Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0015

Direttiva tal-Kunsill 2013/15/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172–183 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/15/oj

10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/172


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE

tat-13 ta' Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jkunu jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja laħqu ftehim politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u li stiednet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati, fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, imniżżlin f'din id-Direttiva, għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi li ġejjin huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva:

(1)

Fil-qasam tal-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur:

id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (1),

id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2),

id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE tas-27 ta’ Lulju 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar strumenti ta’ twissija akustika għall-vetturi bil-mutur (3),

id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4),

id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1972 li tirrigwarda l-interferenza tar-radju (kompatibbilità elettromanjetika) ta’ vetturi (5),

id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi bil-mutur (6),

id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar vetturi bil-mutur li tikkonċerna s-sedili, l-ankoraġġi u restraints għar-ras tagħhom (7),

id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur (8),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (9),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għar-rifletturi tar-rifless għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (10),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (11),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (12),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (13),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala fanali ta’ quddiem ta’ dawl ewlieni u/jew ta’ dawl baxxut u ma’ sorsi tad-dawl (bozoz bil-filament u oħrajn) għall-użu f’unitajiet ta’ fanali approvati ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (14),

id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur (15),

id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (16),

id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (17),

id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi tal-ipparkjar ta’ vetturi bil-magna (18),

id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur (19),

id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur (20),

id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (21),

id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE tas-16 ta’ Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-“head restraint” tas-sedili ta’ vetturi bil-mutur (22),

id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (23),

id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (24),

id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-mezzi mekkaniċi ta’ igganċjar ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u t-twaħħil tagħhom ma’ dawk il-vetturi (25),

id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (26),

id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (27),

id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwarda l-mezz ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem ta' vetturi bil-mutur (28),

id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar is-sistemi li jsaħħnu tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (29),

id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq (30),

id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta (31),

id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tieghu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici (32),

id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi (33),

id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (34),

id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (35),

id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibilità elettromanjetika) (36),

id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (37), u

id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (38).

(2)

Fil-qasam tal-moviment liberu tax-xeddijiet tas-saqajn: id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (39).

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 001 p. 59.).

(2)  ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 001 p. 86.).

(3)  ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 001 p. 103.).

(4)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 001 p. 163.).

(5)  ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 001 p. 226.).

(6)  ĠU L 38, 11.2.1974, p. 22. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 002 p. 49.).

(7)  ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 002 p. 125.).

(8)  ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 002 p. 137.).

(9)  ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 47.).

(10)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32. ( Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 152.).

(11)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 174.).

(12)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 191.).

(13)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 205.).

(14)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 216.).

(15)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 003 p. 242.).

(16)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 004 p. 200.).

(17)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 004 p. 212.).

(18)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 004 p. 223.).

(19)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 004 p. 235.).

(20)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 005 p. 60.).

(21)  ĠU L 255, 18.9.1978, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 005 p. 156.).

(22)  ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 005 p. 203.).

(23)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 008 p. 159.).

(24)  ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 008 p. 291.).

(25)  ĠU L 195, 29.7.1994, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 013 p. 226.).

(26)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 015 p. 355.).

(27)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 25 p. 365.).

(28)  ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 25 p. 441.).

(29)  ĠU L 292, 9.11.2001, p. 2. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 26 p. 459).

(30)  ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 29 p. 6).

(31)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 29 p. 399).

(32)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 31 p. 311).

(33)  ĠU L 25, 29.01.2004, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 32 p. 722).

(34)  ĠU L 263, 9.10.2007, p.1.

(35)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1.

(36)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1.

(37)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40.

(38)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 33.

(39)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 013 p. 173.).


ANNESS

PARTI A

VETTURI BIL-MUTUR

1.

Fl-Anness II għad-Direttiva 70/157/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 4.2 wara l-entrata għall-Irlanda:

“ ‘25’ għall-Kroazja”.

2.

Fl-Anness II għad-Direttiva 70/221/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 6.2 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

3.

Fl-Anness I għad-Direttiva 70/388/KEE, dan li ġej jiżdied mat-test fil-parentesi fil-punt 1.4.1:

“25 għall-Kroazja”.

4.

Fl-Anness XV għad-Direttiva 71/320/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 4.4.2 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

5.

Fl-Anness I għad-Direttiva 72/245/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 5.2 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

6.

Fl-Anness I għad-Direttiva 74/61/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 5.1.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“—

‘25’ għall-Kroazja”.

7.

Fl-Anness I għad-Direttiva 74/408/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 6.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25. għall-Kroazja”.

8.

Fl-Anness I għad-Direttiva 74/483/KEE, dan li ġej jiżdied man-nota 1 f’qiegħ il-paġna relatata mal-punt 3.2.2.2:

“25 għall-Kroazja”.

9.

Fl-Anness għad-Direttiva 76/114/KEE, dan li ġej jiżdied mat-test fil-parentesi fil-punt 2.1.2:

“25 għall-Kroazja”.

10.

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/757/KEE, dan li ġej jiżdied mat-test fil-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

11.

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/758/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 5.2.1:

“25 għall-Kroazja”.

12.

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/759/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

13.

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/760/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

14.

L-Anness I għad-Direttiva 76/761/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 5.2.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

(b)

dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 6.2.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

15.

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/762/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

16.

Fl-Anness I għad-Direttiva 77/538/KEE, dan li ġej jiżdied taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

17.

Fl-Anness I għad-Direttiva 77/539/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

18.

Fl-Anness I għad-Direttiva 77/540/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 4.2.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

19.

Fl-Anness III għad-Direttiva 77/541/KEE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 1.1.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja,”.

20.

Fl-Anness I għad-Direttiva 78/318/KEE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 7.2 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja,”.

21.

Fl-Anness II għad-Direttiva 78/764/KEE, dan li ġej jiżdied mal-punt 3.5.2.1:

“25 għall-Kroazja”.

22.

Fl-Anness VI għad-Direttiva 78/932/KEE, dan li ġej jiżdied mal-punt 1.1.1:

“25 għall-Kroazja;”.

23.

Fl-Anness VI għad-Direttiva 86/298/KEE, dan li ġej jiżdied mal-ewwel inċiż:

“25 għall-Kroazja,”.

24.

Fl-Anness VII għad-Direttiva 87/402/KEE, dan li ġej jiżdied fl-ewwel inċiż wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja,”.

25.

Fl-Anness I għad-Direttiva 94/20/KE, dan li ġej jiżdied fil-lista taħt il-punt 3.3.4 wara l-entrata għall-Portugall:

“25 għall-Kroazja”.

26.

Fl-Anness I għad-Direttiva 95/28/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 6.1.1 wara l-entrata għall-Greċja:

“25 għall-Kroazja”.

27.

Fl-Appendiċi 4 għall-Anness I għad-Direttiva 2000/25/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt it-taqsima 1 fil-punt 1, wara l-entrata għall-Irlanda:

“ ‘25’ għall-Kroazja”.

28.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2000/40/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 3.2 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

29.

Fl-Appendiċi 5 għall-Anness I għad-Direttiva 2001/56/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 1.1.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

30.

L-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 7.6.11.1, dan li ġej jiżdied mal-lista:

“Izlaz u slučaju opasnosti”;

(b)

fil-punt 7.7.9.1, dan li ġej jiżdied mal-lista:

“Autobus se zaustavlja”.

31.

Id-Direttiva 2002/24/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-parti A tal-Anness IV, il-punt 47 tat-Tieni Naħa tal-mudell huwa mibdul b’dan li ġej:

“47.

Poter fiskali jew numru/i tal-kodiċi nazzjonali, jekk applikabbli:

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakkja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”;

 

 

(b)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt 1 tal-parti A, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt it-Taqsima 1, wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”

(ii)

fil-parti B, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt il-punt 1.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“—

25 għall-Kroazja”.

32.

