This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0754
2013/754/EU: Commission Implementing Decision of 11 December 2013 on measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Guignardia citricarpa Kiely (all strains pathogenic to Citrus ), as regards South Africa (notified under document C(2013) 8781)
2013/754/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal- Guignardia citricarpa Kiely fl-Unjoni (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ- Ċitru ), fir-rigward tal-Afrika t’Isfel (notifikata bid-dokument C(2013) 8781)
2013/754/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal- Guignardia citricarpa Kiely fl-Unjoni (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ- Ċitru ), fir-rigward tal-Afrika t’Isfel (notifikata bid-dokument C(2013) 8781)
ĠU L 334, 13.12.2013, pp. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/07/2014; Imħassar b' 32014D0422
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32014D0422 |
|
13.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Diċembru 2013
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-Guignardia citricarpa Kiely fl-Unjoni (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), fir-rigward tal-Afrika t’Isfel
(notifikata bid-dokument C(2013) 8781)
(2013/754/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), minn issa ’l quddiem imsemmi “l-organiżmu speċifikat”, huwa organiżmu li jagħmel il-ħsara, elenkat fil-punt (c)11 tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE. Mhuwiex magħruf li jeżisti fl-Unjoni. Dan il-patoġenu jgħix primarjament fuq il-pjanti Citrus L. u huwa partikolarment ta’ ħsara għal dawk il-pjanti. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 16.4 tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ frott ta’ Citrus L. u l-ibridi tagħhom fit-territorji tagħhom, minn issa ’l quddiem imsemmi “il-frott speċifikat” li joriġina minn pajjiżi terzi, sakemm ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti speċjali stipulati f’dak il-punt. |
|
(3) |
Minkejja l-fatt li l-Kummissjoni diġà esprimiet it-tħassib tagħha mal-Afrika t’Isfel dwar l-istatus fitosanitarju tal-frott speċifikat u, minkejja li l-Afrika t’Isfel pprovdiet assigurazzjoni li ser jittieħdu l-miżuri neċessarji, ġew innotifikati 36 interċettazzjoni mill-Istati Membri ta’ kunsinni tal-frott speċifikat infestat bl-organiżmu speċifikat bejn Lulju u Novembru 2013 waqt ispezzjonijiet tal-importazzjonijiet ta’ dan il-frott li joriġina mill-Afrika t’Isfel. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ dawk l-interċettazzjonijiet, ġie konkluż li s-salvagwardji fitosanitarji kurrenti tal-Afrika t’Isfel mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat fl-Unjoni. |
|
(5) |
Dawk l-interċettazzjonijiet ma kkonċernawx iż-żoni li l-Afrika t’Isfel tirrikonoxxi bħala ħielsa mill-organiżmu speċifikat. Filwaqt li għad hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-istatus fitosanitarju ta’ dawk iż-żoni biex dawn jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa mill-organiżmu speċifikat mill-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE (2), għandha tibqa’ tkun permessal-introduzzjoni tal-frott speċifikat minn dawk iż-żoni. Minħabba r-risku fitosanitarju involut, ma għandhiex tkun permessa introduzzjoni minn kwalunkwe żona oħra mill-Afrika t’Isfel. |
|
(6) |
Konsegwentament, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-frott speċifikat li joriġina miż-żoni tal-Afrika t’Isfel, apparti dawk li ilhom rikonoxxuti mid-Deċiżjoni 2006/473/KE bħala ħielsa mill-organiżmu speċifikat, għandhom ikunu permessi biss minn żoni rikonoxxuti mill-Afrika t’Isfel bħala ħielsa minn dak l-organiżmu. Iċ-ċertifikat uffiċjali fitosanitarju li jakkompanja dak il-frott speċifikat għandu jindika l-oriġini tiegħu f’wieħed minn dawk iż-żoni. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw biss għall-frott speċifikat prodott waqt l-istaġun tat-tkabbir 2012/2013. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fir-rigward tal-frott ta’ Citrus L. li joriġina mill-Afrika t’Isfel u li hu prodott waqt l-istaġun tat-tkabbir 2012/2013, il-punti 16.4(c) u (d) tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom japplikaw biss għall-frott li joriġina miż-żoni li ġejjin:
|
(a) |
Northern Cape: id-distretti maġisterjali ta’ Barkly West, Gordonia, Hay, Herbert, Hopetown, Kenhardt, Kimberley, Namakwaland u Prieska; |
|
(b) |
Free State Province: Id-distretti maġisterjali ta’ Boshof, Fauresmith, Jacobsdal, Koffiefontein u Philippolis; u |
|
(c) |
North-West Province: Id-distretti maġisterjali ta’ Christiana u Taung. |
Iċ-ċertifikat uffiċjali fitosanitarju kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE li jakkompanja dak il-frott għandu jindika ż-żona ta’ oriġini taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni