Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0249

    2013/249/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument C(2013) 2803) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 143, 30.5.2013, p. 26–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/249/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/26


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Mejju 2013

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

    (notifikata bid-dokument C(2013) 2803)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/249/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE (2) tippermetti li r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Sottokapitoli II u III, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija elenkati fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (2)

    Skont id-Deċiżjoni 2009/852/KE, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

    (3)

    Fl-15 ta’ Frar 2013 ir-Rumanija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

    (4)

    F’dik il-lista riveduta u aġġornata, in-numru tal-istabbiliment L35 SC DANONE PDPA ROMANIA SRL tneħħa mill-Anness II u ġie awtorizzat li jipproċessa biss ħalib konformi li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

    (5)

    In-numru tal-istabbiliment MM 1795 SC CALITATEA SRL ġie awtorizzat li jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi mingħajr separazzjoni u, konsegwentement, għandu jitneħħa mill-Anness II u jiġi trasferit għall-Anness III tal-istess Deċiżjoni.

    (6)

    Sbatax-il stabbiliment attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE tħassru peress li huma awtorizzati li jqiegħdu prodotti tal-ħalib fis-suq intra-Unjoni, peress li dawn qed jużaw biss ħalib konformi. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE Nru 1 (AB 641 SC BIOMILK SRL); 6 (L78 SC ROMFULDA PROD SRL) 9 (BN 2399 SC CARMO-LACT PROD SRL) 13(L140 S.C. CARMOLACT SRL) 29 (CT 30 EASTERN EUROPEAN FOODS SRL) 40 (L124 SC PRIMULACT SRL, l-isem tiegħu nbidel: SC LACTATE HARGHITA SA) 41(HR119 BOMILACT SRL) 42 (HR 625 LACTIS SRL) 43 (HR 213 PAULACT SA) 45 (IS 1540 PROMILCH SRL) 46 (L18 S.C. EUROCHEESE SRL) 56 (L121 SC MIRDATOD PROD SRL) 69 (SM 4189 PRIMALACT SRL) 70 (L5 SC NIRO SERV COM SRL) 74 (SV 1562 BUCOVINA SA SUCEAVA) 81 (L80 SC INDUSTRIAL MARIAN SRL) 82 (VN 231 VRANLACT SA).

    (7)

    Barra minn hekk, seba’ stabbilimenti attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE ngħalqu u, konsegwentement, dawn għandhom jitneħħew mil-lista. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE fi N 26 (CT 225 MIH PROD SRL) 28 (CT 258 BINCO LACT SRL) 30 (CT 15 SC NIC COSTI TRADE SRL) 32 (L82 SC TOTALLACT GROUP SA) 33 (DJ80 SC DUVADI PROD COM SRL) 75 (SV 1888 SC TOCAR PROD SRL) 76 (SV 4909 SC ZADA PROD SRL).

    (8)

    Sitt stabbilimenti fir-Rumanija talbu li jiġu elenkati għall-ewwel darba fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE. Dawk l-istabbilimenti ddaħħlu fil-lista f’numru 8 (L 185 SC SIMCODRIN COM SRL) 17 (L 83 SC KAZAL SRL) 45 (L169 SC DOBREAN SRL) 46 (L152 AGROTRANSCOMEX SRL) 61 (L199 SC LACTO-BOROAIA SRL) 40 (L 189 SC CALITATEA SRL).

    (9)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/852/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (2)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.


    ANNESS

    L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu b’dan li ġej:

    ANNESS II

    LISTA TAL-ISTABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

    Nru

    In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

    Isem l-istabbiliment

    Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

     

     

     

     

     

     

     

     

    ANNESS III

    LISTA TAL-ISTABBILIMENTI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

    Nru

    In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

    Isem l-istabbiliment

    Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

    1

    L 175

    SC LACTATE C.H. SRL

    Sânmiclăuș, județul Alba, 517761

    2

    L 172

    SC MOISI SERV COM SRL

    Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431

    3

    L 136

    SC CÂMPANEII PREST SRL

    Hidișelul de Sus, județul Bihor, 417277

    4

    L72

    SC LACTOMUNTEAN SRL

    Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345

    5

    L107

    SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL

    Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295

    6

    L110

    SC LECH LACTO SRL

    Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105

    7

    L 171

    SC ELIEZER SRL

    Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125

    8

    L 185

    SC SIMCODRIN COM SRL

    Budești-Fânațe, județul Bistrița-Năsăud, 427374

    9

    L3

    SC ABY IMPEX SRL

    Șendriceni, județul Botoșani, 717380

    10

    L116

    SC RAM SRL

    Ibănești, județul Botoșani, 717215

    11

    L154

    S.C. CAS SRL

    Braila, judetul Braila, 810224

    12

    L148

    S.C. LACTAS S.R.L.

    Ianca, judetul Braila, 815200

    13

    L 177

    SC IANIS DIM SRL

    Lehliu Gară, județul Călărași, 915300

    14

    L129

    SC BONAS IMPORT EXPORT SRL

    Dezmir, județul Cluj, 407039

    15

    L84

    SC PICOLACT PRODCOM SRL

    Iclod, județul Cluj, 407335

    16

    L149

    S.C. COMLACT SRL

    Corusu, judetul Cluj, 407056

    17

    L 83

    SC KAZAL SRL

    Dej, județul Cluj, 405200

    18

    L43

    SC DTM MILK LOGISTIC SRL

    Ion Corvin, județul Constanța, 907150

    19

    L40

    SC BETINA IMPEX SRL

    Ovidiu, județul Constanța, 905900

    20

    L41

    SC ELDA MEC SRL

    Topraisar, județul Constanța, 907210

    21

    L87

    SC NICULESCU PROD SRL

    Cumpăna, județul Constanța, 907105

    22

    L118

    SC ASSLA KAR SRL

    Medgidia, județul Constanța, 905600

    23

    L130

    SC MUNTINA PROD SRL

    Constanța, județul Constanța, 900735

    24

    L 173

    SC IAN PROD SRL

    Târgușor, județul Constanța, 90727

    25

    L 181

    SC LACTO GENIMICO SRL

    Hârșova, județul Constanța, 905400

    26

    L 180

    SC LACTIDO SA

    Craiova, județul Dolj, 200378

    27

    L91

    SC COSMILACT SRL

    Schela, județul Galați, 807265

    28

    L 113

    SC LACTA SA

    Giurgiu, județul Giurgiu, 080556

    29

    L 179

    SC SEKAM PROD SRL

    Novaci, județul Gorj, 215300

    30

    L49

    SC ARTEGO SA

    Târgu Jiu, Gorj, 210257

    31

    L65

    SC KARPATEN MILK

    Suseni, județul Harghita, 537305

    32

    L99

    SC VALIZVI PROD COM SRL

    Gârbovi, județul Ialomița, 927120

    33

    L47

    SC OBLAZA SRL

    Bârsana, județul Maramureș, 437035

    34

    L85

    SC AVI-SEB IMPEX SRL

    Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103

    35

    L86

    SC ZEA SRL

    Boiu Mare, județul Maramureș, 437060

    36

    L16

    SC ROXAR PROD COM SRL

    Cernești, județul Maramureș, 437085

    37

    L134

    SC MULTILACT SRL

    Baia Mare, județul Maramureș, 430015

    38

    L 191

    SC WROMSAL SRL

    Satulung, județul Maramureș, 437270

    39

    L190

    SC ONY SRL

    Larga, județul Maramureș, 437317

    40

    L189

    SC CALITATEA SRL

    Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349

    41

    L54

    SC RODLACTA SRL

    Fărăgău, județul Mureș, 547225

    42

    L108

    SC LACTEX REGHIN SRL

    Solovăstru, județul Mureș, 547571

    43

    L 29

    SC HELIANTUS PROD

    Reghin, județul Mureș, 545300

    44

    L 176

    SC GLOBIVET PHARM SRL

    Batoș, județul Mureș, 547085

    45

    L 169

    SC DOBREAN SRL

    Ideciu de Sus, județul Mureș, 547362

    46

    L 152

    SC AGROTRANSCOMEX SRL

    Miercurea Nirajului, județul Mureș, 547410

    47

    L 184

    SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL

    Bicaz, județul Neamț, 615100

    48

    L96

    SC PROD A.B.C. COMPANY SRL

    Grumăzești, județul Neamț, 617235

    49

    L101

    SC 1 DECEMBRIE SRL

    Târgu Neamț, județul Neamț, 615235

    50

    L106

    SC RAPANU SR. COM SRL

    Petricani, județul Neamț, 617315

    51

    L6

    SC LACTA HAN PROD SRL

    Urecheni, județul Neamt, 617490

    52

    L123

    SC PROCOM PASCAL SRL

    Păstrăveni, județul Neamț, 617300

    53

    L100

    SC ALTO IMPEX SRL

    Provița de Jos, județul Prahova, 107477

    54

    L88

    SC AGROMEC CRASNA SA

    Crasna, județul Sălaj, 457085

    55

    L89

    SC OVINEX SRL

    Sărmășag, județul Sălaj, 457330

    56

    L71

    SC LACTO SIBIANA SA

    Șura Mică, județul Sibiu, 557270

    57

    L36

    SC PROLACT PROD COM SRL

    Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610

    58

    L81

    SC RARAUL SA

    Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100

    59

    L166

    SC BUCOVINA SA FALTICENI

    Fălticeni, județul Suceava, 725200

    60

    L 167

    SC ECOLACT SRL

    Milișăuți, județul Suceava, 727360

    61

    L 199

    SC LACTO-BOROAIA SRL

    Boroaia, jud. Suceava, 727040

    62

    L 168

    SC VIOLACT SRL

    Putineiu, județul Teleorman, 147285

    63

    L 186

    SC MADIS BIG COM SRL

    Videle, județul Teleorman, 145300

    64

    L 163

    SC COMALACT SRL

    Nanov, județul Teleorman, 147215

    L 43 – SC LACTOCORV SRL, judetul Constanta - isimha nbidel għal: SC DTM MILK LOGISTIC SRL

    L 186 - SC BIG FAMILY SRL judetul Teleorman, isimha nbidel għal: SC MADIS BIG COM SRL


    Top