Id-Direttiva 2003/37/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Appendiċi 1 tal-Kapitolu C tal-Anness II, dan li ġej jiddaħħal fl-ewwel inċiż tal-punt 1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”;

(b)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti I, il-punt 16 taħt “A – Tratturi kompleti/kompletati”, huwa mibdul b’dan li ġej:

“16.

Potenza/i fiskali jew klassi(jiet)

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”;

 

 

(ii)

fil-Parti I, il-punt 16 taħt “B — Tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija — kompleti/kompletati”, huwa mibdul b’dan li ġej:

“16.

Potenza/i fiskali jew klassi(jiet) (jekk applikabbli)

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”;

 

 

(iii)

fil-Parti I, il-punt 16 taħt “Ċ — Makkinarju li jinġibed u li jista’ jinbidel — komplet/kompletat”, huwa mibdul b’dan li ġej:

“16.

Potenza/i fiskali jew klassi(jiet) (jekk applikabbli)

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”;

 

 

(iv)

fil-Parti II, il-punt 16 taħt “A — Tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija — inkompleti”, huwa mibdul b’dan li ġej:

“16.

Potenza/i fiskali jew klassi(jiet) (jekk applikabbli)

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”;

 

 

(v)

fil-Parti II, il-punt 16 taħt “B — Makkinarju li jinġibed u li jista’ jinbidel — inkomplet”, huwa mibdul b’dan li ġej:

“16.

Potenza/i fiskali jew klassi(jiet) (jekk applikabbli)

Il-Belġju: …

Il-Bulgarija: …

Ir-Repubblika Ċeka: …

Id-Danimarka: …

Il-Ġermanja: …

L-Estonja: …

L-Irlanda: …

Il-Greċja: …

Spanja: …

Franza: …

Il-Kroazja: …

L-Italja: …

Ċipru: …

Il-Latvja: …

Il-Litwanja: …

Il-Lussemburgu: …

L-Ungerija: …

Malta: …

Il-Pajjiżi l-Baxxi: …

L-Awstrija: …

Il-Polonja: …

Il-Portugall: …

Ir-Rumanija: …

Is-Slovenja: …

Is-Slovakja: …

Il-Finlandja: …

L-Isvezja: …

Ir-Renju Unit: …”.

 

 

33.

Fl-Appendiċi 5 għall-Anness I għad-Direttiva 2003/97/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-punt 1.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja,”.

34.

L-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima 1 tal-punt 1, dan li ġej jiddaħħal fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”;

(b)

fil-punt 1.1 tal-Appendiċi, dan li ġej jiddaħħal fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”.

35.

Fl-Anness VI għad-Direttiva 2009/57/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt l-ewwel paragrafu wara l-entrata għall-Irlanda:

“25. għall-Kroazja”.

36.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2009/64/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista ta' numri distintivi taħt il-punt 5.2 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”.

37.

Fl-Anness VI għad-Direttiva 2009/75/KE, dan li ġej jiddaħħal fil-lista taħt l-ewwel paragrafu wara l-entrata għall-Irlanda:

“25. għall-Kroazja”.

38.

Id-Direttiva 2009/144/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Anness III A, dan li ġej jiddaħħal fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-punt 5.4.1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja,”;

(b)

fl-Appendiċi 4 għall-Anness IV, dan li ġej jiddaħħal fl-ewwel inċiż wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”.

(c)

fl-Anness V, dan li ġej jiddaħħal fil-lista ta' kodiċijiet distintivi taħt il-punt 2.1.3 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja;”.

PARTI B

XEDD TAS-SAQAJN

L-Anness I għad-Direttiva 94/11/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Gornjište”,

(ii)

fil-punt (b), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Podstava i uložna tabanica”,

(iii)

fil-punt (c), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Potplat (donjište)”,

(b)

il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a) (i), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Koža”,

(ii)

fil-punt (a) (ii), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Koža korigiranog lica”,

(iii)

fil-punt (b), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Tekstil”

(iv)

fil-punt (c), dan li ġej jiżdied mal-lista ta' “Indikazzjonijiet bil-miktub”:

“HR

Drugi materijali”.


Top