This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0512
Commission Regulation (EU) No 512/2013 of 4 June 2013 amending Regulation (EC) No 88/97 on the authorization of the exemption of imports of certain bicycle parts originating in the People’s Republic of China from the extension by Council Regulation (EC) No 71/97 of the anti-dumping duty imposed by Council Regulation (EEC) No 2474/93
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 512/2013 tal- 4 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 512/2013 tal- 4 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93
ĠU L 152, 5.6.2013, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 6.1 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 5.1 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 6.3 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 4.4 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 7.3 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | abolizzjoni | artikolu 16.3 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 punt B) | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Żieda | artikolu 14 punt D) | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 punt A) | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 14 punt C) | 06/06/2013 | |
Modifies | 31997R0088 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 punt A) | 06/06/2013 |
5.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 512/2013
tal-4 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (2),
Wara li kkunsidrat l-estensjoni tad-dazju antidumping fuq ir-roti impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) għall-parts tar-roti imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4),
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kunsill wessa’ d-dazju antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’) għall-importazzjoni ta’ wħud mill-parts tar-rota li joriġinaw minn dan il-pajjiż (“dazju estiż antidumping”). Ir-Regolament (KE) Nru 71/97 stipula wkoll li għandha tiġi stabbilita skema ta’ eżenzjoni abbażi tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku (“l-iskema tal-eżenzjoni”) biex tippermetti lil dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti u li ma jkunux qed jiksru l-miżura fuq ir-roti biex jimpurtaw parts tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina mingħajr dazju antidumping, billi teżentahom mill-miżura estiża għall-parts tar-roti. |
(2) |
Il-qafas legali għat-tħaddim tal-iskema tal-eżenzjoni kien previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Emendat”). |
(3) |
Wara analiżi tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-RPĊ skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 171/2008 (6), iddeċieda li jżomm l-miżuri kontra l-evażjoni. |
(4) |
Wara li saret l-analiżi interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (7), iddeċieda li jżid id-dazju antidumping fis-seħħ għal 48,5 %. |
(5) |
B’Avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) (“l-Avviż”) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet analiżi interim tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-RPĊ. Fil-punt 4.4 tal-Avviż il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-funzjonament u l-mudell possibbli futur tal-iskema ta’ eżenzjoni. Il-kummenti ġew mitluba b’mod partikolari b’rabta mat-tħaddim u l-ġestjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni fil-forma attwali tagħha, inkluż l-isfidi li jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
(6) |
Il-Kumissjoni ma rċeviet ebda kummenti pertinenti. Madankollu, b’riżultat tal-esperjenza miġbura mill-Kummissjoni, filwaqt li tkun qiegħda tiġi applikata l-iskema ta’ eżenzjoni, huwa meqjus neċessarju li jiġu introdotti xi emendi, li għandhom jiffaċilitaw it-tħaddim tagħha. |
(7) |
Skont l-iskema attwali ta’ eżenzjoni, id-definizzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni ma tippermettix li ssir valutazzjoni xierqa tal-kwantità u l-valur ta’ parts Ċiniżi użati f’operazzjonijiet ta’ mmuntar ta’ roti tal-UE. Ir-regoli li bħalissa jinsabu fis-seħħ jipprevedu li, il-perjodu tal-investigazzjoni jrid jiġi stabbilit qabel id-data tas-sospensjoni tad-dazji antidumping. Matul dan il-perjodu, l-applikanti normalment jimportaw kwantitajiet żgħar mir-RPĊ, minħabba li kwantitajiet ‘il fuq minn 299 part fix-xahar ikunu soġġetti għal dazju antidumping. Konsegwentement, jidher li roti mmuntati matul dan il-perjodu ta’ investigazzjoni huma konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku li jiddikjara li l-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu josservaw proporzjon ta’ inqas minn 60 % tal-parts tar-roti Ċiniżi fl-operazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-parts kollha mdaħħla fl-operazzjoni (ir-regola “60/40 jew 25 % valur miżjud”). |
(8) |
