Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0091

2014/91/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2014 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti reġjuni fl-Italja u Spanja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi ( B. melitensis ) u li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Ungerija bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, ir-Rumanija u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina (notifikata bid-dokument C(2014) 741) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 46, 18.2.2014, pp. 12–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/91/oj

18.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2014

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti reġjuni fl-Italja u Spanja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Ungerija bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, ir-Rumanija u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina

(notifikata bid-dokument C(2014) 741)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/91/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(2)

Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) telenka, fl-Anness II tagħha, ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skont id- Direttiva 91/68/KEE.

(3)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex b’hekk titqies bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tar-reġjun tal-Liguria u r-reġjun tal-Lazio.

(4)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni provduta mill-Italja, ir-reġjuni tal-Liguria u l-Lazio għandhom jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-Bruċellożi (B. melitensis).

(5)

Spanja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex b’hekk titqies bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-Komunità Awtonoma ta’ Navarra.

(6)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra għandha titqies bħala ħielsa uffiċjalment mill-Bruċellożi (B. melitensis).

(7)

L-entrati rispettivi għall-Italja u Spanja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan.

(8)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u uffiċjalment ħieles mill-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(9)

L-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati, rispettivament ħielsa uffiċjalment mit-tuberkulożi, ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi u ħielsa uffiċjalment mil-lewkożi enzootika bovina.

(10)

L-Ungerija ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha.

(11)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Ungerija, dan l-Istat Membru għandu jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi.

(12)

Ir-Rumanija ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha.

(13)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mir-Rumanija, dan l-Istat Membru għandu jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi.

(14)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ir-reġjun tal-Liguria jingħata l-kwalifika bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi.

(15)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Italja, ir-reġjun tal-Ligurja għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi.

(16)

L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-provinċja ta’ Avellino fir-reġjun tal-Kampanja, il-provinċja ta’ Latina fir-reġjun tal-Lazjo, u r-reġjun tal-Ligurja.

(17)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-provinċja ta’ Avellino fir-reġjun tal-Campania, il-provinċja ta’ Latina fir-reġjun tal-Lazio, u r-reġjun tal-Liguria għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina.

(18)

L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(19)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Memebri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).


ANNESS I

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE hu emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Italja tinbidel b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

—

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

—

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

—

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

—

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezja Giulia,

—

Ir-Reġjun tal-Lazjo,

—

Ir-Reġjun tal-Liguria,

—

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

—

Ir-Reġjun tal-Marche,

—

Ir-Reġjun tal-Moliże,

—

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

—

Ir-Reġjun ta’ Sardenja,

—

Ir-Reġjun tat-Toskana,

—

Il-Provinċja ta’ Trento,

—

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

—

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

—

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

l-entrata għal Spanja tinbidel b’dan li ġej:

“Fi Spanja:

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji: Il-Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife, Las Palmas,

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Kantabrija,

—

Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja u León,

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Galizja,

—

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,

—

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.”


ANNESS II

L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“ KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja”

(2)

Fl-Anness II, Kapitolu 1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“ KAPITOLU 1

L-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja”

(3)

fl-Anness II, il-Kapitolu 2, l-entrata għall-Italja tinbidel b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

—

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

—

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

—

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

—

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezja Giulia,

—

Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċja ta’ Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo,

—

Ir-Reġjun tal-Liguria,

—

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

—

Ir-Reġjun tal-Marche,

—

Ir-Reġjun tal-Moliże, Il-Provinċja ta’ Campobasso,

—

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

—

Ir-Regjun tal-Pulja: Il-Provinċja ta’ Brindisi,

—

Ir-Reġjun ta’ Sardinja,

—

Ir-Reġjun tat-Toscana,

—

Il-Provinċja ta’ Trento,

—

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

—

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

—

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(4)

fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-entrata għall-Italja tinbidel b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

—

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

—

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

—

Ir-Reġjun tal-Kampanja: Il-Provinċji ta’ Avellino, Benevento, Napli,

—

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

—

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezja Giulia,

—

Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċja ta’ Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo,

—

Ir-Reġjun tal-Ligurja,

—

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

—

Ir-Reġjun tal-Marche,

—

Ir-Reġjun tal-Moliże,

—

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

—

Ir-Regjun tal-Pulja: Il-Provinċja ta’ Brindisi,

—

Ir-Reġjun ta’ Sardenja,

—

Ir-Reġjun ta’ Sqallija: Il-Provinċji ta’ Agrigento, Caltanissetta, Catania, Enna, Palermo, Ragusa, Sirakuża, Trapani,

—

Ir-Reġjun tat-Toskana,

—

Il-Provinċja ta’ Trento,

—

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

—

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

—

Ir-Reġjun tal-Veneto.”


Top