This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0500
Commission Regulation (EU) No 500/2013 of 30 May 2013 amending Annexes II, III and IV to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for acetamiprid, Adoxophyes orana granulovirus strain BV-0001, azoxystrobin, clothianidin, fenpyrazamine, heptamaloxyloglucan, metrafenone, Paecilomyces lilacinus strain 251, propiconazole, quizalofop-P, spiromesifen, tebuconazole, thiamethoxam and zucchini yellow mosaik virus - weak strain in or on certain products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 500/2013 tat- 30 ta’ Mejju 2013 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-aċetamiprid, ir-razza BV-0001 tal- Adoxophyes orana granulovirus , l-ażossistrobin, il-klotijanidin, il-fenpirażammina, l-ettamalossiloglukan, il-metrafenon, ir-razza 251 tal- Paecilomyces lilacinus , il-propikonażol, il-kwiżalofop-P, l-ispiromesifen, it-tebukonażol, it-tijametossam u l- vajrus tal-możajk isfar taz-zukkuni – razza dgħajfa ġo jew fuq ċerti prodotti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 500/2013 tat- 30 ta’ Mejju 2013 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-aċetamiprid, ir-razza BV-0001 tal- Adoxophyes orana granulovirus , l-ażossistrobin, il-klotijanidin, il-fenpirażammina, l-ettamalossiloglukan, il-metrafenon, ir-razza 251 tal- Paecilomyces lilacinus , il-propikonażol, il-kwiżalofop-P, l-ispiromesifen, it-tebukonażol, it-tijametossam u l- vajrus tal-możajk isfar taz-zukkuni – razza dgħajfa ġo jew fuq ċerti prodotti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 151, 4.6.2013, pp. 1–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32005R0396 | Emenda | anness IV | 05/06/2013 | |
| Modifies | 32005R0396 | Emenda | anness II | 05/06/2013 | |
| Modifies | 32005R0396 | Emenda | anness III | 05/06/2013 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32013R0500R(01) | (NL) |
|
4.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 500/2013
tat-30 ta’ Mejju 2013
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-aċetamiprid, ir-razza BV-0001 tal-Adoxophyes orana granulovirus, l-ażossistrobin, il-klotijanidin, il-fenpirażammina, l-ettamalossiloglukan, il-metrafenon, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, il-propikonażol, il-kwiżalofop-P, l-ispiromesifen, it-tebukonażol, it-tijametossam u l-vajrus tal-możajk isfar taz-zukkuni – razza dgħajfa ġo jew fuq ċerti prodotti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-aċetamiprid, l-ażossistrobin u l-propikonażol il-limiti massimi ta’ residwu (MRLs – maximum level for residues) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-klotijanidin, il-fenpirażammina, il-metrafenon, il-kwiżalofop-P, l-ispiromesifen, it-tebukonażol u t-tijametossam, il-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għar-razza BV-0001 tal-Adoxophyes orana granulovirus, l-ettamalossiloglukan, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus u għall-vajrus tal-możajk isfar taz-zukkini – razza dgħajfa, ma ġew stipulati l-ebda MRLs speċifiċi fl-Annessi II u III u s-sustanzi lanqas ma ġew inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għalhekk japplika l-valur iffissat ta’ 0.01 mg/kg. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva aċetamiprid fuq il-burdlieq, il-legumi u ż-żrieragħ li jikbru ġo miżwed (il-fażola u l-piżelli), tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġi mmodifikat l-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-ażossistrobin, tali applikazzjoni saret għall-ħass u pjanti oħra tal-insalata, l-ispinaċi u ħxejjex simili, il-karfus, il-qaqoċċ tax-xewk, il-ħwawar (żerriegħa, frott u berries) u r-rabarbru. Fir-rigward tal-klotjanidin, tali applikazzjoni saret għall-ħxejjex aromatiċi friski (minbarra s-sorfolja) Fir-rigward tal-fenpirażammina, tali applikazzjoni saret għall-ħawħ, il-berquq u l-frawli. Fir-rigward tal-metrafenon, tali applikazzjoni saret għall-frawli, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel, il-kukurbiti ul-faqqiegħ imkabbar. Fir-rigward tal-propikonażol, tali applikazzjoni saret għall-frott taċ-ċitru. Fir-rigward tal-kwiżalofop-P, tali applikazzjoni saret għaż-żerriegħa tan-nevew, għaż-żerriegħa tal-ġirasol, għall-fażola tas-sojja u għaż-żerriegħa tal-qoton. Fir-rigward tat-tebukonażol, tali applikazzjoni saret għall-frott taċ-ċitru (minbarra l-larinġ), il-ħass u ħxejjex oħra tal-insalata, it-tursin, il-kurrat salvaġġ u żrieragħ li jikbru fil-miżwed. Fir-rigward tat-tijametossam, tali applikazzjoni saret għaż-żebbuġ tal-mejda u ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, il-pastard u l-qaqoċċ. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 saret applikazzjoni għall-fenpirażammina fuq il-lewż, l-għeneb u l-frawli. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tal-fenpirażammina fuq tali għelejjel fl-Istati Uniti jwassal għal residwi ogħla mill-MRLs awtorizzati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex ma jkunx hemm ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta' dawn l-għelejjel. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-ispiromesifen, tali applikazzjoni saret għat-te. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tal-ispiromesifen fuq tali għelejjel fil-Ġappun, l-Indja u l-Indoneżja jwassal għal residwi ogħla mill-MRL awtorizzat fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huwa meħtieġ MRL ogħla biex ma jkunx hemm ostakli kummerċjali għall-importazzjoni tat-te. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (2). Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(8) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet motivati tagħha li, fir-rigward tal-użu tal-aċetamiprid fuq il-legumi (fażola u piżelli bil-miżwed) u żrieragħ li jikbru fil-miżwed (fażola u piżelli), l-għadd ta' provi mhuwiex biżżejjed biex jiġu stipulati MRLs ġodda għat-Tramuntana tal-Ewropa. Fir-rigward tal-użu tal-fenpirażammina fuq il-berquq u l-użu tal-kwiżalofop-P fuq il-fażola tas-sojja, din ikkonkludiet li d-dejta sottomessa mhijiex biżżejjed biex jiġi stipulat MRL ġdid. Fir-rigward tal-użu tal-fenpirażammina fuq il-frawli, l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta sottomessa mhijiex biżżejjed biex jiġi stipulat MRL ġdid għall-użu fuq barra. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew sodisfatti r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, it-tibdil fil-MRLs mitlub mill-applikanti kien aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
