Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0865

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 865/2013 tad- 9 ta’ Settembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar

ĠU L 241, 10.9.2013, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/865/oj

10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4), 14(4), 20(3) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

L-arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid għall-prodotti tas-sajd huma elenkati fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2). Dawn l-arranġamenti jinkludu kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid ivvalidati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

L-awtoritajiet ta’ New Zealand emendaw il-format taċ-ċertifikat tal-kampjun tal-qabdiet ta’ New Zealand.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.


ANNESS

Fit-Taqsima 3 (New Zealand) tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009, l-Appendiċi 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Top