Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0671

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 671/2013 tad- 9 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 193, 16.7.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/671/oj

    16.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 193/4


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 671/2013

    tad-9 ta’ Lulju 2013

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2)

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

    Artikolu 2

    Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Oġġett li huwa magħmul minn drapp lixx, li t-tul tiegħu huwa ta’ madwar 26 ċm × 32 ċm, magħmul minn diversi materjali tessili, fil-forma ta’ għasfur.

    Il-parti prinċipali tal-oġġett huwa magħmul minn saff wieħed ta’ drapp tal-pil long-looped li fuq naħa għandu meħjut miegħu ġewnaħ ta’ materjal tessili minsuġ, forma ta’ kuruna, fuq naħa waħda. Fuq in-naħa l-oħra, id-drapp tal-pil long-looped huwa mberfel b’żigarella magħmula minn materjal tessili minsuġ meħjuta miegħu. Biċċa drapp minsuġ ta’ forma trijangolari hi meħjuta fuq id-drapp tal-pil long-looped u tirrappreżenta l-munqar. L-għajnejn huma stampati fuq ħoloq u żewġ biċċiet ta’ drapp ta’ tessut minsuġ maqtugħin fil-forma ta’ riġlejn huma meħjutin mad-drapp tal-pil. Materjal tessili maqtugħ b’mod dekorattiv jirrappreżenta d-denb.

    Fuq it-tarf ta’ fuq tad-drapp tal-pil hemm imwaħħla ħoloq numerati u faxex ta’ materjal tessili minsuġ b’diversi kuluri.

    6307 90 10

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(f) u 8(a) għat-Taqsima XI, nota 2(A) għat-Taqsima XI, Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90  u 6307 90 10 .

    Il-prodott mhuwiex intenzjonat essenzjalment għall-gost ta’ trabi jew tfal żgħar, minħabba li la l-forma tal-oġġett, u lanqas in-numerar u t-tikketti ma jintgħarfu minnhom bħala, iżda jservi pjuttost bħala ċarruta biex it-tarbija tikkalma biha. Għalhekk, dan l-Artikolu ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ġugarelli oħra” taħt l-intestatura 9503 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9503 (D) l-ewwel paragrafu).

    Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 bħala “oġġetti oħrajn manifatturati - maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted)”.

    (ara l-illustrazzjonijiet Nri 665 A u 665 b) (*)

     

     


    Image

    Image

    665 A

    665 B


    (*)  Ir-ritratti jservu biss skop ta’ informazzjoni.


    Top