Huwa biss wara li tkun ingħatat is-sospensjoni li l-kumpaniji jibdew jimportaw volumi ogħla. Madankollu, skont ir-regoli li jinsabu fis-seħħ bħalissa dan il-perjodu ma jistax jiġi kkunsidrat. Għalhekk, l-għan li jirfed l-iskema “li jiġi żgurat l-użu ta’ proporzjon xieraq ta’ parts li joriġinaw fl-Ewropa” ma jistax jinkiseb kollu. |
(9) |
Fuq dan l-isfond u għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa meqjus xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 6(1) biex tinkludi wkoll iż-żmien wara d-data ta’ sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż antidumping. Il-konformità mar-regola “60/40 jew 25 % valur miżjud” imbagħad tiġi vverifikata b’mod iktar xieraq għal perjodu li matulu l-importatur ma jħallas l-ebda dazji antidumping, jiġifieri wara li tingħata s-sospensjoni. |
(10) |
Sabiex applikant ikun jista’ jissottometti dejta verifikabbli tal-importazzjonijiet tiegħu tal-parts tar-roti għall-perjodu qabel is-sospensjoni skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Emendat, ir-referenza għal obbligu kuntrattwali irrevokabbli skont l-Artikolu 4(1)(a) titneħħa. |
(11) |
Barra minn hekk, l-iskema kurrenti mhix ċara fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-parts tar-roti użati għall-immuntar tar-roti attrezzati b’mutur supplimentari, b’side car jew mingħajrha, xi drabi msejħa roti tal-elettriku jew pedelecs. Roti kompleti tal-elettriku u konsegwentement il-parts għall-immuntar tar-roti tal-elettriku la huma soġġetti għal dazju antidumping u lanqas għad-dazju estiż antidumping jiġifieri l-operazzjonijiet tal-immuntar tar-roti tal-elettriku jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97. Għalhekk, huwa kkunsidrat xieraq li d-dispożizzjonijiet eżistenti jiġu estiżi skont l-Artikolu 14 għal “kontroll tal-użu aħħari” ta’ dawk il-parts tar-roti maħsuba għall-immuntar tar-roti tal-elettriku. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw “il-kontroll tal-użu aħħari” jippermettu lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jittraċċaw l-użu finali ta’ parts importati, jiġifieri l-użu ta’ mmuntar ta’ roti klassiċi jew ta’ roti tal-elettriku. |
(12) |
Barra minn hekk, huwa kkunsidrat xieraq li jitħassar l-Artikolu 16(3) billi d-dejta meħtieġa tista’ tinkiseb minn sorsi oħra. |
(13) |
Fl-aħħar nett, huwa propost li jiġu korretti żbalji klerikali u jiġu emendati r-referenzi skaduti fir-Regolament Emendat. |
(14) |
Fl-interessi taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, huwa neċessarju li jkun previst li l-emendi għar-Regolament Emendat previsti f’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha. |
(15) |
Ir-Regolment (KE) Nru 88/97 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 88/97 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. It-talbiet isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u trid tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mill-ġurnata li tkun waslet it-talba li prima facie tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Arikolu 4(1) u 4(2) u sakemm tingħata deċiżjoni dwar il-merti skont l-Artikoli 6 u 7, il-pagament tad-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Referenza se jkun sospiż fir-rigward ta’ kwalunkwe importazzjonijiet ta’ partijiet essenzali tar-rota ddikjarata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-parti eżaminata. Perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur qabel tasal it-talba huwa normalment ikkunsidrat biex tiġi stabbilita prima facie l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u 4(2).” |
4. |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
6. |
L-Artikolu 8(1)(a) jinbidel b’dan li ġej:
|
7. |
L-Artikolu 9(1) jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess tanalizza s-sitwazzjoni tal-parti eżentata sabiex tivverifika li l-operazzjonjiet tal-immuntar tagħha ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.” |
8. |
L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 10 It-tħassir ta’ eżenzjoni Eżenzjoni tiġi revokata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, wara li l-persuna eżentata tingħata l-opportunità biex tikkummenta:
|
9. |
L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 13 Dispożizzjonijiet proċedurali Id-dispożizzjonijiet relevanti fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 fir-rigward:
japplikaw għall-eżaminazzjoni skont dan ir-Regolament.” |
10. |
L-Artikolu 14(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
11. |
Fl-Artikolu 14, jiddaħħal is-subparagrafu (d) li ġej:
|
12. |
L-Artikolu 16(3) huwa mħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika għall-investigazzjonijiet kollha ġodda u pendenti kollha mid-dħul teigħu fis-seħħ.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17.
(4) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(5) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(7) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.