Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0533

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/533/PESK tat- 28 ta' Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

ĠU L 288, 30.10.2013, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/533/oj

30.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/533/PESK

tat-28 ta' Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li tiskadi fil-15 ta' Lulju 2014.

(2)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja attwali jkopri l-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK għandha għalhekk tiġi emendata biex tipprovdi għall-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu li fadal sal-15 ta' Lulju 2014.

(4)

Il-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Ottubru 2013 għandu jkun EUR 8 700 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri l-ispiża relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Lulju 2014 għandu jkun ta' EUR 6 500 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).


Top