ċċertifikata li jagħtu prova tas-servizz tan-notifika tal-proċeduri lill-parti l-oħra.

L-Iskozja

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li juri li d-debitur ġie nnotifikat b'dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u li ngħata opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Dikjarazzjoni dwar lok id-debitur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli.

L-Irlanda ta' Fuq

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(b)

L-Ingilterra u Wales

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

L-Iskozja

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal.

L-Irlanda ta' Fuq

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(c)

L-Ingilterra u Wales

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

L-Iskozja

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli.

L-Irlanda ta' Fuq

Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Ġenerali

Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1) (a) u 10(2) (a), l-Awtorità Ċentrali tal-Ingilterra u Wales tixtieq tirċievi tliet kopji ta' kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż (jekk ikun meħtieġ).

Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1) (a) u 10(2) (a), l-Awtorità Ċentrali tal-Irlanda ta' Fuq tixtieq tirċievi tliet kopji ta' kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż.

2.   DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jaċċettaw l-applikazzjonijiet u d-dokumenti relatati li huma tradotti fil-lingwi speċifikati għal kull wieħed mill-Istati Membri elenkati, flimkien mal-lingwa uffiċjali tagħhom:

 

Ir-Repubblika Ċeka: bis-Slovakk

 

Ir-Repubblika tal-Estonja: bl-Ingliż

 

Ir-Repubblika ta' Ċipru: bl-Ingliż

 

Ir-Repubblika tal-Litwanja: bl-Ingliż

 

Ir-Repubblika ta' Malta: bl-Ingliż

 

Ir-Repubblika Slovakka: biċ-Ċek

 

Ir-Repubblika tal-Finlandja: bl-Ingliż

3.   DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(2) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li fir-Renju tal-Belġju d-dokumenti għandhom jitfasslu bil-Franċiż, l-Olandiż jew il-Ġermaniż, jew jiġu tradotti fihom, skont il-parti tat-territorju Belġjan li fiha jkunu ser jiġu ppreżentati d-dokumenti.

Informazzjoni dwar liema lingwa għandha tintuża fi kwalunkwe parti tat-territorju Belġjan tinsab fil-Manwal tal-aġenziji li jirċievu skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) (1). Dan il-Manwal jinsab fuq il-websajt http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm

Ikklikkja fuq:

‘Notifika ta' Dokumenti (Regolament (KE) Nru 1393/2007)’/‘Id-dokumenti’/‘Il-Manwal’/‘Il-Belġju’/‘Geographical areas of competence’ (pp. 13 et seq.).

jew mur direttament fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/pdf/manual_sd_bel.pdf

u kklikkja fuq ‘Geographical areas of competence’ (pp. 13 et seq.).”


(1)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.


Top