|
(10) |
Fir-rigward tar-razza BV-0001 tal-Adoxophyes orana granulovirus, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus u l-vajrus tal-możajk isfar taz-zukkini – razza dgħajfa, l-Awtorità kkonkludiet (3) li dawn is-sustanzi mhumiex patoġeniċi għall-bnedmin u mhuma se jipproduċu l-ebda tossina. Fid-dawl ta’ dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-inklużjoni ta’ tali sustanzi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha. Fir-rigward tal-ettamalossiloglukan, l-Awtorità kkonkludiet (4) li l-inklużjoni tagħha fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f’lokha. |
|
(11) |
Fis-7 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CAC – Codex Alimentarius Commission) (5) adottat il-limitu massimu ta’ residwi Codex (CXLs – Codex maximum residue limits) għall-aċetamiprid, il-klotjanidin, it-tebukonażol u t-tijametossam. Dawn is-CXLs għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala MRLs, ħlief dawk is-CXLs li mhumiex sikuri għal grupp tal-konsumaturi Ewropej u li għalihom l-Unjoni ppreżentat riżerva lis-CAC (6). |
|
(12) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi relevanti għas-suġġett li qiegħed jiġi kkunsidrat, il-modifiki xierqa fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli onlajn fuq: http://www.efsa.europa.eu:
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-aċetamiprid fil-burdlieq, il-legumi u ż-żrieragħ li jikbru fil-miżwed (fażola u piżelli). Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(12):3051 [28 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.3051.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-ażossistrobin fil-ħass, l-ispinaċi, il-karfus, il-qaqoċċ tax-xewk, il-ħwawar u r-rabarbru. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(11):2991 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2991.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-fenpirażammina fil-lewż, l-għeneb, il-berquq, il-ħawħ u l-frawli.. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(11):2989 [32 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2989.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-metrafenon f'diversi għelejjel. Il-Ġurnal tal-EFSA 2013; 11(1):3075 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3075.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-propikonażol fil-frott taċ-ċitru. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(12):3049 [35 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.3049.
Opinjoni motivata tal-EFSA: Modifika tal-MRLs eżistenti għall-kwiżalofop-P fiż-żerriegħa tal-ġirasol u ż-żerriegħa tal-qoton. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(3):1532 [29 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1532.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-kwiżalofop-P fiż-żejt taż-żerriegħa tan-nevew, il-ġirasol, il-qoton u l-fażola tas-sojja. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(12):3008 [28 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.3008.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-ispiromesifen fit-te. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(12):3050 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.3050.
Opinjoni motivata dwar il-modfika tal-MRLs eżistenti għat-tebukonażol fiċ-ċitru (minbarra l-larinġ), il-ħass u ħxejjex oħra tal-insalata, it-tursin u l-kurrat salvaġġ. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(9):2898 [37 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2898.
Opinjoni motivata tal-EFSA: Modifika tal-MRLs eżistenti għat-tebukonażol fiż-żrieragħ li jikbru fil-miżwed. Il-Ġurnal tal-EFSA 2011; 9(6):2282 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2282.
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għat-tijametossam u l-klotijanidin f'diversi għelejjel. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(11):2990 [44 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2990.
(3) Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Adoxophyes orana granulovirus. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(4):2654 [32 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2654.
Konklużjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Paecilomyces lilacinus. doi:10.2903/j.efsa.2007.103r.
Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva vajrus tal-możajk isfar tal qarabagħli – razza dgħajfa. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(6):2754 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2754.
(4) Konklużjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ettamalossiloglukan doi:10.2903/j.efsa.2009.334r.
(5) Ir-rapport tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi disponibbli hawn:
http://www.codexalimentarius.org/download/report/777/REP12_PRe.pdf
Il-programm konġunt FAO/WHO dwar l-istandards fl-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. Appendiċi II u III il-Ħamsa u Tletin Sessjoni. Ruma, l-Italja, 2 – 7 ta' Lulju 2012
(6) Sostenn xjentifiku biex tiġi ppreparata pożizzjoni tal-UE fl-44 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR - Codex Committee on Pesticide Residues ). Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(7):2859 [155 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2859.
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-aċetamiprid, l-ażossistrobin u l-propikonażol huma mibdula kif ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness IV, l-entrati: ‘ir-razza BV-0001 tal-Adoxophyes orana granulovirus’, ‘ettamalossiloglukan’, ‘ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus’ u ‘l-vajrus tal-możajk isfar taz-zukkini – razza dgħajfa’ huma miżjuda, f’ordni alfabetiku. |
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(*2) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*4) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”