Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1306R(01)

Rettifka tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013)

ĠU L 130, 19.5.2016, p. 6–7 (DA, EN, NL)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 8–10 (PT)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 7–10 (SK)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 6–6 (HR, LV, MT, RO)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 13–22 (FR)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 7–9 (IT)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 7–8 (EL, SV)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 5–5 (CS, ET, SL)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 7–7 (BG, HU)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 9–12 (GA, LT)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 8–11 (FI)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 17–20 (ES)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 11–15 (PL)
ĠU L 130, 19.5.2016, p. 9–13 (DE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/corrigendum/2016-05-19/oj

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/6


Rettifka tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 553, premessa 26:

minflok:

“(26)

Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn pagamenti mill-Kummissjoni għall-pagamenti interim tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-pagament ta' bilanċi, u għandhom jiġu stipualati regoli dettaljati dwar il-ħlas tagħhom. Ir-regola tad- diżimpenn awtomatiku għandha tgħin sabiex it-twettiq tal- programmi jsir b'mod aktar mgħaġġel, u għandha tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja soda. Ir-regoli dwar l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (1) jipprevedu wkoll għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja soda.”,

aqra:

“(26)

Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn pagamenti mill-Kummissjoni lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, pagamenti interim u l-pagament ta' bilanċi, u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar il-ħlas tagħhom. Ir-regola tad-diżimpenn awtomatiku għandha tgħin sabiex it-twettiq tal- programmi jsir b'mod aktar mgħaġġel, u għandha tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja soda. Ir-regoli dwar l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedu wkoll għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja soda.”.

F'paġna 563, Artikolu 4(1)(d):

minflok:

“(d)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Iskema tal-Unjoni ta' Frott u Ħxejjex għall-Iskejjel kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-miżuri relatai mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 155 ta' dak ir-Regolament.”,

aqra:

“(d)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Iskema tal-Unjoni ta' Frott u Ħxejjex għall-Iskejjel kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 220 ta' dak ir-Regolament.”.

F'paġna 580, Artikolu 62(2)(e):

minflok:

“(e)

fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;”,

aqra:

“(e)

fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;”.

F'paġna 583, Artikolu 67(4)(b):

minflok:

“(b)

“pagament dirett relatat mal-erja” tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; …”,

aqra:

“(b)

“pagament dirett relatat mal-erja” tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; …”.

F'paġna 600, Artikolu 120:

minflok:

“Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 118 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.”,

aqra:

“Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 119 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.”.


Top