This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0225
2013/225/EU: Commission Implementing Decision of 17 May 2013 amending Implementing Decision 2012/362/EU concerning a financial contribution by the Union to certain Member States to support voluntary surveillance studies on honeybee colony losses, as regards extending the deadline for those Member States’ programmes on those studies (notified under document C(2013) 2785)
2013/225/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji (notifikata bid-dokument C(2013) 2785)
2013/225/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji (notifikata bid-dokument C(2013) 2785)
ĠU L 135, 22.5.2013, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32012D0362 | Emenda | artikolu 1.2 punt A) |
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji
(notifikata bid-dokument C(2013) 2785)
(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2013/225/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE (2), tipprevedi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lil il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja,Franza, l-Isvezja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, is-Slovakkja, r-Renju Unit, u l-Ungerija, għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza tagħhom dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(2) |
Il-linji gwida għal proġett pilota ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel. Dan jistipula li għandom jitwettqu tlett kontrolli f’mġiebaħ magħżula u li l-aħħar kontroll għandu jitwettaq matul l-istaġun ta’ produzzjoni tal-għasel sabiex jiġi stmat oġġettivament l-għadd ta’ kolonji mitlufa jew imdgħajfa. Il-perjodu għandu jiġi magħżul mill-Istat Membru skont il-karatteristiċi klimatiċi speċifiċi tagħha. |
|
(3) |
Ċerti Stati Membri talbu li l-perjodu tal-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, previst fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, jiġi estiż wara t-30 ta’ Ġunju 2013, billi jekk titqies il-pożizzjoni ġeografika ta’ dawk l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet staġonali, jidher li se jkun impossibbli li jispiċċaw il-programmi tagħhom qabel dik id-data. |
|
(4) |
Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem fi programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel li tikkonkludi t-tielet rawnd ta’ żjarat fis-sajf, huwa meħtieġ li jiġu emendati data tat-tmiem prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE mit-30 ta’ Ġunju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2013” għandha tinbidel bid-data “30 ta’ Settembru 2013”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Renju ta’ Spanja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 176, 6.7.2012, p. 65.
(3) http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/docs/annex_i_pilot_project_en.pdf