Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0279

2013/279/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL AFGHANISTAN/1/2013 tal- 4 ta’ Ġunju 2013 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

ĠU L 160, 12.6.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/279/oj

12.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL AFGHANISTAN/1/2013

tal-4 ta’ Ġunju 2013

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

(2013/279/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b’mod patikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni.

(2)

Fis-27 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/240/CFSP (2) li testendi d-durata tal-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(3)

Fl-10 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2012 (3), li taħtar lis-Sur Karl Åke ROGHE bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL AFGHANISTAN mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-31 ta’ Mejju 2013.

(4)

Fid-29 ta’ Mejju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estenzjoni tal-mandat tas-Sur Karl Åke ROGHE bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL AFGHANISTAN mill-1 ta’ Ġunju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Karl Åke ROGHE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2013.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.

(2)   ĠU L 141, 28.5.2013, p. 44.

(3)   ĠU L 208, 3.8.2012, p. 17.


Top